Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30495 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jinbena xi sports ground fil-housing estate ġewwa Ta' Giorni

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi ħsieb li jinbena sports ground fil-Housing Estate ġewwa Ta' Ġiorni.
Leg 9 PQ #30533 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel tal-istat? F'liema taqsimiet u f'liema suġġetti? Jista' jgħid kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta' sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30534 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija li diġa għalqu il-25 sena servizz? F'liema rank? Kemm hu mistenni li jirtiraw għaliex jkunu laħqu l-eta' tal-irtirar matul l-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri tal-Korp li għalqu jew ser jagħlqu 25 sena servizz is-sena d-dieħla, huwa kif ġej: 2001 2002 Kummissarju 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistent Kummissarju 4 - Supretendent 13 - Spettur 11 - Surġent Maġġur 2 - Surġent 45 3 Kuntistabbli 103 2 Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan jiddependi assolutament fuq l-individwu kkonċernat u għaldaqstant mhux possibli li wieħed jipprevedi kemm ser ikun dan in-numru.

NGO — Statistiċi

Question

B'referenza għall-statistika ppubblikata mill-uffiċju nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-NGO's, jista' l-Ministru jgħid għas-sena 2000 iċ-ċifra msemmijja bħala nefqa ta' Lm512,301 kinux għotjiet lil dawn l-għaqdiet? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' dawk l-għaqdiet li ħadu f' għajnuna u kemm ġew mogħtija kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30386 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar żvilupp til-barriera magħrufa tal-blu fil-by pass tal-Mellieħa? Jista' l-Ministru jgħid wkoll jekk hemmx applikazzjonijiet għal zvilupp f'dan is-sit? Jekk iva, x'inhi t-tip ta' żvilupp?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #30387 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Flus Ivvutati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus ivvutati għad-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-sena 2000 u fis-sena 2001 li ma ntużgħawx mid-dipartiment u li allura ġew mgħoddija lura lill-finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-kontijiet għas-sena 2001 għadhom ma ġewx magħluqa, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30336 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Annual Report

Question

B'referenza għal dak li hemm fl-Annual Report għas-sena 2001 ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'paġna 14, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tar-rapport Leisure and Recreation?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Leisure and Recreation Report. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Leg 9 PQ #30250 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal ħaddiema mill-2762 ħaddiem imsemmija li ġew impjegati fl-1987, jaħdmu maċ-ċivil? Jista' jgħid ukoll meta spiċċaw minn maċ-ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #30251 Sitting 662 2001-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba ltaqgħa l-board imsemmi f'mistoqsija parlamentari nru. 17933? Jista' jagħti wkoll id-dati ta' meta ltaqgħa? Jista' jgħid jekk jinżammux minuti? Jekk iva jistgħu dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-biċċa l-kbira ta' l-għotjiet lill-għaqdiet sportivi ġew deċiżi wara li l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet issottomettew pjan ta' żvilupp ta' l-isport li jirrappreżentaw. Dawn l-għajnuniet kienu jvarjaw skond il-programmi li kellha kull assoċjazzjoni jew federazzjoni. Kien hemm xi għotjiet oħra li ġew ikkunsidrati individwalment fuq il-meritu taghħom.
Leg 9 PQ #30191 Sitting 659 2001-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema ta' l-Istorja ta' Malta

Question

Nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 28719. Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi fis-sitwazzjoni ta' dan l-għalliem peress li xi ġenituri qaluli li s'issa t-tfal tagħhom għadhom qed jiġu mgħallma l-Istorja ta' Malta bl-Ingliż u li skond it-tweġiba tiegħek l-ilmenti ilhom isiru aktar minn tlett snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tieħu l-passi meħtieġa fil-limiti ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #30179 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wires Żejda

Question

Jista' l-Ministru jara li wires żejda tat-telephone u li qiegħdin ikerhu l-ambjent fi sqajjaq street, Tarxien jitneħħew immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li għamlet il-Maltacom jirriżulta li xi wires u cables tat-telefon li hemm fit-triq imsemmija jistgħu jitneħħew, waqt li oħrajn jistgħu jitpoġġew b'mod aktar organizzat. Peress li din it-triq hija twila, il-manutenzjoni meħtieġa ma tistax issir immedjatament. Madanakollu x-xogħol għandu jsir fil-futur mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #30182 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm intefaq fuq fuel mill-pixxina nazzjonali biex jissaħħan l-ilma? X'fuel qed jintuża? Kemm mis-somma totali tħallset? Il-kuntratt biex il-pixxina nazzjonali tingħata l-fuel għal kemm-il sena sar? Meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti? Min qed jissupplixxi l-fuel lill-pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa li saret matul din is-sena fuq fuel mill-Pixxina Nazzjonali s'issa ammontat għal Lm43,483. Minn dan l-ammont tħallsu Lm11,255. Il-fuel li qiegħed jintuża huwa pitrolju. Il-kuntrattur huwa Mark Cassar Fuel Supplies. L-aħħar sejħa għall-offerti saret f'April 2000. Il-kuntratt kien għal perjodu ta' sena li jiġġedded għal perjodu ieħor ta' l-istess żmien bi ftehim miż-żewġ naħat.
Leg 9 PQ #30184 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jitħallas kont tat-telefon bil-posta fl-envelope mibgħut mill-Maltacom, ma tintbgħatx irċevuta lill-abbonat? Xi jkollu x'juri l-abbonat li l-ħlas jkun sar minbarra ic-cheque li jkun bagħt iżda xejn uffiċjali mill-kumpanija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-forma tal-kont tat-telefon, li ilu jintbagħat lill-abbonati sa mill-1999, juri jekk il-kont ikunx tħallas sad-data li fiha kellu jsir il-ħlas. Minnu nnifsu din hija riċevuta. Minn meta ġiet introdotta din is-sistema sa llum, ftit li xejn kien hemm ilmenti mill-abbonati dwar dan u meta kien hemm bżonn xi kjarifika, din kienet għax l-abbonat ma ħallasx fiż-żmien stipulat, liema ħlas, imbagħad, intwera fil-kont ta' wara.
Leg 9 PQ #30185 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Akkademja tal-Pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29018, jista' jgħid il-Ministru jekk sarux l-intervisti ta' dawk li applikaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, jista' jgħid kemm daħlu? Minn dawk li daħlu kemm għandhom bejn it-18 u 21 sena? Minn liema lokalita' ġejjin ir-rekluti l-ġodda?

Response (BORG, TONIO)

L-intervisti ta` dawk li applikaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija saru bejn il-25 ta` Ottubru 2001 u s-6 ta` Novembru 2001. In-numru ta` applikanti biex jidħlu bħala kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija kien ta` 229, 122 irġiel u 107 nisa. Minn dawn : 55 raġel u 41 mara għaddew mill-intervista. 27 raġel u 34 mara m`għaddewx mill-intervista. 20 raġel u 22 mara kienu assenti. 12-il raġel u 7 nisa ma kienux eliġibbli. 8 irġiel u 3 nisa ma baqgħux interessati u rtiraw l-applikazzjoni. B`kollox 72 applikant kienu assenti, jew instabu mhux eliġibbli, jew ma baqgħux interessati. Bħalissa dawk li għaddew qed jagħmlu l-eżami mediku. Minn dawk li għaddew mill-intervista hemm 45 raġel u 29 mara li għandhom bejn it-18 u l-21 sena. Il-lokalitajiet li ġejjin minnhom l-applikanti li għaddew huma kif ġej: Lokalita` Irġiel Nisa Attard 1 2 B`Bugia 2 0 B`Kara 6 4 Fgura 2 0 Floriana 1 0 Għargħur 1 0 Kerċem (Għawdex) 1 0 Victoria (Għawdex) 3 1 Xagħra (Għawdex) 1 0 Nadur (Għawdex) 3 0 Għajnsielem (Għawdex) 1 0 Kalkara 1 1 Luqa 1 1 Mosta 1 3 Mqabba 1 0 Paola 2 2 Pembroke 1 0 Pieta` 2 0 Qormi 3 3 Safi 2 0 San Ġwann 3 1 Siġġiewi 2 2 San Ġiljan 1 0 San Pawl il-Baħar 1 0 Santa Luċija 2 0 Santa Venera 1 0 Tarxien 1 1 Żabbar 1 3 Żebbuġ 3 0 Żejtun 2 0 Żurrieq 2 0 Dingli 0 1 Żebbuġ (Għawdex) 0 1 San Lawrenz (Għawdex) 0 1 Gżira 0 1 Marsascala 0 1 Naxxar 0 2 Rabat 0 5 Senglea 0 1 Sliema 0 2 Valletta 0 1 Xgħajra 0 1 TOTAL 55 41
Leg 9 PQ #30187 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Xogħol ta' Outreach

Question

Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru. 29517? La l-aġenzija SEDQA sabet li l-akbar problema fiż-żona ta' Paceville hi l-konsum eċċessiv ta' alkohol minn żagħżagħ taħt l-eta' ta' sittax (16) il-sena, jista' jgħid jekk huwiex sodisfatt bix-xogħol tal-pulizija li ma qabdux biżżejjed sidien tal-ħwienet tax-xorb f'din l-aħħar sena li qed jbiegħu ix-xorb alkoholiku lil tfal taħt l-eta'? X'qed isir mill-pulizija meta jaraw dawn iż-żgħażagħ taħt l-eta' fis-sakra fit-triqat ta' Paceville u fit-triqat ta' postijiet oħra ta' divertiment?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jista` japprezza l-Onor. Interpellant, fix-xogħol tal-Pulizija, wieħed qatt ma jista` jistrieħ u joqgħod fuq ix-xogħol li jkun sar biss. Ghalhekk ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet sabiex ma jkunx hemm abbużi. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, hija l-proċedura stabbilita, illi fejn il-Pulizija tosserva persuna li ma tkunx fi stat li tieħu kura tagħha nnifisha minħabba li tkun taħt l-influwenza ta` xorb spirituż, din il-persuna tittieħed fl-eqreb għassa tal-Pulizija u jiġi mogħti l-assistenza meħtieġa.
Leg 9 PQ #30188 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 28318, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom, maqsuma f'dawk li għandha anqas minn 29 sena, dawk li għandhom bejn it-30 u l-45 sena u dawk li għandhom il fuq minn 46 sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma lista li turi l-etajiet tal-membri, nisa u rġiel, tal-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Avukat Ġenerali — Perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni minn perit fis-snin li għaddew biex l-uffiċju tal-avukat ġenerali jkun trasferit f'post ieħor fil-Belt? Min għamel din l-evalwazzjoni? Kemm ħallas il-ministeru tal-Ġustizzja għal din l-evalwazzjoni? Għaliex ma sarx it-trasferiment? Min għażel il-perit biex jagħmel din l-evalwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra

Inkjesta — Abbużi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għadda l-każ ta' leakage ta' bord ta' investigazzjoni dwar kif sar il-leakage tal-konklużjoni ta' l-inkjesta tal-Maġistrat Miriam Hayman in konnessjoni ma' allegati abbużi sesswali lill-pulizija biex tinvestiga?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra