Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34567 fejn tirrigwardja lil Għawdex u fejn persuni li attendew id-Detox għall-ewwel darba fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li gewwa c-Centru tad-Detox ta’ l-Isptar t’Ghawdex ma jkun hemm l-ebda ersuna li tigi ghall-ewwel darba ghaliex dawn dejjem jigu referuti mic-centru f'Malta.
Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba tal-mistoqsija nru. 34575, jista' jgħid minn min hija ffurmata l-kumpanija MALTACO?
Min kienu s-seba` kumpanniji l-oħra li wrew interess fil-privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku? Għamlu xi offerti preliminarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Mataco Consortium hija ffurmata mil-kumapniji Intralot, L-associated Supplies Limited u l-Players Group.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsija, f’dan l-istadju ma’ jkunx prudenti li din l-informazzjoni tkun revelata minhabba li hi ta’ natura kummercjali
Peress li jidher li hemm xi każi fil-qrati li ma jistawx ikomplu minħabba li m'hemmx espert tal-marki tas-swaba li huwa ndipendenti mill-pulizija, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi effettwat fil-qrati tal-maġistrati f'Malta u f'Għawdex? Hemm il-ħsieb li jiġi mpjegat espert minn barra minn Malta biex dawn il-każi jkunu jistgħu jkomplu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati Kriminali, Malta hemm 19-il kawza li ma tistax titkompla minħabba li m`hemmx espert tal-marki tas-swaba li huwa indipendenti mill-pulizija.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ma hemmx kawzi li ma jistgħux ikomplu minħabba n-nuqqqas ta` esperti tal-marki tas-swaba.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba Parlamentari mogħtija mill-Onor. Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi li ngħata iktar kmieni f`dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuna Maltija li bħalissa qed tistudja biex issir esperta fil-marki tas-swaba? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min hi din il-persuna u fejn qed tistudja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma għandi ebda informazzjoni dwar d-dettalji li qed jitlob l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għal mistoqsija 34044, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-numru ta' tenders imsemmija taħt żgħażagħ u sport, jiġifieri liema kienu dawn it-tenders u kemm hu l-ammont ta' flus li dan it-tender ġie aġġudikat?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li d-dettalji tat-tenders huma kif ġej:
Sports Hall ta' l-Universita`
1) Kostruzzjoni ta' saqaf LM 169,000
2) Xogħol u Servizzi ta' Inġinerija Elettrika LM 71,600
3) Tqegħid ta' subfloor LM 40,677
4) Tqegħid ta' Timber Sports Floor LM 73,245
5) Tqegħid ta' madum LM 29,330
6) Surface Water Drainage LM 16,000
7) Xogħol ta' plumbing/drainage LM 25,000
8) Xogħol ta' rendering/plastering LM 13,830
9) Seating LM 8,527
10) Xogħolijiet esterni (l-ewwel fażi) LM 18,425
11) Xogħolijiet esterni (it-tieni fażi) LM 14,500
12) Xogħol tta' resurfacing fuq barra LM 10,595
Infurmat ukoll li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport qed iħallas għat-tenders numri 1, 3, 5, 9 u 11. L-oħrajn se jitħallsu mill-Universita`.
Kumpless Sportiv tal-Marsa
1) Xogħol ta' piling LM 62,987
Kumpless Sportiv tal-Kottonera
1) Xogħol ta' kostruzzjoni LM 1,092,640
2) Xogħol ta' servizzi LM 346,737
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kien hemm żwiġijiet reġistrati fir-reġistru pubbliku f'Malta? Kemm kienu żwiġijiet ċivili? Kemm kienu żwiġijiet bejn: Maltin, Malti u barranija, Maltija u barrani u barranin? Jista' jagħti wkoll in-numru f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku f`Malta u f`Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena hu kif ġej:-
Ż
wiġ
ijiet
Malta
Għ
awdex
Total
949
77
Dawk minnhom ċivili
255
24
Maltin ma` Maltin
703
54
Irġiel Maltin ma` nisa barranin
65
6
Nisa Maltin ma` irġiel barranin
97
7
Barranin ma` barranin
84
10
Jista' l-Ministru jgħid, il-gwardjani lokali fejn għandhom setgħa li jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom bil-liġi, ngħidu aħna jistgħu jkunu preżenti b'mod fiss fi triq arterjali li ma taqax fil-konfini tal-kunsill lokali partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'inhuma l-figuri għal Għawdex? F'kull każ kemm kienu l-bniet u kemm kienu s-subien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta` trabi fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għal National Obstetric Information System (NOIS-WHO-OBSQID Project).
Kienu reġistrati total ta` 1555 twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena. Minn dawn it-twelid, 813 kienu subien u 742 kienu bniet.
Minn 1555 twelid, 1424 kienu rreġistrati f'Malta. Minn dawn 745 kienu subien u 679 kienu bniet.
F'Għawdex kienu rreġistrati 131 twelid ta` trabi. Minn dawn 68 kienu subien u 63 kienu bniet.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm saru ċitazzjonijiet għal: ipparkjar ħażin jew fejn hemm no parking sign, minħabba speed eċċessiv, minħabba kontravenzjonijiet li għandhom jaqsmu mal-litter act?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati bħala wardens f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm huma rġiel u kemm nisa? Liema huma dawk l-irħula jew bliet li ma jagħmlux użu mill-wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gwardjani Lokali huma mpjegati ma kumpaniji privati u konsegwentement dan il-Ministeru m`għandux aċċess għal din l-informazzjoni.
Fil-lokalitajiet ta` Birżebbuġa, Floriana, Marsa u Xgħajra m`hemmx Gwardjani Lokali.
B'riferenza għal mistoqsija 32508 (Bħala Ministru responsabbli mill-isports, x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet varji biex jiżguraw li ma jkunx hemm min jieħu droga fl-isport?), jista' l-Ministru jgħid kemm tissarraf fi flus din l-għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għajnuna li ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni Regatta tammonta għal LM300, filwaqt li dik li għaddiet lill-Malta Football Association kienet ta' LM4,000. Dawn il-flus jiġu mgħoddija lill-Assoċjazzjonijiet wara li jiġu preżentati r-riċevuti u dan l-ammont se jitħallas fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi eżerċizzju dwar kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn ta' ħaddiema fil-kunsill nazzjonali għall-isport, hekk kif ser jitwaqqaf bil-liġi ta' l-isport? Jekk iva, jista' jagħti breakdown tal-lista ta' ħaddiema meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa għadu ma ġiex stabbilit kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn ħaddiema fil-Kunsill Nazzjonali għall-Isport li ser jitwaqqaf bil-liġi l-ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-każini tal-baned dwar il-kummissjoni li jirċievu mill-bejgħ tal-banka tal-lottu, fid-dawl tat-tibdil li sar riċentement fil-liġi u fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-lottu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm il-liġi għaddiet mill-Parlament din għadha ma bdietx taħdem u sakemm il-privatizzazzjoni tal-lottu tiġi finalizzata l-pożizzjoni dwar il-kummissjoni għadha kif kienet.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 19834, jista' l-Ministru jgħid jekk il-liġi msemmija ġietx emendata jew le? Jekk iva, dan sar b'liema avviż legali? Jekk le, meta hu maħsub li dan isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għal mistoqsija 23379, jista' l-Ministru jgħid x'ġara u fiex jinsabu l-affarijiet fil-preżent, fir-rigward ta' claim li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qed jagħmel lill-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid ukoll jekk l-istess persuna hux qed jagħmel xi claims oħra lill-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-każ għadu sub judice.
Informat ukoll li ma saret l-ebda claim oħra mill-persuna konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ġew imressqa l-qorti u akkużati bil-prostituzzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Kemm kien hemm irġiel u kemm nisa? Mil-liema nħawi nġabru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 32 persuna, bosta minnhom aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn 4 huma rġiel. Dawn il-każi seħħew fil-Gżira, Msida u Marsa.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapport fil-gazzetta 'l-Orizzont' tal-ġimgħa 5 ta' Lulju li tifla ta' 13-il sena ġiet stuprata fil-Belt Valletta wara li kienet qed tixrob f'ħanut il-Belt stess u spiċċat fis-sakra? Ittieħdu passi kontra s-sid tal-ħanut li ppermetta li din it-tifla tixrob xorb alkoħoliku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li huwa suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali, għadha għaddejja u jittieħdu passi skond ma jirriżulta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija fid-distretti jdurux il-ħwienet tax-xorb fil-bliet u rħula tagħna biex jiżguraw li ma jkunx hemm persuni taħt l-eta' ta' 16-il sena f'dawn il-postijiet? Dan jinkludi ukoll każini? Jista' jgħid f'liema bliet u rħula, naturalment mhux f'Paveville, Buġibba/Qawra jew Wied il-Għajn, fejn il-pulizija tad-distrett ħadu l-passi meħtieġa meta sabu dan il-ksur tal-liġi, fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distretti, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fi ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ ta` inbejjed, birra jew likuri madwar Malta u Għawdex, sabiex ma jkunx hemm bejgħ ta` alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena, minn dawn il-postijiet. Dan jinkludi wkoll każini.