Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29790 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lingwa Ingliża

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż? Jaħseb il-Ministru li bħalissa hemm numru biżżejjed minn dawn l-iskejjel għas-suq li hemm għall-Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li liċenzji għall-ftuħ ta' skejjel ġodda jiġu maħruġin mill-Bord jekk dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-liġi (LN No. 60-1996) u jaqblu mal-Policy Guidelines tal-Monitoring Board. Ma hemm ebda limiti ta' kemm jistgħu jinħarġu liċenzji, jew f'liema lokal, sakemm dan mhux barra l-pjan nazzjonali ta' żvilupp. Bħala regola, l-Bord jinkoraġġixxi ftuħ ta' skejjel barra ż-żona tal-Port, fejn ġa hemm konċentrazzjoni ta' skejjel ta' l-Ingliż. Ma hemm ebda indikazzjoni li l-iskejjel li hawn mhux ilaħħqu man-numru ta' studenti barranin li qed jiġu biex jistudjaw l-Ingliż f'Malta.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li numru ta' karozzi tal-linja għandhom 'il fuq minn tletin sena, jista' jgħid jekk isirux testijiet għall-għarrieda biex jkun żgurat li jkunu mekkanikament fi stat tajjeb? Jekk fil-fatt isiru dawn it-tipi ta' testijiet, kemm saru din is-sena? Minn min isiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-karozzi tal-linja huma, bħal kull vettura oħra, suġġetti għal Vehicle Roadworthiness Test. Fil-fatt, il-liċenzja tagħhom tiġi mġedda biss jekk jiġi provdut iċ-ċertifikat ta` dan it-test.
Leg 9 PQ #29655 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Comenius

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li talbu biex jieħdu sehem fil-programm Comenius ? Jista' jgħid fhiex jikkonsisti dan il-programm għal din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29656 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tal-kulleġġ De La Salle għamlux xi kuntratt mad-Divizzjoni tal-Edukazzjoni jew miegħek personalment dwar it-tfixkul tad-dħul u ħruġ tal-istudenti minħabba li nhar ta' Tlieta jarma s-suq quddiem il-bieb prinċipali tal-istess kulleġġ? Kif qed jipprova jgħin?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 29222. Qed nipprovaw ngħinu billi flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti nipprovaw insibu soluzzjoni prattika u adegwata.
Leg 9 PQ #29658 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux arranġamenti għal studenti li jagħmlu l-eżamijiet tal-Matsec uli jkollhom bżonnijiet partikolari minħabba l-kundizjoni medika tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Matsec Board jagħti kull konsiderazzjoni u jagħmel kull arranġament meħtieġ, sakemm huwa possibli, għall-kandidati li jkollhom bżonnijiet partikulari minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom.
Leg 9 PQ #29664 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

School Medical Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'isir mid-data li tinġabar mill-ischool medical service?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-data fuq il-ħidma ta` l-iSchool Health Service tinġabar f'rapport manwali kull xahar u dan jingħaqad f'wieħed fl-aħħar tas-sena. Dan it-tagħrif jinżamm fl-uffiċċju ta` dan id-dipartiment bl-għan li jiġi awditjat ix-xogħol tas-servizz u jiġu ppjanati kampanji tat-tilqim fl-iskejjel. Huwa ppjanat li dan is-servizz tas-sorveljanza fl-iskejjel ikun kompjuterizzat fil-ġejjieni qarib u b'dan il-mod it-tagħrif ikun aktar aċċessibli.
Leg 9 PQ #29521 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Testijiet tal-Bajjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu, kemm saru testijiet tal-bajjiet f'Wied il-Għajn, San Tumas, f'Delimara (fil-Kalanka), f'Marsaxlokk u f'Birżebbuġa? Meta saru u x'riżultati kien hemm f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħala parti mill-programm ta` monitoraġġ tal-kwalita` ta` l-ilma baħar ġabru total ta` 228 kampjuni mill-lokalitajiet imsemmija b'eċċessjoni ta` Dellimara (fil-Kalanka, peress li mhux wieħed mill-postijiet inkluż f'tali program). Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29522 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fish farms approvati f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin allokati? Xi speċi u kwantita ta' ħut hu permess li jitrabba f'kull wieħed minnhom? Kemm hemm ħaddiema mpjegati direttament f'kull fish farm u kemm minnhom huma barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent jeżistu erba` fishfarms li għandhom permess ta` żvilupp mingħand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn huma: Malta Mariculture Ltd. L-operat ta` din il-kumpanija jinstab taħt Kemmuna, u għandha permess għat-tkabbir ta` 500 tunnellata awrat; hemm applikazzjoni approvata li biha l-produzzjoni tista` taqleb 350 tunnellata minnhom għat-tkabbir tat-tonn, imma dal-permess, għalkemm approvat, għadu ma nħariġx peress li l-Awtorita` għadha qed tistenna informazzjoni u depożiti ta` garanziji bankarji mingħand il-kumpanija. Malta Fish Farming Ltd. L-operat ta` din il-kumpanija jinstab `l barra mis-sikka tal-Munxar (San Tumas), u għandha permess għat-tkabbir ta` 500 tunnellata awrat. Fish & Fish Ltd. L-operat ta` din il-kumpanija jinstab barra mill-Ħofriet (Marsaxlokk), u għandha permess għat-tkabbir ta` 150 tunnellata awrat (jew spnott) u 500 tunnellata tonn. AJD Tuna Ltd. L-operat ta` din il-kumpanija jinstab ħdejn is-Sikka l-Bajda (San Pawl il-Baħar), u għandha permess għal tmien gaġeġ tat-tonn, jiġifieri, madwar 700 tunnellata tonn. L-Awtorita` tal-Ippjanar ma żżommx informazzjoni dwar in-numru ta` impjegati illi jaħdmu ma` kull fishfarm. Barra l-kumpaniji msemmija, teżisti wkoll kumpanija oħra, P2M Ltd. li għandha gaġeġ fil-bajja tal-Mistra, fil-bajja tal-Mellieħa, u San Pawl il-Baħar. Il-kumpanija tkabbar l-awrat, imma l-Awtorita` m`għandhiex informazzjoni dwar il-kwantita` ta` ħut li huma mrobbijin f`dawn il-gaġeġ. Dan il-farm beda jopera fl-1991 qabel ġiet fis-seħħ il-Liġi dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp. Il-gaġeġ li jinsabu fil-bajja ta` Marsaxlokk huma l-proprjeta` taċ-ċentru nazzjonali ta` l-akwakultura li jinstab f`San Luċjan. Dawn tqegħdu hemm qabel l-1991 u għalhekk m`għandhomx permess mill-Awtorita`. Il-produzzjoni tal-ħut m`huwiex magħruf.
Leg 9 PQ #29524 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ETC — Persuni b'Diżabilita

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull dipartiment, korporazzjoni, entita' parastatali u entitajiet oħra governattivi kemm għandhom 1) impjegati full-time 2) impjegati full-time b'diżabilita' reġistrati ma' l-ETC 3) impjegati full-time b'diżabilita li mhumiex reġistrati ma' l-ETC

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi n-numru ta’ l-impjegati “full-time”, dipartiment b’dipartiment, fis-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati “full-time” fid-dipartimenti tal-Gvern reġistrati bħala “disabled” ma’ l-ETC huwa ta’ 579. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi n-numru ta’ l-impjegati f’dawk l-entitajiet parastatli/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bl-informazzjoni mitluba. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi oħrajn, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #29642 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 29349 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali li kienet: Jista' l-Ministru jgħid x' passi ttieħdu kontra ex impjegat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li ismu qed jintbagħat under separate cover fil-qorti tal-Maġistrat fl-aħħar ħdax-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Apparti l-fatt illi skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra din il-Mistoqsija ma għandiex issir, ninsab infurmat illi skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap.77) t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jingħata biss fuq talba tal-persuna ikkonċernata jew b`ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Leg 9 PQ #29643 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29351 li oriġinarjament saret lill-ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali cioe jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena ttiħdux xi passi kriminali kontra ċ-ċittadin Malti li ismu qed jintbagħat under separate cover? Jekk ittieħdu passi fejn ittieħdu, meta ttieħdu, fuq xhex ittieħdu u x' passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Apparti l-fatt illi skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra din il-Mistoqsija ma għandiex issir, ninsab infurmat illi skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap.77) t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jingħata biss fuq talba tal-persuna ikkonċernata jew b`ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Leg 9 PQ #29651 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Kulturali ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jmexxi il-programm kulturali li qed isir kulljum fiċ-ċentru kulturali ta' San Ġakbu u dan bejn id-disgħa u l-ħdax ta' filgħodu? Jikkonferma li nhar ta' Tlieta studenti li qed jittieħdu għal dan il-programm qed iħallsu lira kull wieħed? Mill-1 ta' Ottubru kemm tħallsu flus biex jidħlu fil-programm kulturali ta' nhar ta' Tlieta? Hemm xi ħlassijiet għall-dan il-programm fi ġranet oħra tal-ġimgħa? Għaliex jintalbu dawn il-ħlassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nemmen li l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għall-programm Sagħtejn għall-Kultura. Informat li Sagħtejn għall-Kultura hu programm imniedi mill-Kumitat għall-Etnografija tal-Kavallier San Ġakbu flimkien ma' l-Għaqda Għalliema tal-Malti. Matul l-edizzjonijiet ta' dan il-programm, l-istudenti jiltaqgħu ma' personalitajiet mill-oqsma tal-kultura, ta' l-arti, tal-mużika u ta' l-isport. Il-programm għal nhar ta' Tlieta jitqassam hekk: 9.00 L-Ewwel part:- l-istudenti jiltaqgħu ma' personalita`, u ssir diskussjoni 9.45 It-Tieni parti:- nofs l-udjenza tattendi għal sessjoni ta' narrativa improvizzata, in-nofs l-ieħor jipparteċipa f'diskussjoni b'video feature dwar sengħa partikolari. Dawn l-udjenzi jalternaw fl- 10.45 hrs. Il-materjal videografiku ġie sponsorizzat mill- Marsovin Ltd. 10.45 L-istudenti jingħaqdu fit-Teatru u jipparteċipaw f'kunċert ma' kantant lokali. Sal 11.15 Informat ukoll li 630 student attendew il-5 edizzjonijiet tal-programm Sagħtejn għall-Kultura. Sa l-edizzjoni ta' nhar it-Tlieta s-6 ta' Novembru 2001, l-attendenza kienet hekk: Studenti li attendew għall-edizzjoni It-Tlieta 9 ta' Ottubru 2001 155 It-Tlieta 16 ta' Ottubru 2001 104 It-Tlieta 23 ta' Ottubru 2001 129 It-Tlieta 30 ta' Ottubru 2001 116 It-Tlieta 6 ta' Novembru 2001 126 Dawn l-istudenti jikkontribwixxu Lm1 sabiex ikopru parti mill-ispejjeż involuti. Il-finanzi huma amministrati mill-Għaqda Għalliema tal-Malti, u l-arranġament hu li l-finanzi li jifdal ser jiġu investiti f'proġetti ta' natura etnografika. Is-Sinjuri Ġorġ Mifsud Chircop, David Agius Muscat, u Olvin Vella huma r-appreżentanti għall-Għaqda Għalliema tal-Malti. Is-Sur Mariorick Mifsud huwa rappreżentant għall-Kavallier San Ġakbu.
Leg 9 PQ #29515 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri l-ħabs ta' Kordin li huma 1) sentenzjati ? 2) qed jistennew proċeduri tal-Qorti u/jew ma ingħatawx pleġġ F'kull każ ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid kemm f'kull każ għandhom: 1) taħt il-21 sena? 2) bejn it-22 u t-30 sena? 3) 'Il fuq minn 31 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Novembru 2001, in-numru ta` persuni miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 253. Dawk sentenzjati jammontaw għal 170 filwaqt li n-numru ta` dawk arrestati jammonta 83. In-Nazzjonalita` ta` dawn il-priġunieri hija kif ġej:- NAZZJONALITA` SENTENZJATI ARRESTATI Maltin 133 42 Renju Unit 1 3 Taljani 1 2 Libjani 22 32 Alġerini 1 Tuneżini 5 1 Torok 1 Niġerjani 1 Palestinjani 1 Eġizzjani 2 Yugoslavi 1 Olandiżi 3 Awstraljani 1 TOTAL 170 83 It-tagħrif dwar l-eta` ta` dawn il-priġunieri hu kif jidher hawn taħt:- Sa 21 sena 19 Bejn 22 sena u 30 sena 73 Minn 31 sena-il fuq 161
Leg 9 PQ #29516 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Graduation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student se jiggradwa fl-edukazzjoni x-xahar id-dieħel? Kemm se jiggradwaw fiż-żmien sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħa jiggradwaw din is-sena fl-Edukazzjoni hu kif ġej: Irġiel Nisa Total Bachelor of Education (Hons) 68 165 233 Bachelor of Education 6 3 9 Bachelor of Psychology 8 18 26 Bachelor of Psychology (Hons) 8 21 29 Bachelor of Arts (Youth Studies) 3 10 13 Dip in Education (Admin & Mgr) 33 19 52 Dip in Info. Tech. in Education 1 9 10 Dip in School Counselling 3 8 11 Dip in Youth Studies 2 2 4 Certificate Tourism Studies in Educ. 10 2 12 Master in Education 2 2 4 Master in Psychology 2 8 10 Postgrad Cert. Inc.& Special Educ. Needs 1 5 6 PGCE 23 63 86 TOTAL 170 335 505 Informat ukoll li s-sena d-dieħla potenzjalment jistgħu jiggradwaw 531. Dan in-numru dejjem ikun anqas peress li mhux l-istudenti kollha jtemmu l-kors fiż-żmien maħsub.

Xogħol ta' Outreach

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir xogħol ta' outreach speċjalment fi tmiem il-ġimgħa f'postijiet ta' divertiment biex persuna li jkun qed jabbużaw mid-droga u l-alcohol jinġabru u jingħataw l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li team mill-Agenzija Sedqa għamel periodu ta' osservazzjoni fiż-żona ta' Paceville. Minn din l-osservazzjoni jidher li l-akbar problema fir-rigward ta' addictions hi l-konsum eċċessiv ta' alkoħol anki minn żagħżagħ taħt l-eta' ta' 16-il sena. Ninsab infurmat li fix-xhur li ġejjin l-Aġenzija mistennija li tifrex ix-xogħol tagħha fuq żoni oħra, filwaqt li tiżviluppa servizzi ta' outreach f'ħidma aktar strutturata.
Leg 9 PQ #29518 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru studji biex tiġi stabbilita l-konnessjoni bejn il-kriminalita' u d-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm sistema ta` ġbir ta` informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id-droga u l-konnessjoni li din għandha ma` reati oħra. Fuq kollox il-koperazzjoni kontinwa bejn is-sezzjonijiet varji tal-Pulizija li huma nvoluti direttament f`dawn l-oqsma tgħin mhux ftit biex tiġi stabbilita din il-konnessjoni.
Leg 9 PQ #29519 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom il-permess biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika (PE) fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? F'liema skejjel? Ta' liema nazzjonalita' huma? Taħt liema kundizzjonijiet ingħataw permess? Hemm vakanzi bħalissa fl-iskejjel ta' l-istat fil-PE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel statali u tal-Knisja ma hemm ebda għalliem barrani ngaġġat biex jgħallem l-Edukazzjoni Fiżika. Informat ukoll li fl-iskejjel Privati jew Indipendenti hemm: a) Verdala International - 1 (Awstraljan part-time) b) St Edwards - 1 (Bulgaru) Il-kundizzjonijiet għal dawn il-liċenzji huma: a) li ma jagħmel ebda xogħol ieħor kemm idum Malta (OPM/EXP/1838/94) b) li joffri s-servizzi tiegħu b'xejn lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jekk u meta jkun meħtieġa u li ma jaħdimx kemm idum Malta. (OPM/EXP/10900/1987) Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li bħalissa ma hemmx vakanzi ta' għalliema ta' Edukazzjoni Fiżika (PE) fl-iskejjel ta' l-Istat.
Leg 9 PQ #29520 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u lil min qed jirrapreżentaw?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29509 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Siringi b'Xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa matul din is-sena kemm tqassmu siringi b'xejn mill-isptarijiet u ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jelenka kemm ingħataw f'kull post separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` siringi li tqassmu b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa f'Malta matul din is-sena sa Ottubru huma dawn: MONTH FLORIANA QORMI GZIRA PAOLA COSPICUA MOSTA RABAT TOTAL Jannar 1900 1128 3250 3631 900 1344 746 12899 Frar 900 636 2725 3300 800 1280 828 10469 Marzu 1100 898 2760 3700 1000 1469 683 11610 April 1500 847 1609 4030 800 1595 731 11112 Mejju 1400 1051 2866 3500 700 1473 765 11755 Ġ unju 1500 860 2615 3441 500 1062 741 10719 Lulju 1900 850 2920 3500 700 1451 846 12167 Awwissu 2150 791 2947 3800 700 1236 819 12443 Settembru 2100 828 3025 3800 1000 1588 761 13102 Ottubru 1450 1144 3127 4100 1100 1497 775 13193 Infurmat ukoll li n-numru ta` siringi li tqassmu lill-pazjenti mill-ispiżeriji tal-gvern matul din is-sena (minn Jannar sa Ottubru 2001) huwa indikat hawn taħt: 2001 (Jannar sa Ottubru) Siringi ta` l-insulina 0.5cc Siringi ta l-insulina 1cc B'Kara 12000 100 Furjana 21400 3200 Gż ira 20000 100 Luqa 26200 700 Mosta 25000 10000 Paola 45000 18000 Qormi 23700 300 Sptar Sir Paul Boffa 680 85 Sptar San Luqa 37000 1000 Sptar Ġ enerali t'Għ awdex 39000 4500 TOTAL 249980 37985
Leg 9 PQ #29510 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji Privati

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir t-tqassim ta' siringi b'xejn mill-ispiżeriji privati? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet? Kemm tqassmu din is-sena? Jekk le, saru jew qed isiru xi kuntratti dwar dan biex isir ukoll tqassim b'xejn mill-ispiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mhix il-policy tad-Dipartiment li jitqassmu siringi b'xejn mill-ispiżeriji privati.