Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel toħroġ u tagħtix complimentary tickets għall-vapur ta' Għawdex? Jekk iva, kemm tqassmu fis-sena 2000 u fis-sena 2001 u lil min? X'kriterji jintużaw biex dawn jitqassmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal News Release mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li ġġib id-data ta' l-4 ta' Diċembru 2001, dwar Non-Governmnent Organisations (NGOs) Serving Children and Young Persons.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li s-somma kkwotata minnu tirrappreżenta spejjeż li kellhom dawk l-NGOs li ġew surveyed u mhux dħul jew għotjiet li rċevew. L-NGOs li bbenefikaw minn għotja finanzjarja fis-sena 2000, mill-flus allokati taħt il-vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali għal dan l-iskop, u l-ammonti rispettivi li rċevew dawn NGOs, huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29742, filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru li xi passi ġew meħuda, jista' l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jara jekk ċertu parking li qed isir fl-istess triq hux qed joħloq xi periklu għax xi residenti meta jkunu għaddejjin karozzi oħra minn quddiem id-dar tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokali taż-Żejtun qed jieħdu l-passi meħtieġa biex jekk hemm xi parking li qed joħloq periklu fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, dan jiġi regolat.
B'referenza għall-PQ 30433, minħabba li l-kuntrattur ġie mqabbad mid-dipartiment stess, jaħsibx li hija r-responsabilta' tal-kuntrattr innifsu li jieħu ħsieb li jagħmel ix-xogħol mill-bidu sa l-aħħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-terrapien li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien jinsab fit-triq qabel ma nbeda x-xogħol tad-drenaġġ. Saħansitra, biex seta' jsir ix-xogħol tal-main tad-drenaġġ, il-kuntrattur kellu jneħħi parti sostanzjali minnu. Għaldaqstant, mhix ir-responsabbilta' ta' dan id-dipartiment u lanqas ta' dan il-kuntrattur li jitneħħa dan il-materjal imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti sportivi li hemm il-ħsieb li se jsiru għall-loghob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2003 u li s'issa ma ingħatawx bidu għalihom?
Meta hemm il-ħsieb li se jinbeda kull proġett?
F'liema stadju jinstab l-ippjanar għal kull proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġetti sportivi li hemm il-ħsieb li se jsiru għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2003 kollha nbdew.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbidel it-track tal-Marsa għall-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tas-sena d-dieħla?
Meta se jinqala'?
Ħarġu xi offerti biex dan it-track jitqiegħed mill-ġdid?
Kemm se jiswa?
Kemm se jdum ix-xogħol biex isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol biex jinbidel il-wiċċ tat-track tal-Marsa hu mistenni jsir f'Awissu. Id-Dipartiment ħareġ sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol. L-istima tat-tender kienet Lm108,000. B'kollox intefgħu tmien offerti li għadhom qed jiġu aġġudikati. Ix-xogħol huwa mistenni jdum bejn erba' u sitt ġimgħat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw sabiex jipprovdu servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit?
Min kienu u kemm kienet l-offerta tagħhom?
Min intgħażel u x'servizz hu mistenni minnu?
Għal kemm żmien ser jintalab dan is-servizz?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li kien hemm żewġ applikazzjonijiet sabiex jiġi provdut is-servizz ta' trasport għas-Swimming Promotion Unit. Dawn l-applikazzjonijiet intefgħu minn Paramount Garage u Saviour Galea. Hu mistenni li l-vjaġġi jkunu minn diversi rħula fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Malta sal-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali u lura. dan is-servizz ser jintalab għal perjodu ta' 5 xhur.
Peress li t-tenders għadhom qed ikunu analizzati ma jidhirx li jkun xieraq jingħataw id-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-:
1 bini ta' skejjel ġodda?
2 Estensjoni ta' skejjel ġodda?
Minn min saret kull applikazzjoni?
Meta saret?
F'liema lokalita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, ġew sottomessi lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar 26 applikazzjoni għal bini ta` skejjel akkademiċi ġodda jew estensjonijiet lil skejjel akkademiċi. Id-dettalji ta` l-applikazzjonijiet hawn fuq imsemmija huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' din is-sena skolastika kemm huwa stmata li se jispiċċaw studenti mill-iksola għaliex jkunu temmew Form IV tas-sekondarja?
Kemm minnhom jattendu skejjel tal-Istat?
Kemm mit-total huma subien u kemm bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm il-student ingħata permess jitlaq mill-iskola qabel iż-żmien?
Kemm kienu subien u kemm bniet?
X'kienu r-raġunijiet prinċipali għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa hemm vakanzi fil-grad ta' assistent direttur tal-edukazzjoni?
Jekk iva, f'liema taqsima?
Kemm se jirtiraw assistenti diretturi sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?
F'liema taqsimiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel li se jirtiraw matul din is-sena skolastika iżda wara 1 ta' Jannar 2002?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jkun magħruf li se jirtira kap/assistent kap għaliex ma jinħatrux oħrajn flokhom xi żmien qabel ma jirtiraw biex jkun hemm handover sura ta' nies?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhu n-numru ta' pulizija li hemm fil-korp tal-pulizija?
Kemm kien hemm membri tal-korp li spiċċaw fl-2001 talli:
! laħqu l-eta' tal-irtirar?
2 għalqu il-25 servizz?
3 tkeċċew mis-servizz?
4 mietu?
5 irriżenjaw?
F'kull każ jista' jagħti r-rank tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2002 fejn hu ippanat li jsiru:
1 traffic lights?
2 Pelican lights?
Kemm se jintnefaq matul is-sena finanzjarja li jmiss fuq dawn is-sistemi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għas-sena d-dieħla ser ikomplu jitlestew l-istallazzjoni tal-pelican lights u traffic lights f'Burmarrad, Swieqi, Bormla, San Ġwann, Baħar iċ-Ċagħaq, Zejtun, Rabat, B'Buġia, San Ġiljan, xogħol fil-preżent qed isir ż-Zejtun u B'Buġia, filwaqt li hemm sejħiet għall-offerti biex isiru stallazzjonijiet oħra f'St Andrew, Swieqi u Rabat.
Postijiet oħra fejn ġew approvati l-istallazzjonijiet huma Rabat, M'Skala, Mtarfa, Burmarrad, Marsa, Sliema, St Venera, Bormla u San Ġwann, u x-xogħol fihom isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkun hemm fid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna applikat għaċ-ċittadinanza doppja matul din is-sena?
Kemm il-applikazzjoni ġiet rifjutata?
X'inhu t-total ta' persuni li applikaw għall ċittadinanza doppja mindu ġiet approvata il-liġi?
Kemm ġew aċċettati?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25175, hawn taħt tidher l-informazzjoni mitluba:-
2000
2001
Għadhom jistennew risposta
Talbiet li ġew miċħuda
Numru ta` persuni li jikkwalifikaw (awtomatikament) biex iżommu żewġ ċittadinanzi
1,352
1,131
398
-
Numru ta` persuni li ġew reġistrati bħala ċittadini Maltin
512
1,031
275
98
Numru ta` persuni li ġew naturalizzati bħala ċittadini Maltin
75
128
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' health & safety officers impjegati mal-gvern?
Kemm minnhom huma stazzjonati Għawdex?
Jitfasslu programmi ta' għajnuna dwar saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol fejn jidħlu l-iskejjel?
Kemm saru minn dawn matul din is-sena fl-iskejjel tal-Istat, indipendenti u tal-knisja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm disa' health and safety inspectors impjegati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg li huma stazzjonati f'Malta. Dawn l-ispettiru jagħmlu xogħol ta' rutina f'Għawdex skond il-ħtieġa. Saru wkoll numru ta' lectures għal ħaddiema mpjegati mad-diversi Dipartimenti Governattivi f'Għawdex.
Dalwaqt għandu jibda l-proċess biex ikunu reklutati iktar Uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol.
Sallum, il-prijorita' kienet li Spetturi mid-Dipartiment ikunu nvoluti fil-preparazzjoni ta' taħditiet u lectures lil diversi ażjendi li juru x-xewqa li jesponu lill-ħaddiema jew apprentisti tagħhom għal suġġetti relatati mas-saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol. Fost dawn saru korsijiet b'koperazzjoni ma' l-iStaff Development Organsation li għalih attendew numru ta' għalliema mpjegati fi skejjel tal-Gvern. Ingħataw ukoll żewġ lectures fi skola governattiva u fi skola privata matul din is-sena.
Qegħdin isiru diskussjonijiet mad-diriġenti ta' skola privata biex ikun imħejji programm edukattiv għat-tfal, li jinkludi l-produzzjoni ta' videos promozzjonali u activity book. Dan il-programm ser ikun introdott għall-ewwel darba s-sena d-dieħla fi proġett pilota, li wara li jkun evalwat, jista' jkun użat ukoll fl-iskejjel kollha, inklużi tal-Gvern, tal-Knisja u privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati inċidenti fuq il-post tax-xogħol matul din is-sena?
Kemm kien hemm imwiet?
Mir-rapporti li saru wara l-inċidenti fatali kemm hemm it-tort tas-sidien jew tal-impjegat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet għall-Benefiċċju għall-Korriment matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Ottubru, kien ta' 4,208 filwaqt li nċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol kien ta' sitta.
Infurmat ukoll li fil-każijiet kollha li rriżultaw f'imwiet, l-inkjesta Maġisterjali relattivi għadhom mhux konklużi.
Jista' l-Ministru jara li l-kuntrattur li ħadem fi Triq Toni Zahra fiż-Żejtun u li ħalla terrapien warajh, inaddaf il-post fejn ħadem u mhux ħalla kollox warajh u dan b'detriment anke għar-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li ghaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mghoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tieghu direttament ill-Kunsil Lokali ikonċernat.
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ippublikat għall-konsultazzjoni pubblika l-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta f`Lulju 2001. Is-sit li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa kopert bil-policy NWML 26 - Area for Garage Businesses fl-istess Pjan.
Il-konsultazzjoni pubblika fuq dan il-Pjan għalqet, u l-Awtorita` issa ser tieħu konjizzjoni tal-kummenti tal-pubbliku u tirrevedi l-Pjan fejn meħtieġ.
L-Awtorita` għandha applikazzjoni pendenti għal żvilupp ta` kumpless residenzjali fuq is-sit tal-barriera magħrufa bħala 'tal-blu'.
B'referenza għall-PQ 30387, jista' l-Ministru jgħati l-figuri għas-sena 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-flus ivvutati għad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ma ntużawx għas-snin 2000 u 2001 huma kif ġej:
Sena 2000
Rikurrenti Lm 19,076
Kapitali Lm 38,407 (taħt Restoration of Museums and Hist. Sites)
Lm 97,869 (taħt Ticketing System)
Sena 2001
Rikurrenti Xejn
Kapitali Lm 99,431 (Ticketing System)