Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31903 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm inħarġu flus fi stipendji lil dawk li jattendu is-sixth form tal: 1) Gvern 2) Skejjel tal-Knisja 3) Skejjel Indipendenti Kemm kien hemm rapporti f'kull każ ta' studenti li tnaqqsilhom l-istipendju għaliex ma' attendewx l-iskola

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matżl din is-sena skolastika, l-istżdenti fil-livell Post Sekondarjż rċivew dawn il-flżs f'Għotjiet ta' Manteniment: Sixth Form ż Istitżzzjonijiet oħra tal-Gvern Lm752,423.00 Skejjel tal-Knisja Lm 98,779.00 Skejjel Indipendenti Lm 18,603.00 Kien hemm dawn ir-rapporti dwar stżdenti li ma attendewx skola bla ġżstifikazzjoni ż allżra tnaqqsitilhom parti mill-istipendjż: Skejjel tal-Gvern 2,951 każ Skejjel tal-Knisja 45 każ Skejjel Indipendenti 210 każ
Leg 9 PQ #31904 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-istudenti li huma entitolati għall-istipendju? X'kundizzjonijiet hemm? Kemm hemm studenti ta' kull kategorija li jieħdu l-istipendju bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti intitolati għall-istipendju huma dawk li qed isegwu xi kors 'full time' f'xi waħda mill-istituzzjonijiet edukattivi elenkati fl-Avviż Legali 196 ta' l-1999 u li huma taħt it-30 sena. Bħalissa hemm 5765 student fil-livell Post Sekondarju li qed jirċievu l-Għotja ta' Manteniment u 5330 Student Universitarju.
Leg 9 PQ #31726 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li bħalissa jinstabu sospiżi mill-Korp tal-Pulizija minħabba li huwa allegat li wettqu reat? X'inhu r-rank tagħhom? X'inhuma l-akkużi kontrihom? Kemm ilu sospiż kull wieħed? Dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31727 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Language Development

Question

B'referenza għall-mistoqsija tiegħi nru. 30744, jista' l-Ministru jgħid kif se jaħdem il-pjan ta' monitoring ? Jista' jgħid jekk l-iskejjel diġa ingħataw il-linji gwida dwar il-language development? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-Pjan Strateġiku hemm maħsub li abbozz tad-dokument dwar il-'monitoring' jintbagħat fl-iskejjel fit-tieni fażi ta' l-impliementazzjoni u l-programm tal-'monitoring' jibda fit-tielet fażi. Il-Kurrikulu stess jitkellem ċar dwar il-lingwa f'paġni 19, 37, 38, 50, 51, 58, 67, 68, 79 u 82 u fih innifsu huwa gwida tajba għall-iskejjel. Il-'Focus Group' għall-'Language Development' qed jaħseb fuq proġetti biex jgħin l-iskejjel u d-dettalji tagħhom jitwasslu filwaqt lil kull min hu interessat.
Leg 9 PQ #31776 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tourism Studies

Question

Which career path/paths in the Tourism Studies course are going to be available for new entry students in October 2002? Is any of the present three career paths not going to be made available in the future? Why? What is the alternative for such courses in order to meet the industru demand?

Response (REFALO, MICHAEL)

A comprehensive reply will be given during another Sitting of the House of Representatives.
Leg 9 PQ #31688 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Żwiġijiet tal-Konvenjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar snin - 1995 sa 2001 - ir-reġistru pubbliku skopra li kien hemm xi żwiġijiet tal-konvenjenza? Jekk iva, kemm kien kull sena? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku mhux f`pożizzjoni li jkun jaf jekk iż-żwieġ huwiex wieħed ta` konvenjenza jew le iżda meta jkun hemm provi dwar dan, (eż. annulament taż-żwieġ mill-Qorti) id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jagħti parir lill-Ministru sabiex jirrevoka ċ-ċittadinanza Maltija.
Leg 9 PQ #31698 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabs

Question

Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba li tagħni għall-mistoqsija 30737. Jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment tal-intern isegwi li priġunieri li jintbagħtu mill-ħabs f'Malta biex ikomplu jiskuntaw l-priena tagħhom f' pajjiżhom fil-fatt jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30737. It-trasferiment ta' dawn it-tlett priġunieri Libjani fl-2001 sar skond il-ftehim bejn Malta u l-Libja li jirregola t-trasferiment ta' persuni issentenzjati. Dan l-istess ftehim fih klawsola li tippermetti lil dak il-pajjiżi minn fejn jintbagħtu dawn il-priġunieri li ikollu l-fakulta` jassigura li l-piena tagħhom f'pajjiżhom fil-fatt tiġi skuntata kollha.
Leg 9 PQ #31700 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Track

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija nru. 30734, jista' jelenka l-ismijiet tal-individwi/kumpaniji li tefgħu l-offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa? Jista' jagħti d-dettalji ta' kull offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-individwi / kumpaniji li tefgħu offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa huma: Three Eight Nine Ltd Mizzi Group Ltd M.Quip o.b.o. Syntex U.K. Ltd Victor Falzon & David Agius C.E.I.S. S.p.A. J.G. Cassar A.X. Construction Ltd Haffa A.G. (Svizzera) Minhabba li din it-tender għadha qed tiġi aġġudikata ma hux opportun li jingħataw dettalji dwar l-offerti mitfugħa.

Kawżi tas-Separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kawżi għas-separazzjoni għal-ewwel darba matul l-2001? Jista' jgħid wkoll kemm kien hemm żwiġijiet bejn 1) maltin 2) malti u barranija 3) maltija u barrani 4) żewġ barranin? X'inhu n-numru totali ta' separazzjoni li hemm pendenti quddiem l-Qrati? Kemm il-każ ġie deċis fl-istess sena (2001)?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi matul is-sena 2001 ġew introdotti 108 kawżi għas-separazzjoni. In-numru totali ta` separazzjonijiet li hemm pendenti quddiem il-Qorti huwa ta` 553, filwaqt li kien hemm 141 kawża deċiża fl-istess sena u cioe fl-2001. Dwar il-mistoqsijiet li jirrigwardjaw żwiġijiet, nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31724 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Storja ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid skondu il-kurrikulu nazzjonali, it-tagħlim tal-istorja ta' Malta huwa obbligatorju għaliex allura fiż-żewġ skejjel tal-Knisja li isimhom qiegħed taħt separate cover mhux qed isir tagħlim tas-suġġett f'livell sekondarju? Jista' jara u jiżgura li fl-iskejjel kollha ta' Malta dan is-suġġett jiġi mgħallem f'kull livell fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fiż-żewġ skejjel imsemmija qed isir it-tagħlim ta' l-istorja ta' Malta. Informat li f'waħda minnhom isir darbtejn fil-ġimgħa u jidher fit-Time-Table bħala "History and Environmental Studies". Fl-iskola l-oħra qed isir darbtejn fil-ġimgħa wkoll. Fil-bidu ingħatat importanza l-Istorja Ġenerali, iżda issa l-enfasi qegħda fuq l-istorja ta' Malta.
Leg 9 PQ #31725 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Żwiġijiet Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-2001 kemm saru żwiġijiet ċivili biss u mhux bil-knisja wkoll? Kemm kienu bejn 1) Maltin 2) Malti u Barranija 3) Maltija u Barrani 4) Barranin? - Fil-każ ta' (4), ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja ir-Reġistru Pubbliku f`Malta, hu kif jidher hawn taħt: Żwiġijiet Ċivili fl-2001 1) Bejn Maltin 52 2) Bejn Malti u Barranija 94 3) Bejn Maltija u Barrani 130 4) Bejn Barranin 179 In-nazzjonalita` ta` dawk f`kategorija (4) hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #30533 Sitting 698 2002-02-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel tal-istat? F'liema taqsimiet u f'liema suġġetti? Jista' jgħid kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta' sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2002 hemm 41 fil-grad ta' għalliema li ser jagħlqu 61 sena u mistennija jirtiraw. Hemm 5 għalliema minn fost dawk li ser jagħlqu s-60 sena matul l-2002 li diġa` nfurmaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li ser jirtiraw mas-60. Mhux neċessarjament dan l-irtirar jirriżulta f'ħolqien ta' vakanzi ġodda.
Leg 9 PQ #30550 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti FormIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' din is-sena skolastika kemm huwa stmata li se jispiċċaw studenti mill-iksola għaliex jkunu temmew Form IV tas-sekondarja? Kemm minnhom jattendu skejjel tal-Istat? Kemm mit-total huma subien u kemm bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Ebda tifel jewl tifla ma jispiċċaw mill-iskola għaliex ikunu temmew Form IV ta' Skola Sekondarja. F'xi każi fejn studenti jagħlqu sittax-il sena waqt li qed jattendu Form IV (każi rari li jissuċċiedu aktarx minħabba repetizzjoni ta' darba jew aktar fil-karriera skolastika), l-istudenti għandhom id-dritt li jgħażlu li joħorġu mill-iskola.
Leg 9 PQ #30555 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Assistenti Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa hemm vakanzi fil-grad ta' assistent direttur tal-edukazzjoni? Jekk iva, f'liema taqsima? Kemm se jirtiraw assistenti diretturi sal-aħħar ta' din is-sena skolastika? F'liema taqsimiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm erba' vakanzi fil-grad ta' Assistent Direttur ta' l-Edukazzjoni. Is-sejħa għall-mili ta' l-erba' postijiet imsemmija ġiet ippublikata nhar it-18 ta' Diċembru 2001 u għalqet nhar it-18 ta' Jannar 2002. Il-postijiet konċernati huma dawn: Assistent Direttur (Skejjel Non-Statali) Assistent Direttur (Żvilupp Kurrikulari) Assistent Direttur (Edukazzjoni Inklussiva) Assistent Direttur (Żvilupp Infrastrutturali).
Leg 9 PQ #31062 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Scala — Triq l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista jsir ħalli jiġu solvuti l-problemi fil-provista ta' l-elettriku fi Triq l-Aħmar ġewwa M'Scala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li diġa saru xogħolijiet ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx biex titaffa din il-problema. Huwa ppjanat li f'dawk l-inħawi tinbena substation bħala soluzzjoni permanenti.
Leg 9 PQ #31064 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel — Tuck Shops/Canteens

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika f'Settembru 2001, jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet minn spetturi tas-Saħħa biex jiżguraw li hemm indafa fit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel u li l-ikel u xorb offrut huwa tajjeb għas-saħħa tat-tfal? Fl'liema skejjel saru u instab xi ksur tar-regolamenti? Jekk iva, x'instab u x'passi ittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2001, saru disgħa u għoxrin (29) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f'tuckshops/canteens ta` l-iskejjel. L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dwar il-parti tal-mistoqsija, fejn ġie mistoqsi jekk it-tip ta` ikel li kien qiegħed jinbiegħ hux tajjeb għas-saħħa tat-tfal, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-ministru ta` l-Edukazzjoni, peress li t-tip ta` ikel u xorb li jistgħu jinbiegħu ġo 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel huwa kkontrollat mill-kuntratt li jiġi mpost minn dan id-dipartiment lill-persuni responsabbli fl-istess 'tuckshop/canteen'. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tas-Saħħa dawn ġew referuti lill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni sabiex tittieħed azzjoni min-naħa tiegħu.
Leg 9 PQ #31152 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Whitepaper ta' l-Isports

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl tal-proposti li qed isiru fil-whitepaper tal-isports, kemm saru laqgħat mal-ħaddiema tad-dipartiment jew dipartimenti konċernati? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru xi briefing sessions fejn il-ħaddiema fi gradi mhux operattivi tad-Dipartiment ġew mistiedna jattendu. Dawn fil-fatt anke taw il-kontribut tagħhom billi qajmu xi punti u għamlu mistoqsijiet. Minħabba li l-liġi proposta għadha fil-fażi ta' white paper u qegħdin fil-fażi li l-abbozz finali jintbagħat lill-Kabinett, ma nhassx li hu opportun li jsiru laqgħat diretti mal-ħaddiema f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #31153 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

White Paper ta' l-Isports

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-avukat li għamel id-draft tal-white paper ta' l-Isports?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-avukat li għamel id-draft tal-white paper ta' l-isports tħallas Lm2875.

PTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jirrappreżenta lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b'Diżabilita fuq il-board tal-Public Trasport Authority? Fl-2001, kemm saru laqgħat ta' din l-Awtorita' u kemm kienet l-attendenza tar-rappreżentant tal-KNPD?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord tal-Public Transport Authority illum ġie replaced b'dak tat-Transport Authority. Mhux il-każ li fil-Bord (ta' ħames persuni), ikun hemm rappreżentanti ta' Organiżazzjonijiet differenti, għalkemm il-KNPD bagħtet is-suġġerimenti tagħha u nżammu laqgħat magħha dwar it-trasport pubbliku u l-bankini fit-toroq, fost l-oħrajn.
Leg 9 PQ #31047 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Tniġġis ta' l-Arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi mkejjel it-tniġġis fl-arja fil-gżejjer Maltin? X'kienu il-livelli ta' tniġġis f'dawn l-aħħar sitt (6) xhur minn Ġunju sa Diċembru 2001? Il-Gvern sodisfatt bil-mod kif il-livell ta' tniġġis qed jiġi kkontrollat? Il-livelli ta' tniġġis fl-ajru jikkomparaw tajjeb mal-bqija tal-pajjiżi fl-Ewropa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-livell ta' tniġġiż ta' l-arja fil-gżejjer Maltin qed jiġi mkejjel permezz ta' apparat standard li jintuża fl-ibliet ta' l-Ewropa kollha. Dan l-apparat awtomatiku hu mmuntat fuq trailer li minn żmien għal żmien jinġarr minn post għall-ieħor. Barra minn hekk, il-livell ta' tniġġiż fl-arja jitkejjel permezz ta' diffusion tubes li jitwaħħlu ma' arbli tad-dawl fit-triqat. Dawn it-tubi speċjali jitħallew fil-post għal madwar 30 jum u wara jintbagħtu barra għall-analiżi. Ir-riżultati miksuba jinsabu fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (http:\\www.environment.gov.mt). Id-Dipartiment għadu kemm ta konsulenza lil kumpanija b'esperjenza estensiva fil-materja. Din il-kumpanija ser tagħmel 'assessment' tar-riżultati miksuba s'issa. Dan l-'assessment' iservi, fost ħwejjeġ oħra, biex jitqabbel l-istat ta' tniġġiż ta' l-arja fil-Gżejjer Maltin ma' dak ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa, kif ukoll biex jiġi stabbilit x'monitoraġġ ulterjuri hu neċessarju biex il-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna tinżamm taħt kontroll.