Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Patri Wistin Born ġewwa M'Scala ser tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm diversi toroq fil-viċinanzi li ser jibda xogħol fihom wara li jiġu aġġudikati s-sejħiet għall-offerti.
Triq Wistin Born tkun tista' ssir wara li xogħlijiet fit-toroq l-oħra jitlestew.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Lampuka ġewwa M'Scala ser tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac? F'każ illi t-tweġiba tkun simili għal mistoqsijiet preċedenti, jista' jgħid f'hiex wasal il-programm ta' rranġar ta' triq ġewwa M'Scala?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'Wied il-Għajn bi ftehim u prijorita' miftehma mal-Kunsill skond kif għidt fir-risposti għal mistoqsijiet preċedenti, ser isiru xogħlijiet f'toroq Menħir, Mintba, p/o Triq Sant Antnin, p/o Triq Żinżel, Ikħal, p/o Qrenpuċ u N/S in Triq Ikħal. Ħarġu tenders biex isiru toroq Gidwet, Għaxqet il-Għajn, Batterija, Maħsel, Sibbien, Sliem u Miklem Malti.
Toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet li jkunu stabbiliti bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar f'toroq ġewwa ż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u M'Scala minn Settembru 1998 sallum? F'liema toroq sar xi xogħol u f'liema sena? Jista' jgħid wkoll x'xogħlijiet oħra hemm ippjanati u meta ser isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta' min iżid, li x-xogħol li għandu jinbeda din is-sena għad jista' jiżdied iktar 'il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel li se jirtiraw matul din is-sena skolastika iżda wara 1 ta' Jannar 2002?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jkun magħruf li se jirtira kap/assistent kap għaliex ma jinħatrux oħrajn flokhom xi żmien qabel ma jirtiraw biex jkun hemm handover sura ta' nies?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena skolastika, minn wara l-1 ta' Jannar 2002, ser jirtiraw 5 Kapijiet ta' l-iskejjel u 4 Assistenti Kapijiet. M'għandux ikun hemm problemi biex jimtlew vakanzi li mistennija jinħolqu sa Ġunju 2002.
Il-ħatra ta' Kap jew Assistent Kap tiddependi fuq il-vakanzi li attwalment ikunu jeżistu. Dak li qed jiġi ssuġġerit jiddependi minn deċiżjoni finali tal-PSC wara li jkun qabel l-MPO. Il-materja ilha tiġi kkonsidrata min-naħa tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-pulizija jibdew jużaw l-ispeed cameras fit-toroq?
Response (BORG, TONIO)
Sabiex ir-riżultat ta` l-ispeed cameras ikun ammissibbli bħala prova, għandu jinħareġ Avviż Legali mill-Ministeru tat-Trasport wara konsultazzjoni ma` l-Awtorita` tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid fl-2001 kemm saru testijiet tal-breathalyser? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? X'kien it-total ta' dawk li m'għaddewx għaliex xorbu wisq alkohol? Kemm kienu barranin liu weħlu minn dan it-test? Kemm kienu nisa li weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, in-numru ta` sewwieq/a li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien hekk:
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
6
7
10
10
9
6
5
2
7
15
6
30
Minn dan in-numru ta` testijiet, 78 irriżultaw pożittiv u f`każ wieħed ir-riżultat tat-test għadu mhux magħruf. Minn dawn 4 kienu barranin, filwaqt li ma kienx hemm nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (food handlers) li jaħdmu fl-iskejjel u li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Saħħa skond avviż legali 178 ta' l-2001? Jista' jelenka l-iskejjel reġistrati u kemm hemm minn dawn in-nies f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li sal-lum ir-reġistrazzjoni ta` dawk li jiġu f'kuntatt ma` l-ikel għadha ma bdietx.
Għaldaqstant, ninforma li sabiex persuni (food handlers) jiġu reġistrati mad-Dipartiment tas-Saħħa skond l-avviż legali 178 ta` l-2001 iridu qabel jattendu kors ta` taħriġ fl-Iġene ta` l-Ikel, liema kors irid ikun approvat minn dan id-Dipartiment.
Il-pubbliku ġie nfurmat b'avviżi li ħarġu fil-gazzetti lokali bl-obbligu li jirreġistra. Qegħdin isiru wkoll taħditiet ma` azjendi pubbliċi sabiex ikun jista` jingħata dan it-taħriġ lil dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol sabiex ikunu lesti mħarrġa jekk isibu xogħol fil-maniġġ ta` l-ikel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm operaturi ta' l-ikel (food operators) li jaħdmu/jissupplixxu l-iskejjel u huma reġistrati skond l-avviż legali 180 tal-2001? Liema huma dawn l-operaturi u f'liema skejjel joperaw/jissupplixxu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi sat-23 ta` Jannar 2002 kien hemm ħames (5) operaturi li joperaw minn skejjel li rreġistraw tali post bħala post ta` ikel (food premises). Jista` jkun li operaturi oħra rreġistraw bħala li jservu l-ikel mingħajr ma indikaw li jissupplixxu xi skola.
L-informazzjoni dwar liema huma l-operaturi ma tistax tingħata għax hija meqjusa ta` natura kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi ħaġa biex tingħeleb il-problema ta' konfużjoni tat-traffiku li qed tinħoloq kuljum f'diversi ħinijiet tal-ġurnata ħdejn ir-roundabout f'tarf Vjal it-Trasfigurazzjonali f'Ħal Lija? Hemm xi ħsieb li jsiru traffic lights flok ir-roundabout biex jkun hemm kontroll aħjar tat-traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-titjieb fl-inħawi hu maħsub li jsir aktar 'il quddiem, meta din il-junction tiġi mibdula b'waħda ġdida.
Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li d-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala regolatur, għandu l-mezzi u r-riżorsi umani adekwati sabiex jissorvelja l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sabiex dan jitmexxa fuq l-istandards u regoli internazzjonali ta' l-International Civil Aviation Organisation biex tkun assigurata s-sigurta' lil kull minn jivvjaġġa bl-ajru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandu l-meżżi u riżorsi sabiex jissorvelja l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sabiex dan jitmexxa fuq l-Standards and Recommended Practices ta` l-International Civil Aviation Organisation.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal ħaddiema mill-2762 ħaddiem imsemmija li ġew impjegati fl-1987, jaħdmu maċ-ċivil? Jista' jgħid ukoll meta spiċċaw minn maċ-ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-2,762 ħaddiem li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku matul 1987, 1,258 minnhom għadhom fl-impjieg sat-18 ta’ Diċembru 2001.
Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitlub, trid issir riċerka f’“records” antiki li m’humiex kompjuterizzati, u li għalhekk tieħu ħafna żmien.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitlobu jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u cioe jista' jelenka liema huma dawk il-pajjiżi li Malta għanda ftehim ta' estradizzjoni magħhom? Meta ġie iffirmat kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1964 'l hawn Malta ffirmat u saret parti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-estradizzjoni u dan b'effett mis-17 ta' Ġunju 1976. Malta saret parti wkoll mill-Protokol Addizzjonali u mit-tieni Protokoll Addizzjonali ta' l-istess Konvenzjoni b'effett mit-18 ta' Frar 2001 u għalhekk in effett Malta għandha trattat ta' estradizzjoni mal-istati kollha li huma parti għal dik il-Konvenzjoni u Protokolli.
Barra minn dan Malta hija wkoll parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet uniti tal-1988 Kontra t-traffikar ta' Drogi Narkotiċi u Psikotropiċi u l-istess konvenzjoni tista' tintuża bħala trattat ta' estradizzjojoni mal-istati li huma partijiet ta' dik il-Konvenzjoni għall-finijiet tar-reati li dwarhom tittratta dik il-Konvenzjoni.
Barra minn dawn il-konvenzjonijiet, mal-indipendenza Malta wirtet diversi trattati mir-Renju Unit li ġew applikabbli għal Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu isir biex dawk li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, u speċjalment iż-żgħażagħ, jkunu jistghu jerġgħu jintegraw fis-soċjeta' u isibu ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Il-priġunieri kollha li hemm fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin qegħdin jingħataw l-opportunitajiet kollha possibli biex meta jiskontaw is-sentenza tagħhom ikunu ippreparati aħjar għal meta joħorġu lura fis-soċjeta`.
Enfażi kbira qegħda tingħata fir-rigward tal-edukazzjoni akkademika. Jingħata tagħlim fuq suġġetti varji bħal Ingliż, Malti, Matematika, Reliġjon, Taljan, Typewriting, Computer, Filosofija u Storja. Jingħata ukoll taħriġ fil-qasam ta` l-arti, li jinkludi xogħol tal-fuħħar u tpinġija, kif ukoll taħriġ tekniku fis-sengħa ta` electrician.
Jingħataw ukoll lezzjonijiet biex dak li jkun jitgħallem jirrispetta s-soċjeta` u lilu nnifsu u biex itejjeb l-imġieba tiegħu ma` ħaddieħor. Dan jinkludi sessjonijiet ta` Lateral Thinking, Spiritual Meetings u Lifeskills.
Fir-rigward taż-żagħżagħ l-attendenza għall-lezzjonijiet hija obbligatorja.
Tajjeb wieħed isemmi li f`ċerti suġġetti jingħataw lezzjonijiet fuq gradi diversi u ċioe` dawk għal livell ordinarju kif ukoll ta` livell avanzat.
Dawn l-isforzi taw riżultati pożittivi u diġa` għandna żewġ priġunieri li qegħdin jattendu l-universita` biex ikomplu l-istudji tagħhom. Numru sostanzjali ta` dawk li jattendu l-iskola kull sena jġibu riżultati sodisfaċenti fl-eżamijiet tal-MATSEC.
Il-priġunieri ukoll jingħataw xogħol f`diversi ħwienet bħal Bookbinding, Aluminium u Metalwork, Woodwork, General Maintenance, Kċina, Canteen, Stores u xogħol ta` tindif fid-diviżjonijiet tal-ħabs.
Ninsab infurmat ukoll li l-priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza jingħataw l-opportunita` li joħorġu jaħdmu għal numru ta` sigħat fil-ġimgħa barra l-ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid matul Novembru u Diċembru 2001 u fl-ewwel jiem ta' din is-sena kemm il-persuna taħt is-sittax (16) il-sena inqabdet f'barijiet/postijiet ta' divertiment meta dan hu kontra l-liġi?
F'liema lokalitajiet?
Ittieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Novembru 2001 u s-7 ta` Jannar 2002, kien hemm 35 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`diversi postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan. B`riżultat ta` dan, inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 8-il sid ta` dawn l-istabbilimenti.
Matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm talbiet minn priġunieri barranin, miżmuma fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, li talbu li jmorru jkomplu jiskontaw is-sentenza tagħhom f'pajjiżhom? Ta' liema nazzjonalita' kienu u għal liema raġuni kienu qed iservu sentenza? Kemm intlaqaw? Jekk kien hemm li ġew rifjutati, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 in-numru ta` priġunieri barranin li talbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f`ħabsijiet ġewwa pajjiżhom hu ta` 15. Minn dawn 13 huma Libjani filwaqt li 2 huma Olandiżi.
Ir-reati li dwarhom dawn il-persuni ġew ikkundannati huma: pussess u importazzjoni ta` droga (14), u sensiela ta` serq (1).
Sal-lum 3 talbiet ġew milqugħa.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru sa Diċembru 2001 - xahar b'xahar, kemm tressqu nies talli kisru l-liġi f'dawn l-isadia:
1 Stadium Nazzjonali
2 Centenary Stadium
3 Victor Tedesco fil-Ħamrun
4 Hibs Ground f'Kordin
5 Gozo Stadium
X'kienu l-akkużi prinċipali f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant kien hemm tlett persuni li ttieħdu proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba ksur ta` bon ordni fi ground tal-football. Dawn kienu jinvolvu persuna fl-Istadium Nazzjonali f`Novembru, filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu f`Diċembru, wieħed fis-Centenary Stadium u l-ieħor fil-Victor Tedesco Stadium. L-akkużi prinċipali kienu dwar imġieba abbużiva, kliem u ġesti oxxeni u dagħa.
Bħala Ministru responsabbli mill-artijiet, jista' jgħid sarx xi progress f'kuntatti mal-MFA dwar il-levellar u trranġar tal-Car Park li hemm wara l-VIP stand fl-Istadium f'Ta Qali? Japprezza il-periklu għan-nies u anke għaż-żwiemel tal-Pulizija li jkunu għassa wara xi logħba football f'dan il-post? Jappreżża li jkun hemm dlam ċappa u ż-żwiemel tal-Kavallerija faċilment jistgħu jintlaqtu minn xi vettura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm xi kuntatti mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern rigward dak li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Flimkien ma` l-Istadium Nazzjonali, il-car park ġie mogħti b`ċens għal disgħa u erbgħin (49) sena b`effett mit-23 ta` Diċembru 1997 lil Malta Football Association.
Skond il-kundizzjoni numru 5 tal-kuntratt, il-manutenzjoni kollha tal-proprjeta` hija a karigu ta` l-assoċjazzjoni mingħajr l-ebda dritt ta` kumpens, u skond il-kundizzjoni numru 6, l-assoċjazzjoni għandha l-obbligu li żżomm il-proprjeta` fi stat tajjeb ta` manutenzjoni u tagħmel dawk ix-xogħlijiet ta` natura straordinarja u ordinarja, inkluż ukoll it-tiswijiet kollha neċessarji għal dan il-għan.
Għaldaqstant, il-levellar u tranġar tal-Car Park irid isir mill-Malta Football Association.