Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30156 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Ex-Kummissarju tal-Pulizija — Mobile Phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kem kien il-kont ta' ħlas tal-mobile phone ta' l-ex kmmissarju tal-pulizija min Ottubru 1998 sa Ottubru 2001, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli t-tagħrif hu kif ġej:- Sena Ammont (Lm) 1998 424.87 1999 895.35 2000 1,231.39 2001* 556.74 * Sa Ottubru
Leg 9 PQ #30083 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw sabiex jipprovdu servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit? Min kienu u kemm kienet l-offerta tagħhom? Min intgħażel u x'servizz hu mistenni minnu? Għal kemm żmien ser jintalab dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili

Question

1. Kemm hemm konsulenti barranin jaħdmu mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili? 2. X'nazzjonalita' huma? 3. X'inhu xogħol ta' kull wieħed minnhom 4. Kemm ilhu impjegat u meta se jagħlaq il-kuntratt ta' kull wieħed minnhom? 5. Xi kwalifiċi speċjali għandhom dawn il-konsulenti, li ma kellhomx ċittadini Maltin biex jagħmlu dan ix-xogħol? 6. Xi ħlas u benefiċċji qed jieħdu kull wieħed minnhom? 7. X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol li jagħmlu dawn il-konsulenti jibdew jagħmluh ċittadini Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili hemm jaħdmu żewġ Konsulenti barranin bħala Airworthiness Surveyors/Inspectors u dawn bdew jaħdmu b'kuntratt ta' erba' snin, wieħed mill-5 ta' Settembru 2001 u l-ieħor mit-8 ta' Ottubru 2001. In-nazzjonalita' ta' dawn il-Konsulenti hija Bulgara u Ingliża rispettivament. Dawn il-Konsulenti huma kwalifikati skond l-esiġenzi Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni u għandhom bejn disa' u tnax-il sena ta' esperjenza fix-xogħol tagħhom. Id-Dipartiment diġa' rrekluta uffiċjal li spiċċa t-taħriġ formali tiegħu ta' Airworthiness Surveyor/Inspector u li issa beda jakkwista l-esperjenza f'dan ix-xogħol. Azzjoni qiegħda tittieħed biex ikun reklutat uffiċjal ieħor f'dan il-qasam wara li kmieni din is-sena rriżenja wieħed li kien fi stadju avvanzat ta' taħriġ. Fir-rigward ta' Flight Operations Inspectors, id-Dipartiment diġa' rrekluta fuq bażi part-time u ta t-taħriġ meħtieġ lil żewġ Kaptani Maltin. Iżda mhux mistenni li d-Dipartiment ikun fil-pożizzjoni jirrekluta Kaptan Malti bħala Flight Operations Inspector fuq bażi full-time sakemm ma jkunx hawn Kaptana Maltin li jkunu temmew il-karriera tagħhom ta' titjir mal-linja ta' l-ajru li jkunu mpjegati magħha.
Leg 9 PQ #30101 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kanżunetta għall-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop ta' l-organizzaturi tal-festival 'Kanżunetta għall-Ewropa', li jagħmlu numru żgħir fuq wara ta' l-envelop 'A'? Jista' jgħid wkoll min kienu l-membri tal-ġurija fil-fażi eliminatorja u x'inhi l-kompetenza mużikali ta' kull wieħed/waħda minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru mgħoti fuq ġewwa ta' l-envelope 'A' iservi sabiex kull min jissottometti kompożizzjoni għall-festival jiġi mogħti riċevuta, kif fil-fatt ingħata, bħala prova li ġiet sottomessa kompożizzjoni għall-festival. Informat ukoll li fil-fażi eliminatorja l-ġurija kienet komposta mis-segwenti persuni: Is-Sur Mark Grima Is-Sinjorina Nathalie Camilleri Is-Sur Frederick Attard Is-Sur Howard Debono Is-Sinjura Sylvana Cristina Is-Sur Josef Caruana Is-Sinjura Moira Delia Is-Sur Terry Farrugia Is-Sur Jason Zammit Hija l-prattika li l-memri tal-ġurijia ma jiġux mgħażula għall-festivals fuq il-kompetenza mużikali tagħhom biss. Tant hu hekk, li f'festivals internazzjonali l-ġurija ma tkunx komposta minn persuni b'kompetenza mużikali biss. Għaldaqstant il-Kumitat Organizzattiv jaddotta din il-policy.
Leg 9 PQ #30062 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Periklu tat-Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa matul din is-sena skolastika fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u dawk indipendenti biex l-istudenti isiru aktar konxji mill-periklu tat-tipjip? Fl-liema skejjel saru? X'hemm ipproġettat għax-xhur li ġejjin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jiġi mistieden fuq bażi regolari mill-kapijiet ta` l-iskejjel biex jitkellem mat-tfal ta` kull eta` dwar il-ħsara kkaġunata mit-tipjip. Dan it-tagħlim għandu jingħata ukoll mill-għalliema nfushom billi dawn ikunu iżjed f'kuntatt regolari mat-tfal. Ir-riċerka xjentifika turi li t-tagħlim fuq suġġetti bħal l-edukazzjoni fuq is-saħħa għandha tifforma parti mill-curriculum nazzjonali bħala health education. B'hekk suġġetti bħal ikel, tipjip, xorb, drogi u HIV/AIDS jiġu mgħallma fost it-tfal kollha minn eta` żgħira sa l-adolixxenza.
Leg 9 PQ #30064 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

WHO — Tipjip Passiv

Question

Minkejja it-twissijiet kontinwi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għaliex it-tipjip passiv ġie ippruvat li qed jikkawża numru akbar ta' imwiet , għaliex il-Gvern għadu ma ħax il-passi urġenti li hemm bżonn biex f'postijiet pubbliċi bħall-restaurants, każini, bars eċċ jknu hemm postijiet riservati għall dawk li ma ipejjpux? Jista' jara ukoll li speċjalment fix-Xitwa jkun hemm ventilazzjoni adegwata ukoll f'dawn il-postijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27984 f'seduta 598.
Leg 9 PQ #30065 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet matul din is-sena konsegwenza diretta tat-tipjip? Kemm kienu irġiel u kemm nisa? X'kien il-mand prinċipali li mietu bih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena ġew irreġistrati li mietu 289 persuna li jistgħu jiġu kkunsidrati li mietu b'konsegwenża tat-tipjip. Minn dawn 198 kienu rġiel u 91 kienu nisa. Il-mard prinċipali li biħ mietu kien il-kanċer tal-pulmun, bronkite kronika u mard tal-qalb.
Leg 9 PQ #30067 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Safe Sex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mad-Dipartiment tas-Saħħa biex iwassal il-messaġġ tiegħu fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex? F'liema skejjel saru taħdidiet matul din is-sena skolastika? Kien hemm xi oggezzjoni minn xi skejjel biex dawn it-taħdidiet isiru? Minn liema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li: 1. Uffiċjal mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa iżur dawk l-iskejjel fejn jiġi mistieden sabiex imexxi diskussjonijiet dwar is-saħħa sesswali. 2. Għall-okkażżjoni tal-Jum Dinji ta' l-AIDS, id-dipartiment għamel posters u qassamhom ma' l-iskejjel kollha sabiex jitwassal il-messaġġ "Jum Nagħti Kaz... U int?" li huwa l-messaġġ dinji sabiex aktar żgħażagħ ikunu responsabbli mill-imġieba sesswali tagħhom u jevitaw it-tixrid tal-mard trasmess sesswalment, inkluż l-HIV. Dan l-intervent issir kull sena biex titfakkar il-jum dinji ta' l-HIV/AIDS. 3. Id-Dipartiment għamel ukoll video bil-Malti ta' nofs siegħa li jitratta s-sesswalita u s-saħħa immirata lejn iz-zgħazagħ li jattendu skola sekondarja u dik post-sekondarja. Dan il-video, l-ewwel wieħed ta' din ix-xorta, qed jingħata lill-għalliema tal-PSE u Guidance Units li jċemplu u jistaqsu għalih id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Barra minn hekk id-dipartiment ippubblika gwida informativa li titqassam fost ġenituri, youth workers u għalliema kif ukoll żgħażagħ maturi. Din il-gwida titratta dwar is-sesswalita u mard relatat. Minn żmien għal żmien id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jiġi mitlub jagħmel taħdidiet fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex. Qabel it-taħdidiet, l-uffiċjali tad-Dipartimemt jiltaqgħu ma' l-għalliema tal-PSE jew mal-Guidance Teachers biex jiddiskutu flimkien il-kontenut ta' dawn it-taħdidiet. F'din is-sena skolastika saru taħdidiet fuq talba speċifika ta' dawn l-iskejjel: De La Salle College - 6th Form Students St. Aloysius College, B'Kara - 6th Form Students St. Joseph School Blata l-Bajda - Form 4 and Form 5 Immaculate Conception School - Tarxien - Form 4 and 5 MCAST - Corradino Hill Paola - Post Secondary School Sir Temi Zammit School - Mtarfa Secondary School
Leg 9 PQ #30082 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal tabib ewlieni tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-programm 'Xarabank' nħar il-ġimgħa 16 ta' Novembru li mhux qed jitħallew isiru taħdidiet fuq safe sex? Jekk hu minnu, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kurrikulu Nazzjonali jirregola din il-kwestjoni u ma nafx li wasluli xi ilmenti.
Leg 9 PQ #29795 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa għandhom warrant biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Kemm hemm minnhom full-time? X'inhuma r-regolamenti li jaqaw taħthom dawk l-għalliema fejn jidħlu salarji u kundizzjonijiet ta' xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar tas-sena 2000 kien hemm 867 għalliema li kellhom permess li jgħallmu fl-Iskejjel ta' l-Ingliż. Minn dawn, 51 kienu mpjegati 'full time'. M'hemmx liġijiet partikolari dwar salarji u kundizzjonijiet ta' xogħol għal dawk li jaħdmu f'dawn l-iskejjel.
Leg 9 PQ #29799 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Ingliż — Warrant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezjonijiet minn uffiċjali tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni fi skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin biex jkun żgurat li kull għalliem għandu il-warran? Instabu xi każi fejn għalliema ma kellhomx warrant? X'passi ttieħdu? Jista' jagħti l-figuri mill-1 ta' Jannar 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Monitoring Bord il-ġdid inħatar f'April 2001. F'Mejju saret il-laqgħa Ġenerali għall-kapijiet ta' l-iskejjel biex jinħatar rappreżentant tagħhom fuq il-Bord. B'hekk, il-Bord il-ġdid ma bediex jiltaqa' qabel Ġunju, u matul is-sajf il-ħidma tiegħu kienet dwar dawk il-materji li sab pendenti meta nħatar. Għalhekk ma kienx possibli li jsiru żjarat fl-iskejjel b'mod regolari, ħlief f'dawk fejn kien qed jintalab permess biex issir skola ġdida. Ma kien hemm ebda rapport ta' għalliema mingħajr permess minn Ġunju 'l hawn; u mir-rapport ġenerali tal-Bord ta' qabel ma jidhirx li kien hemm xi azzjoni kontra għalliema bla permess minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #29802 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Żamm ta' Studenti Barranin — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' familja liċenzjati biex iżommu barranin bi ħlas f'darhom? Kemm minn dawn huma liċenzjati biex iżommu studenti barranin? Matul din is-sena kien hemm ilmenti fuq xi nuqqasijiet minn dawn il-familji? X'kienu? X'passi ttieħdu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-numru ta’ familji liċenzjati biex iżommu barranin magħhom hu ta’ 1024. Il-liċenzja ma tiddistingwix bejn “student” jew “barrani”. Din is-sena ftit li xejn kien hemm ilmenti mal-HCEB dwar familji li jżommu barranin maaħhom. F’każ wieħed kien instab li familja kienet qed iżżomm ħafna aktar minn erba’ studenti u l-liċenzja ġiet irtirata.
Leg 9 PQ #29803 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Overdose

Question

1) Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies ibagħtu minn overdose ta' drogi fl-isptarijiet f'Malta u Għawdex s'issa matul din is-sena? 2) Kemm kien hemm imwiet minn overdose matul l-istess żmien? 3) F'kull każ f'1 u f'2 kemm kienet irġiel u kemm nisa? 4) Kemm kellu l-iżgħar u kemm l-akbar vittma tad-droga?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Settembru 2001 in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44) Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) Katgorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14) Kategorija Irġ iel Nisa Total A 15 14 29 B 0 0 0 C 63 59 122 Ninsab infurmat ukoll li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet jirriżulta li matul din is-sena s'issa kien hemm sitt (6) każi ta` mewt ikkaġunat minn "overdose". Dawn l-imwiet kienu ta` ħames (5) irġiel u mara waħda (1). L-etajiet kienu bejn 24 u 47 sena. Mwiet kaġun ta` "overdose" jinkludu każijiet fejn l-'underlying cause of death' kienet ikklassifikata skond l-ICD-10 fil-kategoriji li jidhru fil-bidu.
Leg 9 PQ #29810 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Board — Matsec

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għall-mistoqsija numru 29658, jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-arranġamenti u/jew il-linji gwida li l-board tal-Matsec jimxi magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull meta l-Bord tal-MATSEC ikollu talba minn studenti għal arranġamenti speċjali, dan jgħaddi din it-talba lill-Kumitat maħtur apposta mill-Universita` "Special Needs Committee". Bħala linja ta' gwida dan il-Kumitat jimxi fuq il-ktejjeb ta' Examination Boards barranin "Joint Council General Qualifications GCE, VCE, GCSE u GNVQ - Regulations & Guidelines - relating to candidates with special requirements". Informat ukoll li s-sena li għaddiet il-Kumitat Lokali - The Special Needs Committee, ħejja dokument ta' gwida għall-każijiet bħal dawn. Wieħed jispera li dan ikun ippubblikat fil-ġejjieni qrib. Ġejt assigurat li kull każ dejjem kien studjat u ingħataw l-arranġamenti speċjali skond fejn kien meħtieġ.

Żejtun — Kontroll tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru, peress tal-Board tal-Kontroll tat-Traffiku, jara xi problemi qed iħabbtu wiċċhom magħha numru ta' residenti li joqgħodu fi Triq l-Ispirtu s-Santu fiż-Żejtun u jikkunsidra li jew issir one way u/jew ikun hemm parking ristrett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali ser jieħdu l-passi meħtieġa biex Triq l-Ispirtu s-Santu ssir one way.
Leg 9 PQ #29743 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-mistoqsija numru 29365, kemm kienet in-nefqa għas-Segretarjat Parlamentari u għall-Ministeru b'mod separat?

Response (GALEA, LOUIS)

Apparti l-ispjega diġa` mogħtija, informat li t-tagħrif dwar in-nefqa fuq safar matul il-perjodu indikat mill-Onor. Membru kienet tammonta għal Lm4678.36 tas-Segretarju Parlamentari u ta' Lm5318.64 għall-Ministeru.
Leg 9 PQ #29744 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq il-Ward tax-Xemx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli l-problema ta' pressa baxxa ta' l-ilma fi Triq il-Ward tax-Xemx ġewwa l-Fgura tiġi solvuta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-pressa fil-provvista ta' l-ilma fit-triq imsemmija hija tajba wara li saret il-manutenzjoni meħtieġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #29758 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Ħajt il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-problema tad-drenaġġ f'Ħajt il-Wied fiż-Żejtun, speċjalment wara ittra li l-kunsill lokali taż-Żejtun kiteb ittra li ġġib id-data tat-2 ta' Novembru 2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li diġa' saret l-ewwel parti ta' l-estensjoni f'Ħajt il-Wied permezz ta' main tal-10" biswit il-main eżistenti ġol-Wied stess. Baqa' t-tieni fażi, fejn iridu jsiru katusi oħrajn mill-post fejn wasalna issa għal ġewwa l-mini aktar l-isfel ġo l-għelieqi stess. Dan ġie spjegat lill-bdiewa minn uffiċjal għoli tad-Dipartiment tad-Drenaġġ stess f'laqgħa li għamel magħhom fuq il-post, fit-8 ta' Novembru 2001. It-tender għat-tieni fażi għandu joħroġ fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #29786 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li jgħallmu l-ingliż lill-barannin li qed joperaw bħalissa? Kemm hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' skejjel ta' din ix-xorta? Minn min saret kull applikazzjoni? F'liema lokalita'? Meta saret kull applikazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' skejjel ta' l-Ingliż liċenzjati li hemm bħalissa huwa ta' 33. Minn mindu nħatar il-Bord ġdid ma rċieva ebda applikazzjoni għal skola ġdida, iżda sab dawn l-applikazzjonijiet u qed jaħdem fuqhom biex tkun tista' tinħareġ liċenzja: * Żvilupp ta' Moynihan House/Sebħa House, San Ġiljan, f'ċentru residenzjali għal studenti barranin u fi skola ta' l-Ingliż. * Bdil ta' Shamrock House, Pjazza Dingli, Sliema fi skola ta' l-Ingliż. * Bdil ta' parti minn guesthouse, Salini Residence, Triq il- Lifruna, Marsalforn, fi skola ta' l-Ingliż. * Bdil ta' residenza, Triq Birbuba, Għarb, fi skola ta' l-Ingliż. * Ftuħ ta' skola fil-Kumpless St George's Bay Hotel. * Talba biex Mayfair Academy tibdel l-isem ta' l-iskola għal EF International School u l-formazzjoni tal-kumpanija li tamministra din l-iskola.