Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33535 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — White Paper

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi laqgħa għall-ħaddiema li jaħdmu mad-dipartiment ta' l-isports fid-dawl ta' dak li qed jiġi propost fil-white paper dwar il-liġi ta' l-isports? Jekk iva, meta saret din il-laqgħa? Jekk le, huwa maħsub li laqgħa bħal din issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33535.
Leg 9 PQ #33536 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet twettqu fil-pixxina Nazzjonali matul is-sena 2001 u din is-sena? Min wettaq dan ix-xogħol, kemm tħallas? Kienx hemm sejħa għall-offerti jew inkella dan ix-xogħol ġie mogħti b'direct order?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33537 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti ta' l-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li l-persuna indikata under separate cover tiġi appuntata f'kariga għolja fil-kunsill Malti ta' l-isport hekk kif il-liġi tgħaddi mill-Parlament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda pjan li l-persuna indikata mill-Onor. Membru tiġi appuntata f'xi kariga għolja fil-Kunsill Malti għall-Isport meta tgħaddi l-liġi mill-Parlament.
Leg 9 PQ #33538 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti - Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar sa April (it-tieni term) kemm kien hemm studenti assenti fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti separatament? Jista' jgħid kemm kien hemm studenti li ma tawx raġuni valida għaliex ma attendewx l-iskola? Ittieħdu passi kontra xi ġenituri matul l-istess żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33414 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 33103, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mitluba lura minn passiġġieri barranin tħallsux kollha? Kien hemm xi każ fl-2001 jew fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena fejn it-talba ġiet rifjutata? Jekk fl-affermattiv, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus mitluba lura minn passiġġieri barranin ma tħallsux kollha. Bejn id-dati msemmija kien hemm 298 każ fejn ma tħallsux għar-raġunijiet li jidhru hawn taħt: Riċevuti mhux preżentati/mhux fiskali 13 Ammont mitlub taħt il-minimu (Lm100) 86 Bla isem jew kunjom 22 Bla numru tal-passaport 48 Indirizz mhux komplut 85 Talba fuq oġġetti eżenti 25 Data fuq l-irċevuta barra d-dati taż-żjara 12 Talba fuq oġġetti kkunsidrati barra l-iskema 7 Total 298
Leg 9 PQ #33416 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li se joqogħdu għall-eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum li se jsiru aktar tard dan ix-xahar? Kemm hemm studenti subien u kemm hemm bniet? Kemm għażlu li ma joqogħdux għall-eżami tar-Reliġjon?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum Mejju 2002 huwa ta' 4547. Numru ta' subien 2418 Numru ta' bniet 2129 56 kandidat għażlu li ma joqogħdux għall-eżami tar-Reliġjon.
Leg 9 PQ #33417 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti f'pajjiżna fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kif tikkompara din il-figura mal-figuri tas-sena li għaddiet? Minn liema pajjiżi żdied jew naqas it-turiżmu f'dan iż-żmien?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-aħħar figuri uffiċjali li nħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jaslu sa Frar 2002. F'Jannar u Frar ġew Malta 90664 turist. Meta tqabbel l-ewwel xahrejn ta' din is-sena ma' l-istess xahrejn tas- sena l-oħra, jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta' 9281 turist, ekwivalenti għal 9.3%. Is-swieq li qed juru żidiet jinkludu l-Italja, l-Irlanda, il-Belġju u l-Ġappun filwaqt li t-tnaqqis ġej l-iktar mill-Ġermanja, u mir-Renju Unit. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji. Infakkar l-Onor. Interpellant li l-industrija tat-turiżmu għadha tħoss l-impatt negattiv tal-ġrajjiet tal-11 ta' Settembru li, skond id-WTO, jibqgħu jinħassu sa' lejn tmiem l-2003.
Leg 9 PQ #33469 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kummissjoni Nazzjonali Folklor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor mhijiex qiegħda tiltaqa'? X'inhi r-raġuni li twaqqaf executive committee fi ħdan din il-kummissjoni u jekk hemmx approvazzjoni tal-Ministru? Min qed jagħti l-istruzzjonijiet minn wara dahar il-kummissjoni, u min qiegħed japprova ċerti deċiżjonijiet bħalma huma ta' safar, tenders, regolamenti oħra? Kemm-il darba ċ-chairman ta' din il-kummissjoni siefer fuq xogħol tagħha u jekk qiegħed jieħu xi tip ta' allowance?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor iltaqgħet tlettax-il darba minn mindu twaqqfet f'April 2001. Dan apparti numru kbir ta' laqgħat informali li saru minn sotto-kumitati mwaqqfa ad hoc dwar events partikolari. Informat ukoll li minħabba l-fatt li t-termini ta' referenza tal-Kummissjoni Folklor huma wesgħin ħafna, sar qbil bejn l-10 membri tal-Kummissjoni li jkun iffurmat executive committee ta' ħames membri taħt iċ-Chairperson, li jiltaqa' spiss biex jevalwa x-xogħol tas-sotto-kumitati. Il-Kummissjoni kollha tiltaqa' anqas spiss biex tiddiskuti u tiddefenixxi linji ġenerali tal-politika tagħha. Deċiżjonijiet ta' tenders, overtime u spejjeż ta' safar huma approvati mid-Direttur tal-Kultura. Iċ-Chairman siefer tliet darbiet fuq xogħol tal-Kummissjoni. M'hi qed tingħata ebda allowance liċ-Chairman.

Malta Air Traffic Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kumpannija Malta Air Traffic Services (MATS) minn fejn iddaħħal il-finanzi tagħha? X'kapital finanzjarju għandha? Jista' jgħid ukoll kemm ilha mwaqqfa din il-kumpanija rċevietx xi pagamenti mill-Eurocontrol Route Charges tas-servizzi mogħtija fl-ispazju ta' l-ajru Malti? Jekk iva, kemm kien dan l-ammont? X'garanziji bankarji għandha din il-kumpanija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #33365 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu Sportiv/Reliġjuż — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi reklamat it-turiżmu sportiv u dak reliġjuż? X'reklamar qed/se jsir matul din is-sena finanzjarja għal xi attivitajiet speċifiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33366 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Restrutturazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet ir-restrutturazzjoni tal-PBS? Hemm xi data prevista għal meta dan għandu jsir?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li l-punti prinċipali li fuqhom għandha tinbena r-ristrutturazzjoni tal-PBS issa huma definiti fil-livell tal-Ministeru, għadu mhux mitmum il-proċess ta' diskussjonijiet mal-GWU dwar aspetti li jolqtu lill-impjegati. Meta dan il-proċess inqisu eżawriet beħsiebni nagħmel proposti definiti lill-Gvern.
Leg 9 PQ #33375 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara min hu responsabbli għal diversi żbalji serji li qed isiru fl-eżamijiet tas-SEC li fuq kollox jitqiesu bħala eżamijiet nazzjonali? Għaliex fl-ewwel parti tal-karti tas-SEC tal-computer studies li saret nhar il-Ħamis 9 ta' Mejju ma kienx hemm miktub "calculators cannot be used"? Jaf il-Ministru li meta beda l-eżami numru ta' studenti bdew jużaw il-calculators u kien biss xi 20 minuta wara li dawk inkarigati informaw lill-istudenti li ma setgħux jużaw il-calculators? X'se jsir biex jiġi rranġat dan l-iżball peress li xi studenti li ma laħqux jużaw il-calculators ġew żvantaġġati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sillabu tas-SEC fil-computer studies jesiġi li ma jistgħux jintużaw il-calculators, għalhekk strettament ma kienx hemm bżonn li tidħol l-ordni "calculators cannot be used" fil-bidu tal-Karta I ta' l-eżami li sar nhar il-Ħamis 9 ta' Mejju. Il-kandidati li użaw il-calculators għamlu ħażin u setgħu jitwaqqfu milli jagħmlu l-eżami. Il-karta kien fiha tlettax-il mistoqsija iżda l-calculator seta' jagħti vantaġġ biss fil-mistoqsija numru 7 (b'sitt marki) li setgħet tinħadem faċilment mingħar il-calculator. Il-kandidati li urew li jafu l-metodu tas-soluzzjoni ser jingħataw kredtu anke jekk il-kalkolu tagħhom ma kienx eżatt. Din hija l-proċedura li tintuża fl-eżamijet li fihom mistoqsijiet li jirrikjedu kalkoli.
Leg 9 PQ #33382 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jitlob li jiġi investigat żball ieħor fl-eżami tas-SEC fil-paper 2A tal-computer studies li saret nhar il-Ġimgħa 10 ta' Mejju peress li f'din il-karta li kien fiha tmien mistoqsijiet, għal snin sħaħ l-istudenti ntalbu jwieġbu ħamsa minnhom, għaliex fil-karta ta' din is-sena xejn simili ma kien imniżżel? Għaliex wara li numru ta' studenti, speċjalment fl-iskola Maria Reġina, ilmentaw dwar dan, l-uffiċjal inkarigat mill-eżami fil-post imsemmi - li l-ewwel qal lill-istudenti li riedu jwieġbu l-mistoqsijiet kollha - ikkonvinċa ruħu u ċempel lill-universita` fejn ingħata struzzjonijiet biex jgħid lill-istudenti jwieġbu ħames mistoqsijiet u dan wara li kienet għaddiet diġa` nofs siegħa mill-eżami? Jaqbel il-Ministru li dan hu nuqqas ta' serjeta` li konsegwenza tiegħu jbatu l-istudenti li jkunu wkoll taħt it-tensjoni ta' l-eżami?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-eżami tas-SEC tal-computer studies li sar nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Mejju, il-karti IIA u IIB bi żball ma kienx fihom struzzjonijiet biex il-kandidati jwieġbu ħames domandi minn tmienja. Din l-istruzzjoni tinstab fis-sillabu u fl-ispecimen papers u l-kandidati jafu biha. Inqas min-nofs siegħa wara li beda l-eżami nhar il-Ġimgħa, ntbagħat messaġġ liċ-ċentri kollha fejn kien qed isir l-eżami biex javżaw lill-kandidati li kellhom iwieġbu ħames domandi biss. L-eżami kien ta' sagħtejn u għakhekk sa' l-ewwel nofs siegħa x'aktarx li ma kien hemm ebda kandidat li wieġeb iktar minn ħames domandi.
Leg 9 PQ #33384 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Referees — Nefqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 32723, jista' l-Ministru jgħid jekk instabx sponsor għal-league tal-footbal tal-MESA? Peress li l-league wasal biex jispiċċa, jista' jgħid jekk is-segretarjat ta' l-isport hux se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Malta Air Traffic Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu c-chairman u l-board tad-diretturi tal-Malta Air Traffic Services (MATS)? Jista' jgħid ukoll min hu c-chief executive officer ta' din il-kumpanija? X'remunerazzjoni jew salarju u fringe benefits għandhom kull wieħed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ċentru tad-Detox

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33108 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe`: Jista' jgħid kemm hemm żgħażagħ taħt il-21 sena li bħalissa qed jattendu ċ-ċentru tad-Detox f'Malta u dak f'Għawdex? Kemm minnhom bdew jattendu għall-ewwel darba f'dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Fil-każ ta' dawk taħt il-21 sena u fil-każ ta' dawk li bdew jattendu din is-sena, huma kollha Maltin? Kemm minn dawn il-każi hemm tfal taħt is-sittax (16) il-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Marzu 2002, in-numru ta' persuni taħt il-21 sena li kienu jattendu ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta kien ta' 48. Ħadd minnhom ma kien taħt is-sittax il-sena u kollha kienu Maltin. Sbatax minnhom attendew għall-ewwel darba fl-erba' xhur bejn l-1 ta' Novembru 2001 u t-28 ta' Frar 2002. Fl-istess periodu kien hemm ħames persuni taħt il-21 sena li attendew iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex. Dawn il-persuni kollha kellhom ir-residenza ordinarja tagħhom f'Malta u normalment jirċievu l-kura miċ-Ċentru ta' Malta. Persuni li jkunu qed jirċievu kura fiċ-Ċentru tad-Detox f'Malta jiġu riferuti għaċ-Ċentru f'Għawdex meta jkunu għal xi perijodu ta' bħala f'Għawdex biex ma jkunx hemm interruzzjoni fil-kura li jkunu qed jirċievu.
Leg 9 PQ #33215 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema tal-PSE — Kwalifiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li bħalissa qed jgħallmu l-PSE fuq bażi full-time: a fl-iskejjel tal-istat b f'dawk indipendenti c f'dawk tal-knisja Jista' jgħid jekk dawk kollha li jgħallmu l-PSE huma ikkwalifikati biex jgħallmu dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema kwalifikati li bħalissa qegħdin jgħallmu l-P.S.E. fuq bażi full-time fl-iskejjel ta' l-Istat huma 90. Informat ukoll li l-għalliema li jgħallmu l-P.S.E. fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa kif ġej: Skejjel tal-Knisja 35 Skejjel Indipendenti 9 Xi ftit minn dawn l-għalliema jgħallmu suġġett ieħor meta ma jkollhomx lezzjonijiet biżżejjed tal-PSE. Fil-maġġoranza kbira tal-każi l-għalliema huma kkwalifikati.
Leg 9 PQ #33216 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel tal-knisja u indipendenti li fihom isiru eżamijiet tas-SEC u MATSEC? Jekk il-gvern m'għandux biżżejjed swali/klassijiet komdi u diċenti għaliex ma jitlobx aktar skejjel indipendenti u tal-knisja biex jaċċettaw li fihom isiru dawn l-eżamijiet hekk importanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet juża' żewġ skejjel tal-Knisja bħala ċentri ta' l-eżamijiet. Dawn huma l-Iskola Sekondarja ta' San Alwiġi u dik tas-Sixth Form ta' San Alwiġi. Id-Dipartiment kien avviċina skejjel oħra tal-Knisja li jinsabu fiċ-ċentru ta' Malta sabiex jiġu offruti lid-Dipartiment biex jintużaw bħala ċentri ta' l-eżamijiet. Ir-risposta minn dawn l-iskejjel kienet fin-negattiv.
Leg 9 PQ #33217 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority — Applikazzjonijiet

Question

Bħala Ministru responsabbli għall-awtorita' tal-ippjanar jista' jgħid b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija tiegħi nru. 32949: 1 meta saret kull applikazzjoni? 2 minn min saret? 3 f'liema lokalita' tinsab kull lukanda/skola? 4 fil-każ tal-estenzjonijiet x'inhu x-xogħol prinċipali li intalab li isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.