Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34711 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 17338, jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni aġġornata sal-preżent, jista' jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs, jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34712 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma tal-Malta racing club matul dan l-istaġun? Jista' jagħti rendikont tald-dħul u nfieq ta' l-istess club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħidma prinċipali tal-Malta Racing Club Committee kienet immirata biex jitwettqu proġetti infrastrutturali u oħrajn ta' rutina ġenerali u amministrattiva permezz tal-ħidma tal-Kumitat Eżekuttiv flimkien u bl-għajnuna tal-ħaddiema tal-Club, wara l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija. Dan biex tkompli tiżdied il-popolarita` tat-tiġrijiet taż-żwiemel, bl-iskop li t-tmexxija tal-korsa tkun waħda sostenibbli għas-sodisfazzjon ta' kulħadd. B'riferenza għat-tieni parti tal-Mistoqsija ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Audited Accounts għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Ġunju 2001. Ir-riżultati kif riflessi f'dawn l-Audited Accounts juru titjib finanzjarju sostanzjali li ġie reġistrat wara l-ħatra tal-kumitat il-ġdid.
Leg 9 PQ #34713 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tal-Marsa

Question

B'riferenza għal mistoqsija 20303, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-privatizzazzjoni tal-korsa tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20303.
Leg 9 PQ #34660 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

B'Buġia — Testijiet tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet tal-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ġewwa B'Buġia? Jekk iva, meta saru l-aħħar testijiet? Jista' jsir għum f'din il-bajja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat lil fil-Bajja s-Sabiħa ġewwa B’Bugia, jista` jsir għawm. Testijiet tal-baħar minn din il-bajja bdew jittieħdu ta` kull ġimgħa mis-26 ta` Mejju 2002 bħala parti mill-programm ta` monitoraġġ ta` l-ilma baħar, mniedi mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għandu linja diretta minn fejn kull min jixtieq jista jikseb din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #34669 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fl-isptarijiet, swali tat-tejatri u f'karozzi tal-linja fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Liema huma l-postijiet l-oħra fejn il-liġi kif inhi illum ma tippermettix tipjip? Saru xi ċitazzjonijiet f'dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 4 persuni li nqabdu jpejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Dawn kienu fl-isptar San Luqa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi postijiet oħra barra minn fl-isptarijiet, swali tat-teatri, u karozzi tal-linja fejn il-liġi tipprojbixxi t-tipjip.
Leg 9 PQ #34670 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż meta ser jiġu ntrodotti fuq bażi permanenti l-ispeed cameras? Dawn se jkunu fuq bażi permanenti jew ser ikunu jistgħu jittieħdu minn post għall-ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-provvediment legali meħtieġ, kien ġie ppublikat fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena u għalhekk il-Pulizija qed tagħmel użu mill-ispeed cameras regolarment. Infurmat ukoll illi dawn l-ispeed cameras mhuwiex static.
Leg 9 PQ #34671 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overtime

Question

Peress li nhar il-Ħadd 29 ta' Ġunju fil-programm Joe Grima Live fuq Net TV, il-Ministru qal li kien hemm membri tal-korp tal-pulizija li kienu qed jabbużaw mill-overtime, jista' jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi pulizija li allegatament intqal li kien qed jabbuża? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas ta' overtime matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa ma kienx hemm każi fejn ittieħdu passi kontra xi membri tal-Korp tal-Pulizija dwar abbuż mill-overtime. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, il-ħlas tal-overtime kien jammonta għal Lm185,408, filwaqt li l-ammont għall-istess perijodu ta` din is-sena huwa ta` Lm217,570.
Leg 9 PQ #34672 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MESA

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34078, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux il-ħlasijiet dovuti? Jekk le, x'ser isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-ħlas dovut għas-servizzi ta' referees u l-affiliation fee għall-istaġun 2002/2003 ser isiru dalwaqt, wara li l-MESA tiġbor xi flus dovuti minn xi membri tagħha għal attivitajiet li saru matul l-istaġun li għadda.
Leg 9 PQ #34673 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm il-pulizija sabu każi ta' żgħażagħ taħt l-eta' legali li kienu qed jixorbu f'barijiet f'inħawi differenti f'Malta u Għawdex u speċifikament f'Paceville, Buġibba/Qawra, Wied il-Għajn? Jista' jagħti il-figuri għal kull post separatament kif ukoll għal Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ma kienx hemm sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ ta` inbejjed, birra jew likuri li ittellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena.
Leg 9 PQ #34577 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Xogħol Extra

Question

B’riferenza għall-mistoqsija dwar l-għaqdiet/individwi/dipartimenti eċċ li għandhom jagħtu flus lill-pulizija ta’ xogħol extra li għamlu f’dawn l-aħħar erba’ snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra dawk li ma ħallsux dawk li hu dovut minnhom? Għaliex għandhom ibatu l-membri tal-korp meta xi ħadd ma jħallasx? F'ċerti każi jista’ jiġi rifjutat li jibqgħu jingħataw pulizija fuq xogħol extra sakemm iħallsu dak li hu dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex il-ħlas dovut minn terzi għal xogħol maħdum fuq talba tagħhom minn membri tal-Korp tal-Pulizija bħala extra duty on payment jinġabar. Infurmat ukoll illi kien hemm okkażżjonijiet fejn dan is-servizz ġie rifjutat sakemm sar il-ħlas li kien għadu pendenti.
Leg 9 PQ #34617 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-fondazzjoni sport li kienet twaqqfet xi snin ilu meta kien twaqqaf il-kunsill Malti sport? Jista' jgħid jekk għadhiex teżisti u jekk le meta spiċċat? Jista' jgħid ukoll jekk l-istess fondazzjoni kellhiex xi flus u x'ġara minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni Sport kienet ġiet imwaqqfa fil-bidu ta' Ottubru 1996 sabiex tamministra art tal-Gvern użata mill-għaqdiet sportivi. Il-Fondazzjoni qatt ma bdiet teżerċita l-funzjonijiet tagħha u ġiet xolta fis-7 ta' Novembru 1996 ftit wara l-ħatra ta' Gvern Laburista. Meta reġa ġie maħtur il-Kunsill Malti għall-Isport kien maħsub li dan jaqdi d-dmirijiet li għalihom kienet twaqqfet il-Fondazzjoni Sport. Peress li l-Fondazzjoni qatt ma bdiet tiffunzjona, kien għad ma kelliex flus fil-pussess tagħha.
Leg 9 PQ #34618 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Kumpless Sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent min hu l-persuna nkarigat mit-tmexxija tal-kumpless sportiv tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumpless Sportiv tal-Marsa jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Is-sur Joseph borda li huwa mpjegat mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u jaqdi dmirijiet fis-Segretarjat parlamentari bħalissa qed jieħu ħsieb id-day to day running tal-Kumpless Sportiv.
Leg 9 PQ #34620 Sitting 772 2002-07-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsascala — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi fl-iskola primarja ta' Sant'Anna f'Marsascala, fis-snin skolastiċi 2000 - 2001 u 2001 - 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għas-subien u l-bniet? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum u kemm għaddew? Jista' jgħid ukoll kemm studenti tas-sitt klassi għamlu eżami sabiex jidħlu f'xi skola sekondarja tal-knisja? Kemm minnhom għaddew? Jista' jagħti din l-informazzjoni bniet għalihom u subien għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm-il persuna talbet għajnuna miċ-ċentru Detox minħabba abbuż tad-droga? Jista' jgħid kemm minnhom kienu barranin? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? Jista' ukoll jgħid għal liema abbuż ta' droga talbu l-għajnuna? Jista' jinkludi dawk li talbu għajnuna f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 811 persuna li marru għal għajnuna iċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 706 kienu rġiel u 105 nisa. 55 minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija. Iċ-Ċentru tad-Detox jipprovdi mediċina bħala sostitut għall-eroina għalhekk dawk li jfittxu l-għajnuna minn dan iċ-Ċentru jkunu jabbużaw mill-eroina. Matul l-istess perijodu ġew referuti 53 persuna miċ-Ċentru tad-Detox f'Malta għaċ-Ċentru f'Għawdex. Dawn il-persuni kellhom ir-residenza ordinarja tagħhom f'Malta u riedu jqattgħu xi żmien ta' btala f'Għawdex. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn dawk li rċevew għajnuna għall-abbuż tad-droga fiċ-ċentru tad-Detox jista' jgħid kemm kien hemm żgħżagħ taħt it-18-il sena? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? F'kull każ kemm kien l-iżgħar wieħed/waħda? Kemm kien hemm barranin? Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 5 persuni taħt it-18-il sena li marru għal għajnuna ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 3 kienu ġuvintur u 2 tfajliet, li l-iżgħar fosthom kienet persuna ta' 16-il sena. Ħadd minnhom ma kien ta' nazzjonalita' barranija. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna talbet għajnuna miċ-ċentru tad-Detox għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu barranin u ta' liema pajjiż? Kemm kien/et l-akbar u l-iżgħar fl-eta'? Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 55 persuna li marru għal għajnuna għall-ewwel darba ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 46 kienu rġiel u 9 nisa. Fosthom kien hemm 4 Libjani, Taljan u Ngliż. L-akbar persuna kellha 49 sena filwaqt li l-iżgħar kellha 17-il sena. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34568 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm intlagħbu f'ammont ta' flus: fil-Lotterija Nazzjonali, fil-lottu tas-Sibt, fis-super five, fil-logħba tat-tiritombla, u fil-logħob tal-iscratch & win? Kik jikkompara f'kull logħba ma' l-istess żmien is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34575 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-pjan għall-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku? Kemm kien hemm kumpanniji/organizzazzjonijiet interessati biex jieħdu l-lottu pubbliku f’idejhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-konsorzju Maltco wara li sar il-proċess tal-valutazzjoni ta' l-offerti għal liċenzji għal Lotterija Nazzjonali. Kien hemm seba' organizazjonijiet li urew interess biex jieħdu l-liċenzja għal Lotterijia Nazzjonali.
Leg 9 PQ #34576 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li matul il-vaganzi tas-sajf ser isirilhom xogħol speċifiku f’dan iż-żmien? X’tip ta’ xogħol ser isir? Kemm ser jiswa f’kull każ? Minn qed jagħmel ix-xogħol f’kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34559 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qroqq — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm inxtara fuel (f'litri) biex tissaħħaħ il-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq? Kif jikkompara ma' l-ammont tas-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm sewa f'kull każ? Minn fejn jinxtara dan il-fuel? X'tip ta' fuel hu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena inxtraw 315,914 litri fuel li jiswew Lm37.594. Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet kienu nxtraw 295,415 litri ta' fuel li kienu jiswew Lm36,927. Il-fuel (kerosene) jinxtara minn għand Mark Cassar.