Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32505 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Triq is-Santwarja - Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli problema ta' nuqqas ta' dawl fi Triq il-Qalb Imqaddsa kantuniera ma' Triq is-Santwarju ġewwa Ħaż-Żabbar, tiġi salvata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.

B'Buġia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-biċċa triq li tinsab bejn Triq iċ-Ċief u Triq ir-Rizzo li fadal mit-Triq il-Gandoffa f'B'Buġia tingħata t-tarmac għax għadha qatt ma saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant hija asfaltata u tinsab f'kundizzjoni tajba. Ix-xogħol ta' resurfacing f'din it-tip ta' triq isir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #32248 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Taħriġ barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm il-uffiċjal tal-Armata marru għat-taħriġ f'diversi pajjiżi? Liema huma l-uffiċjali? Fejn marru? Għal x'hiex tħarrġu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li f’dawn l-aħħar senjtejn 38 uffiċjal ta’ l-Armata marru għat-taħriġ f’dawn il-pajjiżi: Italja, Renju Unit, Stati Uniti, Svizzera, Svezja, Ġermanja u Belġju. L-Uffiċjali kienu 5 Maġġuri, 10 Kaptani, 10 Logutenenti, 7 “Second lieutenants” u 6 Uffiċjali Kadetti.
Leg 9 PQ #32249 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ETC — Inċidenti bejn Kummisarju u Membru ta' l-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx rapport lill-Pulizija dwar inċident fl-ETC fejn kunsillier nazzjonalista għajjar u immalafama lil-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u lill uffiċjal tas-siġurta' mhar it-tlieta li għaddew? Jekk iva, x'passi ittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet irċeviet ittra datata 27 ta` Frar 2002, fejn avukat, għan-nom tal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant kien informa lill-Pulizija dwar l-inċident. F`din l-ittra l-Pulizija ġew infurmati illi għalissa ma kienetx qed tiġi ippreżenta kwerela.
Leg 9 PQ #32250 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Inċidenti tat-Traffiku — Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2002 kemm saru/ġew irrapurtati lill-pulizija inċidenti tat-traffiku f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar inċidenti tat-traffiku din is-sena huwa kif ġej: Malta Għawdex Fatali Malta - Għawdex Jannar 1,087 41 0 0 Frar 983 41 0 0
Leg 9 PQ #32251 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Football — League tal-Gvern/Parastatali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm timijiet li jieħdu sehem fil-League tal-Gvern/Parastatali tal-football? Liema huma? Jiġi organizzat xi sport ieħor minbarra il-football? Liema huma? Jiġi organizzat xi sport ieħor minbarra il-football? Jekk iva, liema sport? Jekk fin-negattiv, jista' jiġi organizat xi league ta' indoor sports bħad-darts, table-tennis eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'kollox hemm 21 team li qegħdin jieħdu sehem fil-League tal-Gvern / Parastatali tal-football. Dawn huma mqassmin hekk: I Diviżjoni (9 timijiet): Bank of Valletta, Forzi Armati 'A', Forzi Armati 'B', Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, Dipartiment tas-Saħħa, Malta Drydocks, Maltapost, Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Pulizija. II Diviżjoni (7 timijiet): Air Malta, Bank Ċentrali, Dwana, Maltacom, Ministeru tal-Politika Soċjali, Stamperija tal-Gvern, Universita`. III Diviżjoni (5 timijiet): HSBC, Malta Shipbuilding, Ministeru tal-Ġustizzja, St Vincent de Paule Residence, Water Services Corporation. Matul l-istaġun 1995 / 1996 l-Għaqda kienet bidlet isimha ftit tas-snin ilu minn Government and Parastatal Football Association għal Government and Parastatal Sports Association sabiex tkun tista' torganizza sport ieħor barra l-football. Minn dak iż-żmien, minbarra l-football bdew jiġu organizzati diversi tipi ta' indoor sports. Dan l-istaġun l-Għaqda qed torganizza wkoll in-Netball u diġa` organizzat tournaments tal-football għan-nisa u għall-irġiel fuq il-35 sena. Ġew organizzati wkoll tournaments tat-table tennis u l-pool. Hemm programmat li jiġu organizzati tournaments tad-darts, snooker, table soccer u scrabble. Huwa ppjanat li jiġu organizzati attivitajiet ta' l-atletika, boċċi, sparar, tennis u għawm. Hemm ukoll il-ħsieb li jiġi organizzat seminar dwar il-mediċina sportiva. Fil-bidu ta' din is-sena l-Għaqda reġgħet bidlet l-istatut tagħha u anke l-isem li issa sar Malta Employees Sports Association sabiex tkun tista' tkompli tilqa' fi ħdanha dawk il-korpi parastatali li ġew jew se jiġu privatizzati bħalma huwa l-każ ta' l-HSBC.
Leg 9 PQ #32252 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Football — Sponsor għal league tal-Gvern/Parastatali

Question

Issa li għalqet id-ditta 7 up li kienet tissponsorja l-league tal-football tal-Gvern/parastatali, jista' jgħid instabx sponsor ġdid? Kemm kienet l-isponsorship? Jista' jagħti breakdown ta' kif intefqu l-flus ta' l-aħħar sponsorship?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn meta għalqet id-ditta 7 Up li kienet tisponsorja l-league tal-football tal-Gvern / Parastatali, ġew avviċinati xi ditti biex jinstab sponsor ġdid għal dan il-league. S'issa għad ma nstabx sponsor. L-isponsorship tas-7 Up f'dawn l-aħħar snin kien jammonta għal Lm2,000 fis-sena. Dawn il-flus kienu jagħmlu tajjeb biex jitħallsu r-referees. Fil-fatt l-istaġun li għadda l-Għaqda ħallset is-somma ta' Lm1,922 għas-servizzi tar-referees.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar it-tlieta, li għaddew inqala inċident fl-ETC fejn kien involut kunsillier nazzjonalista? Jikkonferma li fl-inċident kienet involuta l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament u uffiċjal tas-sigurta li ġew mgħajjra minn dan l-istess kunsillier? Se jittieħdu passi kontra din il-persuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-inċident li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant hu suġġett ta' korrispondenza bejn l-avukati tal-partijiet konċernati. Mhux għaqli li jingħad aktar minn hekk f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #32159 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Nirreferi l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru. 30735? Bħalissa kemm hemm priġunieri li waslu fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza u qed jingħataw l-oppurtunita li jaħdmu barra l-ħabs? F'liema xogħol? Dan japplika wkoll għall-priġunieri barranin? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm u ta' liema nazzjonalita huma?

Response (BORG, TONIO)

L-opportunita` biex priġunier joħroġ jaħdem barra l-Ħabs fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza tiegħu hija miftuħa kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin. Ovvjament jekk barrani jkun irid jieħu vantaġġ minn din l-opportunita` irid jinġiblu l-working permit minn min ikun ser iħaddmu. Ix-xogħol jista` jkun kwalunkwe tip u jiġi offrut lill-priġunieri minn ditti privati. F`kemm il-okkażżjoni x-xogħol instab lill-priġunier wara intervent ta` l-amministrazzjoni tal-Ħabs. Preżentament hemm żewġt priġunieri Maltin li qegħdin jingħataw din l-opportunita` u wieħed qiegħed jaħdem ma` kuntrattur tal-bini privat u l-ieħor jaħdem ma` ditta li tiġbor il-karozzi għat-tqattiegħ (scrapyard).
Leg 9 PQ #32160 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reġistru Pubbliku

Question

B'referenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari nru. 31688, jista' jgħid kemm-il darba mill-1995 l'hawn saru rakkomandazzjonijiet biex tiġi revokata iċ-ċittadinanza? Ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li lilhom ġiet revokata iċ-ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien hemm erba` każijiet fejn persuna barranija li kienet akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa taż-żwieġ tagħha ma` ċittadin ta` Malta, ġiet ipprivata minn din iċ-ċittadinanza. Iċ-ċittadinanza ta` dawn il-persuni kienet: Ingliża, Eġizzjana, Libjana u Lebaniża.
Leg 9 PQ #32183 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Requirements Akkademiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-requirements akkademiċi biex persuna tidħol jew tiġi aċċettata għall-kors ta' legal u humanistic studies, f'Ottubru tas-sena 2000, 2001? X'ser ikunu r-requirements għas-sena 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-requirements akkademiċi biex tidħol għall-kors ta' B.A. Legal u Humanistic Studies huma: Ottubru 2000 Ċertifikat tal-Matrikola u Ingliż fil-Livell Avvanzat Grad C jew aħjar u pass fit-Taljan jew Franċiż jew Latin fil-Livell Intermedju. Ottubru 2001, 2002 u Ċertifikat tal-Matrikola u Ingliż fil-Livell 2003 Avvanzat Grad C jew aħjar. Ottubru 2004 Ċertifikat tal-Matrikola u żewġ suġġetti fil- Livell Avvanzat bi Grad C jew aħjar, magħżula minn Gruppi 1, 2 jew 3 jew il- Computing/Information Technology fi Grupp 4 ta' l-eżami għaċ-Ċertifikat tal- Matrikola.

Condomenia

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi dwar il-Condomenia daħlitx fis-seħħ kollha kemm hi? Jista' jgħid wkoll jekk hemmx xi struttura li twaqqfet sabiex tirċievi lmenti u problemi fost dawk li jgħixu fl-istess block ta' appartamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32247 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Militari Taljana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta bħaliss? Kemm hemm membri tal-militar f'Malta? Kien hemm każijiet fejn membri tal-Forzi Armati marru jitħarġu fl-Italja f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Missjoni Militari Taljana f’Malta għandha nkarigu speċifiku skond il-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn Malta u l-Italja fl-1988. Dan jinkludi: - Assistenza, billi jingħata taħriġ lill-membri tal-Forzi Aramti ta’ Malta f’oqsma u speċjalitajiet varji li huma meħtieġa biex tiffunzjoni l-Armata. - Servizz ta’ tfittix u salvataġġ. In-numru tal-membri li jiffurmaw il-Missjoni Militari Taljana, fil-preżent huwa 49. Kien u għadd hemm diversi opportunitajiet fejn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta attendew korsijiet jew taħriġ fl-Italja f’dawn l-aħħar ħames snin. Tajjeb li wieħed iżid li ħafna mill-korsijiet kienu ta’ natura speċjalizzata f’oqsma varji tal-Armata.
Leg 9 PQ #32141 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għal PQ 30743 dwar applikazzjonijiet tas-SEC, u cioe, jista' l-Ministru jgħid x'inhu in-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru f'Mejju/Ġunju ta' din is-sena? Kemm huma bniet u kemm subien? Jista' jagħti n-numru ta' studenti li sa joqgħodu għall-Malti, Lingwa Ingliża, Letteratura Ingliża, Matematika, Studji Soċjali, Religjon u Taljan?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32142 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għawdex — Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub dwar ir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex skond PQ 31725?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex, hu kif jidher hawn taħt: Żweġijiet Ċivili fl-2001 1) Bejn Maltin 4 2) Bejn Malti u Barranija 3 3) Bejn Maltija u Barrani 4 4) Bejn Barranin 8 In-nazzjonalita` ta` dawk f`kategorija (4) huma: Ingliża, Olandiża u Tuneżina.
Leg 9 PQ #32152 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lega and Humanistic Studies

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawk l-istudenti li daħlu għall-kors ta' Legal and Humanistic Studies fil-Fakulta tal-Liġi f'Ottubru 2001? Jista' jagħti wkoll il-kwalifiċi tas-suġġetti fil-livell avvanzat u intermedjarju ta' kull student/a li ġie/ġiet aċċettat/a għall-kors imsemmi qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` tqis li l-ismijiet ta' l-istudenti li qed isegwu xi kors u aktar u aktar il-kwalifiċi ta' l-istudenti individwali huma kunfidenzjali. F'każ li l-Onor. Membru għandu xi ilment x'jagħmel għandu jsegwi l-proċeduri stabbiliti mil-liġi.

Qorti Superjuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jissejjħu n-nies biex jagħmluha ta' ġurati fil-Qorti Superjuri qabel ma jintgħażlu jintbagħtu fir-raba sular fejn m'hemmx biżżejjed bankijiet u siġġijiet għal dawk imsejħa? Jista' jara li jkun hemm wkoll faċilitajiet sanitarji adekwati għal dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi r-raġuni prinċipali hi li b'dan il-mod issir is-segregazzjoni ta' ġurati potenzjali li jiżgura illi ħadd ma javviċinahom. Dwar l-użu ta' faċilitajiet sanitarji, kull ma jrid isir hu li jintalab is-servizz u l-persuna tiġi akkumpanjata.
Leg 9 PQ #32156 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita Korrettiva ta' Kordin

Question

Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba parlamentari tiegħu 30737? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li intbagħtu barra biex jkomplu jiskontaw is-sentenza tagħhom? F'kull każ kemm kien fadlilhom biex jiskontaw? Ġew deċiżi każi oħra minn dawk li ntalbu? Kif u min jiddeċidi li priġunier jintbagħt lura pajjiżhom?

Response (BORG, TONIO)

Il-priġunieri li nbagħtu lura pajjiżhom biex ikomplu jiskontaw is-sentenza li kienu qegħdin iservu ġewwa l-Faċilita` kienu Libjani. Wieħed kien fadallu 25 ġurnata ħabs, ieħor kien jonqsu 205 ġranet ħabs u t-tielet wieħed kien jonqsu 261 ġranet ta` ħabs. Mit-talbiet pendenti ma ġiet deċiża l-ebda waħda. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25995.
Leg 9 PQ #32158 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentar tiegħi 30735, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed jattendu kull suġġett akkademiku fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin imsemmija fl-istess mistoqsija? Fl-istess ħin din is-sena hemm min laħaq il-livell biex joqgħod għal-eżami tas-SEC jew MATSEC? Kemm qed jattendu u jagħmlu xogħol fid-diversi ħwienet? Kemm f'kull każ hemm priġunieri barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.