Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32664 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 2002 se llum kemm inqabdu kaxxi tal-logħob illegali f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom instabu f'postijiet: a f'Paceville b f'Wied il-Għajn c f'Buġibba

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` April 2002, il-Pulizija qabdet 23 kaxxa tal-logħob illegali. Minn dawn, 19 inqabdu f`Paceville, 2 f`Buġibba, filwaqt li minn Wied il-Għajn ma kien hemm xejn.
Leg 9 PQ #32665 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel tlett (3) xhur ta' din is-sena kemm saru sejħiet interni għal xi promozzjonijiet? Għal liema karigi? Kemm kien hemm applikanti f'kull każ? Liema kariga intliet? Min ġie appuntat f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta' din is-sena ma saret ebda sejħa interna għal xi promozzjoni fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #32512 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi soċjali li qed jinżammu fl-Isptar San Luqa? Jista' jagħti r-raġunijiet prinċipali għal dan? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-isptar f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` pazjenti b'każijiet soċjali li qegħdin jinżammu fl-Isptar San Luqa huwa 77. Din l-istatistika hija valida fit-22 ta` Marzu 2002. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-raġuni prinċipali għal din is-sitwazzjoni hija li l-familjari tagħhom ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom. Għar-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant jirrferi lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32513 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw finanzi għall-finanzament tal-iskejjel tal-Knisja s'issa matul din is-sena skolastika? Kemm kienet l-għotja għas-sena skolastika li għaddiet (2000/01) u kemm se tkun din is-sena (2001/02)

Response (GALEA, LOUIS)

Il-finanzjament ta' l-Iskejjel tal-Knisja jsir fuq bażi ta' sena finanzjarja u mhux sena skolastika. Informat li mill-bidu ta' din is-sena finanzjarja sa l-aħħar ta' Marzu, ingħatat is-somma ta' Lm3,150,00. L-għotja għas-sena finanzjarja 2001 laħqet is-somma ta' Lm8,250,000 filwaqt li dik għas-sena finanzjarja 2000 kienet ta' Lm8,080,000.

Bini u Tiswija ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għadx hemm esperti barranin li qed jgħinu fil-bini u tiswija ta' toroq fil-gzejjer maltin? X'inhu l-ħlas u l-allowances li jingaħataw? Dawn l-esperti jagħmlu spezzjonijiet fuq it-toroq li jkunu qed isiru? F'dawn l-aħħar sitt (6) xhur mill-1 ta' Settembru kemm il-każ ta' xogħol ħażin u/jew dewmien esaġerat fix-xogħol ġew irrapurtati minn dawn l-esperti? F'liema toroq? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għad għandu l-esperti Ġermaniżi tal-GTZ jaħdmu miegħu biex jittejjeb ix-xogħol ta' disinn, bini u tiswija ta' toroq. Dawn l-esperti m'għandhomx rwol amministrattiv, u għalhekk għalkemm iżuru s-siti tax-xogħlijiet flimkien mal-periti tad-Direttorat biex dawn ta' l-aħħar ikomplu jistħarrġu, l-esperti ma jirrapurtawx b'mod amministrattiv fuq il-materji ndikati fil-mistoqsija parlamentari. Dwar il-ħlasijiet li l-Gvern jagħmel lill-GTZ skond it-termini tal-kuntratt, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta għal mistoqsija parlamentari Nru. 18648.
Leg 9 PQ #32583 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Part-time

Question

B'referenza għall-artiklu 6 ta' l-Avviż Legali 321 ta' l-2001, dwar regolamenti dwar xogħol part-time, maħruġin bis-saħħa tal-Liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul (Kap 123), jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-Universita ta' Malta hija speċifikata għal darba darbtejn f'dan l-artiklu? Jaqbel li l-inklużjoni ta' l-Universita' ta' Malta fit-termini ta' dan l-artiklu tista' thedded l-awtonomijia ta' din istituzzjoni? Peress li l-proviso ta' dan l-artiklu jintroduċi distinzjoni diskriminatorja bejn kumpaniji fejn il-gvern għandu controlling interest u entitajiet oħra fosthom l-Universita` ta' Malta, jista' jispjega għalfejn iddaħħal dan il-proviso, li permezz tiegħu dawn il-kumpaniji ġew eżentati mill-miżura kontemplata fl-artiklu 6, u dan b'effett mill-1 ta' Jannar 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-raguni li l-Universita’ hija msemmija “darba darbtejn” fl-artikolu 6 tal-Avviz Legali 321 tal-2001 hija purament ghall-iskopijiet ta’ drafting. Fil-fatt mhux biss l-Universita’ hija msemmija “darba darbtejn” f’din ir-regola imma wkoll il-Gvern u l-kunsilli lokali. Rigward it-tieni mistoqsija, ma nahsibx li l-awtonomija tal-Universita’ se tkun mhedda mir-regola msemmija, bhalma sa issa l-fatt li l-budget tal-Universita’ jiddependi mill-estimi generali qatt ma hedded l-awtonomija ta’ din l-istituzzjoni. Ir-raguni ghaliex saret distinzjoni bejn kumpaniji li fihom il-Gvern ghandu controlling interest u entitajiet ohra saret minhabba l-personalita’ guridika separata li ghandha kumpanija, anki jekk fil-kontroll tal-Gvern. Ghalhekk ma tezisti ebda diskriminazzjoni.
Leg 9 PQ #32584 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Universita` — Part-time

Question

Peress li permezz ta' artiklu 6 ta' l-Avviż Legali 321 ta' l-2001 diversi mpjegati tal-gvern li joffru servizzz part-time lill-Universita` ma jistgħux, jiġu meqjusa aktar li qed jagħmlu dan is-servizz fuq bażi part-time imma bħal li kieku għadhom jaħdmu mal-gvern, u peress li dawn il-ħaddiema ma jkunux jistgħu jibbennefikaw aktar mill-miżuri maħsuba għal xogħol part-time b'massimu ta' Lm3,000 dħul fis-sena, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ir-regolamenti jmorru kontra l-ewwel artiklu ta' l-ewwel Protocol tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem abbinat ma' l-artiklu 14 ta' l-istess Konvenzjoni billi joħolqu diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn impjegat u ieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux korrett wieħed jgħid li huwa b’riżultat tar-regola 6 tal-imsemmi Avviz Legali li impjegati tal-gvern li jaħdmu part-time l-Universita’ ma jistgħux jiġu meqjusa aktar li qed jaħdmu fuq bażi part-time ghall-iskopijiet tar-regoli dwar xoghol part-time. L-interpretazzjoni tad-Dipartiment dwar dan il-punt kienet mill-bidunett li dahlu r-Regoli dwar xoghol part-time , jigifieri sa mill-1996, li d-dipartimenti kollha tal-Gvern u l-Universita’, ghall-finijiet ta’ dawn ir-regoli, huma l-istess organizzazzjoni, uzata fl-istess sens uzat fir-regola 5 tar-regoli principali. Ir-regola 6 ghamlet dan il-punt aktar car biex jitnehha kull dubju imma fil-fatt f’dan ir-rigward ma dahhlet xejn gdid. In-novita’ li hemm f’din ir-regola tikkonsisti biss fil-fatt li kumpaniji, minhabba l-personalita’ guridika separata li ghandhom, anki dawk fil-kontroll tal-Gvern, ghandhom jibdew jitqiesu li huma employers separati. Ninsab informat li waqt it-tfassil tar-regolamenti d-dipartiment ikkonsidra l-aspett imsemmi fl-ahhar parti tal-Interpellanza izda ma kellu l-ebda parir jew opinjoni kuntrarja.

Condomenia

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32234 u cioe, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi dwar il-Condomenia daħlitx fis-seħħ kollha kemm hi? Jista' jgħid wkoll jekk hemmx xi struttura li twaqqfet sabiex tirċievi lmenti u problemi fost dawk li jgħixu fl-istess block ta' appartamenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Avviż Legali 160 ta' 2001, l-Att dwar il-Condominia daħal fis-seħħ kollu kemm hu fl-1 ta' Jannar, 2002. Mhuwiex il-kompitu tal-Gvern li jifforma xi struttura biex jirċievi lmenti u problemi, pero' nħolqot sistema ta' reġistrazzjoni ta' amministraturi u regoli individwali fir-Reġistru ta' l-Artijiet li jkunu miftuħa għall-spezzjoni tal-pubbliku. Dan sar bl-avviż Legali 328 ta' l-2001 li wkoll daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002.
Leg 9 PQ #32506 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjant Sant'Antnin — Telf

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed jigħata ilma mill-impjant ta' Sant' Antnin fiż-żona ta' Ħabel l-Abjad fiż-Żejtun? Id-dipartiment ser jidħol responsabbli għat-telf li dawn il-bdiewa qed isofru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ilma mill-Impjant ta' Sant'Antnin għal Ħabel l-Abjad qiegħed jingħata b'mod regolari, iżda peress li fuq dan il-main hemm ħafna tappings li saru mill-istess bdiewa tal-viċinanza ta' l-istess main, minħabba fihom l-ilma qiegħed ibati biex jasal sal-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad meta jiġi ppumpjat. Tajjeb li jingħad ukoll li l-ilma jiġi ppumpjat mill-impjant ta' Sant' Antnin għal ġo ħames ġibjuni mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, filwaqt li d-Dipartiment tal-Biedja hu responsabbli mid-distribuzzjoni ta' l-ilma. It-tappings li diġa' semmejt jinsabu fil-main li jwassal l-ilma mill-impjant għal ġol-ġibjuni.
Leg 9 PQ #32507 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ħsarat ta' Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija ta' ħsarat tal-vetturi u tgħamir ieħor tal-forzi armati? Kemm intefaq fis-sena finanzjarja li għaddiet biex jissewew vetturi, gaffef, eċċ? Kemm hemm vetturi - trakkijiet, karozzi, gaffef u impjant ieħor li bħalissa huma bil-ħsara?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li, b’eċċezzjonijiet rari, l-vetturi tat-triq tal-Forzi Armati jissewwew fil-“workshops” tagħhom stess. Matul is-sena 2001, intefqu total ta’ Lm22,121.56c fuq tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, gafef, eċċ. Jidhirli li l-informazzjoni l-oħra ma għandhiex tkun pubblikata.
Leg 9 PQ #32508 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Droga

Question

Bħala Ministru responsabbli mill-isports, jista' jgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet varji biex jiżguraw li ma jkunx hemm min jieħu droga fl-isport? Fis-sena finanzjarja li għaddiet u s'issa din is-sena kemm kien hemm talbiet mill-għaqdiet sportivi, għall-dan l-għan? Kemm intlaqgħu? X'risultati kien hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna lill-għaqdiet varji biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż ta' droga fl-isport tingħata permezz ta' għajnuna finanzjarja biex isiru testijiet barra minn Malta f'laboratorji speċjalizzati. Matul is-sena li għaddiet kien hemm talbiet mill-Malta Football Association u mill-Kummissjoni Regatta. Iż-żewġ talbiet ġew milqugħa. Din is-sena s'issa intbagħtu talbiet għall-għajnuna mill-istess għaqdiet. S'issa ġiet mgħoddija għotja lill-Kummissjoni Regatta. L-għajnuna lill-Malta Football Association tintbagħat wara li jiġu preżentati r-riċevuti. Id-Dipartiment jitlob kopja tar-riċevuti biex jikkonferma t-testijiet meħtieġa. Ir-riżultati tat-testijiet ma jintbagħtux lid-Dipartiment iżda jiġu pubblikati mill-istess għaqdiet.
Leg 9 PQ #32509 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Israel — Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta dan l-aħħar kien hwan l-ambaxxatur ġdid tal-Israel, urieħx it-tħassib tal-Gvern Malti għas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani? Il-Gvern Malti għamel xi pressjoni għat-twaqqif tal-ġlied f'fora internazzjonali?

Response (BORG, JOE)

Il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti dwar il-qagħda mwiegħra u l-iżviluppi nkwietanti li jseħħu kuljum fil-Lvant Nofsani hija magħrufa. Din il-pożizzjoni issostni l-ħtieġa li jiġu rrispettati r-Riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-reġjun, li jkun rikonoxxut l-Istat Palestinjan u li tiġi garantita s-sigurezza ta' l-Israel. Meta, fi Frar 2002, l-Ambaxxatur ġdid ta' l-Israel żar Malta sabiex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, kellu laqgħat, fost oħrajn, kemm mal-Prim Ministru kif ukoll miegħi. Ma setax jonqos li l-Gvern juri t-tħassib tiegħu għat-tensjoni li teżisti fir-reġjun minħabba fil-ġlied kontinwu li għaddej, kif isir ukoll f'kull okkażjoni f'fora internazzjonali fejn ikun relevanti li jitqajjem dan is-suġġett.

Industrija tat-Turismu — Ħaddiema

Question

1) Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full time li qed jaħdmu fl-industrija tat-turismu? 2) Kemm hemm ħaddiema part time f'din l-industrija? Fil-każ ta 1 u 2 kemm il-ħaddiema ingħata is-sensja f'dan l-aħħar 6 xhur mill-1 ta' Settembru sa llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond statistika miġbura mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, f'Novembru 2001 kien hemm 9,496 persuna taħdem full-time fl-industrija tat-turiżmu. Mill-1 ta' Settembru 2001 sa Novembru 2001 kien hemm 135 persuna li kienu jaħdmu full u part-time li marru jirreġistraw għax-xogħol wara li ġew redundant mis-settur tat-turiżmu. Infurmat li, rigward in-numru ta' ħaddiema part-time fis-settur tat-turiżmu, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #32511 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li numru ta' laneċ tal-Forza Marittima tal-Armata huma bil-ħsara? Jista' jgħid jekk qed isirux taħdidiet ma' pajjiż ieħor biex l-iskwadra tiġi modernnizata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Hija ħaġa komuni li Forza Marittima jkollha numru ta’ mezzi weqfin bil-ħsara jew għall-manutenzjoni. Dan jgħodd ukoll għall-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nikkonferma li qegħdin isiru taħdidiet biex il-Forzi Armati jkollhom mezzi dejjem aħjar.
Leg 9 PQ #31776 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tourism Studies

Question

Which career path/paths in the Tourism Studies course are going to be available for new entry students in October 2002? Is any of the present three career paths not going to be made available in the future? Why? What is the alternative for such courses in order to meet the industru demand?

Response (REFALO, MICHAEL)

The Aeschlimann Report on the Institute of Tourism Studies recommends three (3) career paths under the Tourism Studies Course, namely, Tour Guiding, Travel Agency Operations and Sports, Leisure and Recreation. The Board of Governors accepted these recommendations and courses have been offered every other year. When the next intake takes place in October the Tour Guiding and Travel Agency Operations courses will be offered again. It is however still uncertain whether the Sports, Leisure and Recreation course will be offered for Academic Year 2002/3 as out of the 31 students who chose this career path only 3 are working in the industry and this on a part-time basis. I am informed that the Institute is also looking into the prospect of offering specific modules related to the tourism industry for Gym Instructors / University P.E. Teachers working in the tourism industry. Furthermore ITS could, for example, offer specific modules such as "Animation" on a part-time basis.
Leg 9 PQ #32468 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti tal-iskejjel li żaru: a) mużewijiet? b) siti storiċi? F'kull każ jista' jgħid x'inhu isir biex għalliema jiġu mħajjra jieħdu t-tfal iżuru dawn il-postijiet kulturali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 15,856 student li żaru l-mużewijiet u 20,802 studenti li żaru siti storiċi. Iż-żjarat lejn siti storiċi u mużewijiet jiġu organizzati mill-iskejjel infushom. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dejjem xtaqet li żjarat bħal dawn jiġu organizzati kull meta l-ħin jippermetti. Is-sillabu jinkludi ħafna minn dawn it-temi li jistgħu jiġu msaħħa bi żjarat bħal dawn. Iżda, l-awtonomija ta' l-iskejjel titlob li dawn jorganizzaw dawn iż-żjarat meta jkun tajjeb għalihom.

Impjiegi — Riabilitati mid-Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex dawk li jkunu riabilitati mid-droga jsibu xogħol? Kif qed jiġi inkoraġġiti sidien biex jagħtu chance lil dawn in-nies u jagħtuhom impieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32472 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-Pulizija li bħalissa qed jagħmlu kors barra minn Malta? Liema kors qed jattendu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemmx membri tal-Korp li qed isegwu xi kors barra minn Malta.
Leg 9 PQ #32474 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kumpanija Airmalta kemm u lil min tat sponsorships minn Jannar 2002 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minħabba ċirkustanzi li nqalgħu wara l-11 ta' Settembru li għadda, l-Air Malta ma tat l-ebda sponsorship fi flus matul il-perjodu bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena. Madanakollu, il-linja nazzjonali ta' l-ajru għamlet arranġamenti ma' xi għaqdiet filantropiċi, sportivi, kulturali u oħrajn għal prezzijiet speċjali meta dawn l-attivitajiet kienu jinvolvu parteċipazzjoni barranija. Ma nħossx li jkun prudenti li nagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #32475 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Club — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-ħaddiema tal-Marsa Sports Complex ta' overtime li għamlu f'Ġunju tas-sena 2001 fil-pixxina nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarju Parlamentari ta struzzjonijiet għall-ħlas dovut fi Frar li għadda, u dan ser isir.