Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3620 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – bejgħ ta’ oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar leġiżlatura fuq bejgħ ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u x’xogħol sar fuq il-proġett tat-tkabbir tal-istess Ċimiterju? X'kienet l-ispiża fl-aħħar leġiżlatura fuq dawn iż-żewġ inizjattivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3914 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħolqien ta’ c + d waste generation — miżuri regolatorji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3136 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li l-Gvern preċedenti kellu jintroduċi miżuri regolatorji u fiskali biex inaqqas il-ħolqien ta’ c + d waste generation (construction and demolition) biex jippromwovi riċiklar ta’ materjal għall-bini, jista’ l-Ministru jgħid x'kienu dawn il-miżuri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li disa' u erbgħin miżura ġew proposti mit-'Twinning Project MT05-IB-EN-01 - Recycling of Construction and Demolition waste in Malta: Strategy for Short-Term Implementation' bejn Malta u l-Awstrija. Dawn il-miżuri biex jitnaqqas il-ħolqien ta’ skart mil-kostruzzjoni u twaqqiegħ ta' bini u biex jippromwovi riċiklar u rkupru ta’ materjal għall-bini jinstabu f'kapitlu 5.4 ta' l-Istrateġija nazzjonali għall-immaniġjar tal-iskart 2010.
Leg 12 PQ #3915 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strateġija dwar l-iskart

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3132 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li fl-istrateġija tiegħu l-Gvern preċedenti kien qal li kien determinat li jħaddem mekkaniżmu biex jiżgura li dawk il-Ministeri li ma jiġbdux ħabel wieħed dwar l-iskart kienu se jiġu ċċensurati mill-Kabinett, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan sarx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-MEPA ma għandiex records li kienet parti minn dan il-ftehim dwar dan il-mekkaniżmu u għaldaqstant ma hix fil-pożizzjoni li tipprovdi l-ebda informazzjoni fuq dan il-mekkaniżmu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Tista’ tgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — kompożizzjoni ta’ bordijiet ta' entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tas-Silġ — Tiswija ta’ ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex ħsara fil-ġibjun iż-żgħir li jinsab fil-viċinanzi ta' Tas-Silġ u li ilu jiġi rrappurtat aktar minn sitt ġimgħat, u dan b'detriment għall-bdiewa tal-inħawi jiġi msewwi mingħajr aktar dewmien? Jista’ jinvestiga x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien meta normalment ħsara simili kienet tissewwa f'qasir żmien?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #3257 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bord tal-Petizzjonijiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fil-bord tal-petizzjonijiet tal-Belt Valletta bejn l-2008 u l-2012? Kemm kienu jitħallsu f’retainer fis-sena dawn il-persuni?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2077 u jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Parlament il-ġdid — hemicycle

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sala plenarja fil-Parlament il-ġdid mhux se ssir fil-forma ta' hemicycle, meta dan kien issemma’ bħala wieħed mid-differenzi u l-vantaġġi meta mqabbel mas-sitwazzjoni preżenti? Min ħa tali deċiżjoni u għaliex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Renzo Piano Building Workshop (RPBW) bħala diżinjaturi tal-parlament il-ġdid, kienu pproponew li s-sala plenarja fl-istess bini issir fil-forma ta’ hemicycle fil-bidu tal-proġett. Din il-proposta ġiet mibdula mill-Gvern tal-ġurnata peress li l-Parlament Malti dejjem segwa t-tradizzjoni ta’ Westminster liema tradizzjoni għadha tiġi ipprattikata fil-Parlament Malti sal-lum.

Triq Reġjonali — Dawl fil-mini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbidlu d-dwal tal-mini ta' Triq Reġjonali u dan ħalli jitneħħa l-periklu li jeżisti, peress li meta tkun ħafna xemx x'ħin tidħol fil-mina tidħol fi dlam ċappa bil-konsegwenza li jista’ jkun hemm inċidenti gravi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li Transport Malta għadha kif aġġudikat tender għat-tibdil ta’ bozoz, u tindif jew tibdil ta’ fanali li jeżistu fil-mina ta’ taħt l-Università tal-Qroqq. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew f’Awwissu li ġej.

Iż-Żejtun – Triq il-Palazzi — tarmak

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet preċedenti dwar Triq il-Palazzi fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret s’issa u x’kordinament qed isir mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex din it-triq tingħata wiċċ diċenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsill lokali ġie ikkonsultat sabiex jissottometti lista ta’ toroq fil-lokalità imsemmija li qatt ma nbnew. Rigward koordinament fuq din it-triq partikolari, Transport Malta kkonfermat mal-kunsill lokali għall-parti tat-triq li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha. Iktar koordinament ikun jista’ jsir meta din it-triq tiġi nkluża fil-programm ta’ toroq li jridu jsiru. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi wkoll għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2752.

ħolqien ta’ c + d waste generation — miżuri regolatorji

Question

Peress li l-Gvern l-ieħor kellu jintroduċi miżuri regolatorji u fiskali biex inaqqas il-ħolqien ta’ c + d waste generation (construction and demolition) biex jippromwovi riċiklar ta’ materjal għall-bini, jista’ l-Ministru jgħid x'kienu dawn il-miżuri?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

pjan nazzjonali dwar l-iskart perikoluż

Question

Peress li l-Gvern preċedenti kellu jimplimenta pjan nazzjonali dwar l-iskart perikoluż (hazardous waste), jista’ l-Ministru jgħid meta tlesta u beda jiġi attwat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għalkemm il-pjan nazzjonali dwar l-immanigjar tal-iskart fil-gżejjer Maltin (2008-2012) ikkopri il-miżuri dwar skart perikoluż ma jiriżultax li kellu jiġi implementat pjan nazzjonali dwar l-iskart perikoluż (hazardous waste) separatament mill-pjan nazzjonali għall-immaniġjar ta' l-iskart. Meta ġiet mnedija l-istrateġija intqal li “immediate action has to be taken so that the current practice of storing hazardous wastes, where they arise, would be terminated”. Jekk niftakar sew, fil-Parlament l-ex Ministru għall-Ambjent kien anki stqarr fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tiegħi fuq domanda supplimentari, li huwa diffiċli ħafna li wieħed jiddifinixi x'inhuwa verament skart perikoluż u li kellu jsir studju dettaljat dwar dan. Sadanitant, il-Gvern l-ieħor minn naħa l-oħra kien għamel tħejjijiet biex ikollna hazardous waste treatment facility żviluppata - proċess li ħa żmien konsiderevoli anki mill-aspett tal-ippjanar.

Ħażna ta’ asbestos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm asbestos maħżun f'pajjiżna u kemm minnu għadu qed jinżamm fl-istorage jistenna d-disposal?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Li huwa ċert hu li meta saret l-istrateġija dwar l-iskart kien ġie stabbilit li xi elfejn metru kubu ta’ asbestos kien stmat li kien qed jinżamm fl-istorage jistenna d-disposal.

Direttiva WEEE — inċentivi

Question

Billi fis-sena 2010 il-Gvern kien wiegħed review urġenti tal-faċilitajiet eżistenti tal-WEEE u anki inċentivi fiskali biex jiżgura li jintlaħqu l-miri taħt id-Direttiva WEEE, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawn l-inċentivi u meta ddaħħlu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jekk saret din r-review ma tantx jidher li tat frott għalhiex sal lum għadna nirċievu lmenti kbar mill-korpi kostitwiti kemm fuq l-eko kontribuzzjoni kif titħaddem kif ukoll fuq it-tħaddim tal-WEEE li ma jidhirx li laħaq il-livelli meħtieġa.
Leg 12 PQ #3140 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fis-servizz pubbliku — Review dwar riżorsi umani

Question

Billi l-pjan tal-Gvern preċedenti kien li ssir review dettaljata tar-riżorsi umani u ħteġijiet tat-taħriġ tal-entitajiet governattivi kollha, jista’ l-Prim Ministru jgħid din ir-review meta bdiet, meta ntemmet u meta l-Gvern beda jaħdem fuq ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-inizjattiva sabiex titfassal strateġija ċentrali u fit-tul għar-riżorsi umani u t-taħriġ fl-Amministrazzjoni Pubblika ġiet varata fl-aħħar tas-sena li għaddiet. Fil-preżent, għaddej eżerċizzju mad-dipartimenti u l-entitajiet tal-Gvern kollha sabiex tiġi finalizzata l-istrateġija ministerjali rispettiva, li wara għandha twassal għal analażi dettaljata tas-sottomissjonijiet, konsultazzjoni fejn meħtieġ u l-ħolqien ta’ strateġija komuni għall-Amministrazzjoni Pubblika. Għal dak li hu taħriġ, iċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ fl-2010 wettaq eżerċizzju fost kampjun (sample population) tal-impjegati fil-livelli klerikali u maniġerjali kollha tal-ministeri, li analizza l-ħtiġiet tat-taħriġ (TNA), bħala parti minn proġett ko-finanzjat mill-UE, u abbażi tar-riżultat ta’ din l-analiżi, qiegħed jeseggwixxi numru ta’ programmi ta’ taħriġ taħt dan l-istess proġett.
Leg 12 PQ #3141 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – waste management register

Question

Peress li taħt il-Gvern preċedenti meta twaqqaf il-waste management register kien ġie mwiegħed li jitwaqqaf fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk illum hemmx garanzija li l-pubbliku qed jiġi infurmat regolarment kif suppost dwar il-permitted waste facilities u activities kollha f'pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp sostenibbli – flus ivvotati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern preċedenti kemm ivvota flus għall-iżvilupp sostenibbli fil-baġit 2013? Kemm ħadmu l-istrutturi sal-lum minn mindu għaddiet il-liġi dwar żvilupp sostenibbli fil-Parlament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-baġit 2013 ma kien hemm l-ebda vot speċifiku sabiex jiġu eżegwiti partikolarment il-funzjonijiet ġodda msemmija fil-liġi tal-iżvilupp sostenibbli. Tajjeb li wieħed jirreġistra li għalkemm in-nies fuq l-istrutturi li joħorġu mil-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli ġew appuntati riċentament, minkejja l-qari tal-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli sar fit-tieni nofs tal-2010, il-liġi nnifisa għaddiet mil-istadji kollha tal-Parlament f’Lulju tas-sajf li għadda, iżda l-ewwel ħatriet ta’ dawn l-istrutturi saru biss lejn tmiem is-sena l-oħra. Fiċ-ċirkostanzi nixtieq nuri appreżament għall-kontribut li nies involuti taw f’dan iż-żmien limitat.