Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34274 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground — Uffiċċji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex isir żvilupp sħiħ fil-Marsa sports ground biex l-awtoritajiet t'hemmhekk ikollhom uffiċċji ġodda u faċilitajiet aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa` tlesta x-xogħol tal-piling u għadu kemm ġie ppubblikat it-tender għall-bini ta' underground car part, dressing rooms u susbstation.
Leg 9 PQ #34276 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa biex dawk li jissejħu gwarji tas-sigurta' jew bouncers jiġu liċenzjati? Jaħseb li dawn jkollhom xi forma ta' identifikazzjoni biex jingħarfu mill-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru ta` l-Intern flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jikkonsidra jekk dal-persuni għandhomx jiġu regolati taħt il-Kap. 389.
Leg 9 PQ #34277 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu fi ħlas extra l-pulizija f'somma globali? Kemm hi s-somma li għadha ma tħallsitx ta' extra li sar fl-1999-2000-2001 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 Lm23,604.39 2000 Lm 1,822.66 2001 Lm16,306.23
Leg 9 PQ #34229 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel ħames (5) xhur tas-sena kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34230 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Rċevuti Fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħwienet, ristoranti u postijiet oħra fejn isir il-bejgħ, fejn inqabdu sidien li ma tawx irċevuti fiskali fl-ewwel ħames xhur tas-sena? F'liema lokalitajiet kienu? Kemm tressqu l-qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 441 każ fejn inqabdu sidien ta' ħwienet u ristoranti li ma tawx irċevuta fiskali fl-ewwel ħames xhur tas-sena f'lokalitajiet mxerrda kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Matul l-istess perjodu tressqu l-Qorti 130 taxpayer filwaqt li 264 għażlu li jħallsu multa mnaqqsa minnflok ma jitilgħu l-Qorti skond kif tipprovdi l-liġi tal-VAT 1998.
Leg 9 PQ #34231 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sports

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33937 jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikoprix ukoll skejjel tal-knisja u privati? Jista' jassigura li m'hemmx barranin bla permess li qed jaħdmu fil-qasam edukattiv tal-isports?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tweġiba għall-Mistoqsija 33937 ma tkoprix ukoll skejjel tal-Knisja u Privati. Il-Ministeru lest li jinvestiga kull rapport speċifiku li jsirlu dwar ħaddiema li jaħdmu bla permess fi skejjel Maltin.
Leg 9 PQ #34233 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti jew inkella xi permess għall-estensjoni tad-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun? Min applika għall-permess? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-applikazzjoni jew permess fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma nħareġ l-ebda permess u ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għall-estensjoni tad-dar ta` l-anzjani fiż-Żejtun.
Leg 9 PQ #34268 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Bċejjeċ tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-pulizija tissorvelja dawk il-bajjiet li matul is-sajf jiġi pprojbit li jidħlu fihom bċejjeċ tal-baħar? Is-sajf li għadda kemm kien hemm każi fejn il-pulizija rrapportaw xi sidien talli daħlu f'xi waħda minn dawn il-bajjiet bid-dgħajjes tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur tas-sajf it-Taqsima ta` l-A.L.E. tal-Korp tal-Pulizija tagħmel sorveljanza minn fuq il-baħar fid-diversi bajjiet popolari madwar il-kosta Maltija. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm 25 persuna li ġew irrapurtati mill-Pulizija għal dan il-ksur tal-liġi.
Leg 9 PQ #34269 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti fil-pussess tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti matul din is-sena skolastika ta' studenti fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti li kien hemm imqar suspett fihom li kienu fil-pussess, ittraffikaw jew għamlu użu mid-droga? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza li diffiċli żżomm statistika ta' każijiet fejn xi ħadd f'xi skola jista' jkollu "imqar suspett" bħal dak li qed isemmi l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #34179 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors tal-Midwives

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34023 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-kors tal-midwives fis-sena skolastika li ġejja hux ser jiftaħ jew le? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors tal-midwives ser jiġi offrut mill-Institute of Health Care, fi ħdan l-Universita` ta' Malta fis-sena skolastika li ġejja.
Leg 9 PQ #34199 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħariġx jew le il-permess għal traffic lights fi Vjal il-25 ta' Novembru fiż-Żejtun għal Triq tal-Barrani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 6122/01 għal traffic lights fi Vjal 25 ta` Novembru fiż-Żejtun għal Triq tal-Barrani qegħda fi stadju biex titla` quddiem il-Bord għal deċiżjoni.

Żejtun — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun tiġi mkabbra? Jekk iva, min ser jagħmel dan ix-xogħol u x'arranġamenti saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun tiġi mkabbra iżda s'issa ma saru l-ebda arranġamenti fuq dan.
Leg 9 PQ #34223 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wied il-Għajn — Skola - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-iskola ta' Wied il-Għajn? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati mill-awtorita` ta' l-ippjanar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ser jinbnew numru ta' kmamar biex ikunu jistgħu jilqgħu d-domanda ta' intake ta' studenti għas-sena skolastika li jmiss. Il-bini ser jibda fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju. Il-finitura u s-servizzi jsiru mmedjatament wara. Informat ukoll li l-pjanti huma aċċessibbli mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Ambjent, numru tal-permess PA 2960/01.
Leg 9 PQ #34224 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Sena Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta, wara tant snin, biddlet is-sena finanzjarja tagħha minn Marzu għal Lulju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Air Malta iddeċidiet li tibdel is-sena finanzjarja minn Marzu għal-Lulju għal raġunijiet kummerċjali.
Leg 9 PQ #34228 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Spezzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 33836, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispezzjonijiet sarux ukoll fi skejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti? Jekk le, ma jaħsibx li studenti li jattendu dawn l-iskejjel għandhom ukoll jiġu protetti minn junk food?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li spezzjonijiet fi skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mill-Assistent Direttur u l-Uffiċjali ta' l-Edukazzjoni, isiru regolarment. It-'tuckshops/canteens' ma jkunux il-mira prinċipali ta' dawn il-viżiti, għalkemm fejn ikun hemm, dawn ikunu parti mill-viżita. Fil-maġġoranza ta' dawn l-iskejjel ma hemmx 'tuckshops/canteens' iżda l-iskejjel, permezz ta' tagħlim lit-tfal u laqgħat mal-ġenituri xorta waħda jippromovu ikel u xorb tajjeb għas-saħħa tat-tfal. Fejn hemm 'tuckshops/canteens' il-prattika tikkonformi, b'mod ġenerali ma' dik ta' l-iskejjel ta' l-Istat.
Leg 9 PQ #34128 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu fl-MIA matul is-sena 2001 u din is-sena? Jista' jgħid x'inhu x-xogħol tagħhom u jekk ħarġux sejħiet jew ġew imqabda direttament? Jista' jgħid ukoll jekk humiex part-timers jew full-timers jew xi ħaġ'oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul is-sena 2001 u din is-sena, il-Malta International Airport impjegat tlieta u għoxrin persuna. Dawn kienu mqassmin kif ġej: GRAD 2001 2002 Assistant Administrator 1 - Airport Attendant - 7 Clerk 5 1 Clerk (b'kuntratt) 1 - Customer Service Assistant 1 2 Senior Technician 1 - Technician - 2 TAS 1 - Tradesman 1 - L-ingaġġ sar kollu bl-approvazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ apparti dak tat-TAS li huma parti minn skema ta' apprentistat.
Leg 9 PQ #34137 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-ministeru li ġew maħtura bħala konsulenti? Min huma dawn il-persuni u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid xi ħlas u x'benefiċċji oħra ġew maqbula ma' dawn il-persuni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fil-Ministeru tat-Turiżmu hemm tlett persuni maħtura bħala konsulenti. Is-Sur Lino Borg li huwa konsulent ma’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u għandu salarju ta’ Lm6,328 fis-sena. Is-Sur George Micallef li huwa konsulent dwar il-Prodott Turistiku u għandu salarju ta’ Lm7,383 fis-sena. Is-Sur Jean Micallef Grimaud huwa konsulent dwar l-Unjoni Ewropeja u jitħallas Lm2,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #34140 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Racing club — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ta lil Malta Racing Club matul is-sena 2001 u matul din is-sena? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi ħsieb jew ftehim dwar għajnuna oħra fil-futur u x'inhi t-tip ta' għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Racing Club ġew mogħtija Lm5,000 fl-2001 u Lm5,000 din is-sena mis-Super 5 Fund. Għar-rigward ta' fondi oħra u t-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #34148 Sitting 758 2002-06-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li ser jieħdu sehem fil-konvenzjoni tal-futur ta' l-unjoni ewropeja fil-laqgħat tal-persuni żgħażagħ? Kif intgħażlu dawn il-persuni?

Response (BORG, JOE)

Iż-żgħażagħ li ġew nominati mir-rappreżentant tal-Gvern u mis-sostitut tiegħu huma Ilaria Flores Martin u Samuel Azzopardi. Huma intgħazlu minn ġurija wara li sar konkors apposta għaż-żgħażagħ li esprimew interess. Dan bħala riżultat tal-pubblicita' li ngħatat permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fid-19 ta' Mejju 2002 , u abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-istess stqarrija.
Leg 9 PQ #34089 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Studenti Barranin — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena s'issa kienx hemm studenti barranin li lmentaw minħabba l-akkomodazzjoni mhux ta' livell, minħabba ikel fqir jew minħabba affarijiet oħra fil-familji li kienu qed joqogħdu magħhom? Jekk l-ilment isir fl-iskejjel fejn jitgħallmu, dawn obbligati li jirrapportaw lid-dipartiment konċernat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li la l-Ministeru u lanqas l- MTA ma rċevew ilmenti fis-sens indikat mill-Onor. Interpellant. Infakkar li skond ir-regolamenti li ġew fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2002 anke persuni nkarigati mill-iskejjel għandhom dritt li jispezzjonaw djar li jakkomodaw l-istudenti.