Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34710 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Salarji/Overtime — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1998 sal-lum, kemm tħallsu flus, sena b'sena, għal salarji u overtime separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35051 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'overtime fl-ewwel sitt xhur ta' din sena fil-Ministeri/dipartimenti kollha tal-gvern? Jista' jelenka kull ministeru/dipartimenti kemm nefaq f'dan iż-żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35052 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Ministeru/dipartiment huwa awtorizzat mill-Ministeru tal-Finanzi biex jaħdem s-sahra meta jkunu bin-nofs ta' nhari? Liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorizzazzjoni għal xogħol bis-sahra hija f'idejn is-Segretarji Permanenti dejjem sakemm ikun hemm fondi pprovduti għal dan il-għan fl-estimi tal-Ministeri/Dipartimenti rispettivi.

Impjegati mhux fuq Xogħolhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħaddiem ġie rrapurtat li ma kienx fuq xogħolu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kien xogħolhom? X'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 73 każ ta' ħaddiema li ma nstabux fuq il-post tax-xogħol. Minn dawn il-ħaddiema hemm 47 li huma Industrijali, 17 ħaddiema Tekniċi, 7 Latrine Attendants u 2 kenniesa. Sa llum 25 minnhom ma nstabux ħatja, 15 għad għandhom il-każ pendenti, 4 ingħataw twissija bil-miktub, 4 skolpaw lilhom infushom, 23 ingħataw twissija serja, wieħed weħel ġurnata sospensjoni u ieħor weħel ħamest' ijiem sospensjoni. Nieħu l-opportunita' ta' din it-tweġiba biex nerġa' nirreferi wkoll għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33829, u nispjega li ċ-ċifra preċiża ta' ħaddiema li bejn is-sena l-oħra u l-aħħar ta' Ġunju 2002 ma nstabux fuq il-post tax-xogħol hi ta' 257.
Leg 9 PQ #35054 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati mhux fuq Xogħolhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f'Għawdex li nqabdu li ma kienux fuq ix-xogħol tagħhom u dan matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'kien ix-xogħol tagħhom u x'passi ttieħdu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul l­ewwel sitt xhur ta` din is­sena kien hemm 24­il ħaddiem li nqabdu li ma kienux fuq il­post tax­xogħol tagħhom. Dawn kienu Assistant Principal, Ambulance Driver, Senior Tradesman, Operative, erba' Health Assistants B, tnax­il General Hand u erba' labourers. Ilkoll ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom.

Impjegati mhux fuq xogħolhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħaddiema inqabdu li ma kienux fuq xogħolhom fl-ewwel sitt xhur tas-sena u dan fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kien ix-xogħol tagħhom? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ma kienx hemm ħaddiema li nqabdu mhux fuq xogħolhom.

Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' traffic lights? F'liema lokalitajiet? Minn min saret kull tajba? Liema huma dawk it-talbiet li ser jiġu aċċettati u installati sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa f'Malta hawn ħmistax-il talba pendenti għal ħdax-il Pelican Lights (dawk li jikkontrollaw il-qsim tat-triq mill-pedestrians) u ħames talbiet għal Traffic Lights li tagħhom qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra. Tlettax minn dawn diġa' ġew approvati, filwaqt li s-sebgħa l-oħra għad iridu jiġu sottomessi għall-approvazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta.
Leg 9 PQ #35045 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax il-promozzjoni u dan wara li l-każ ġie deċiż mill-Ombudsman favur il-persuna konċernata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-mistoqsija hija bbażata fuq premessa mhux korretta fid-dettal. Fil-fatt l-individwu msemmi mhux eliġibbli għall-promozzjoni anke skond l-istess parametri rakkomandati mill- Ombudsman . Dan minbarra l-fatt li l-individwu konċernat kellu Twissija Uffiċjali b’riżultat li ma kienx eliġibbli għall-promozzjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001.
Leg 9 PQ #35046 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Villaġġ tas-Snajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex il-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali jingħata dehra isbaħ u anke jinbena mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex il-pjanti relattivi jintbagħtu għand l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar għall-approvazzjoni.

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm vetturi li ma ħallsux il-liċenzji tal-vetturi tagħhom? Kontra kemm-il sid ittieħdet l-azzjoni mill-pulizija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 6908 sid ta vetturi li ma ħallsux il-liċenzja tal-vettura tagħhom. Ma ttieħdet ebda azzjoni mid-Dipartiment kontra dawn is-sidien.
Leg 9 PQ #35048 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiftaħ kors ieħor għall-uffiċjali kadetti fil-Korp tal-Pulizija? Meta hu maħsub li ser issir sejħa għall-applikazzjonijiet? F'korsijiet bħal dawn ikun hemm numru stabbilit dwar kemm ikunu membri tal-Korp u kemm le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija ta` Malta. Dan qed isir skond sejħa għal applikazzjonijiet li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Ġunju 2002, u li fiha hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali ingaġġ.

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm tħallas overtime fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid minn meta bdew in-nofs ta' nhari fil-15 ta' Ġunju liema huma d-dipartimenti li qed jaħdmu bis-sahra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2002, l-ammont imħallas f'overtime fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien ilaħħaq għal Lm322,223. Skond l-approvazzjoni għal overtime li għandu l-uffiċju tas-salarji, huma d-dipartimenti msemmija hawn taħt li xi wħud mill-ħaddiema tagħhom ser ikunu qed jaħdmu bis-sahra b'effett minn meta bdew in-nofs ta' nhari: Il-Ministeru Id-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni Id-Dipartiment tas-Servizzi ta' Tisbieħ Id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi Id-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija Id-Dipartiment tad-Drenaġġ Id-Dipartiment tal-Bini, Kostruzzjoni u Industrija Id-Dipartiment tal-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u Industrija Peress li d-Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija m'għandux nofs ta' nhari, u l-ħaddiema jaħdmu sitt ijiem fil-ġimgħa, l-overtime baqa' jsir skond l-esiġenza.

Toroq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx pjan biex meta jinqalgħu triqat importanti jsir xogħol anke matul il-lejl? Japprezza l-Ministru li l-konfużjoni u dewmien li qed ikun hemm kuljum fit-triq prinċipali li minn Burmarrad tieħu għall-Mosta u t-triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar, qed ikunu ta' inkonvenjent kbir? Meta suppost li tlestew dawn it-triqat u meta fil-fatt se jitlestew? Kemm ser tqum kull waħda minnhom? Hemm xi differenza mill-istima oriġinali u kemm fil-fatt ser tiswa kull waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma maħsuba li jitlestew sa l-aħħar ta' din is-sena. Ix-xogħol kellu jieħu 52 ġimgħa biex jitlesta' u kien inbeda bejn Mejju u Ġunju tas-sena l-oħra. It-triq mis-Salina għan-Naxxar hi stmata li ser tiswa Lm1.69 Miljun filwaqt li dik minn Burmarrad għall-Mosta hi stmata li ser tiġi tiswa Lm1.64 Miljun. Iż-żieda prevista fuq l-istima oriġinali ta' l-ewwel triq hija ta' Lm280,000, filwaqt li dik tat-tieni triq hija ta' L,300,000. Fiż-żewġ każijiet iż-żidiet qed jirriżultaw minħabba l-ħtieġa li jiġi nkorporat service duct fiż-żewġ toroq, biex 'il quddiem is-servizzi jkunu jistgħu jgħaddu mill-ġenb tat-triq. Il-Ministeru u d-Direttorat għat-Toroq huma ta' l-istess fehma ta' l-Onor. Interpellant, li meta jinqalaw triqat importanti, ix-xogħol ikompli għaddej ukoll matul il-lejl. Sfortunatament peress li n-numru ta' ħaddiema li lesti li jaħdmu fis-settur huwa limitat il-kuntratturi ma jsibux biżżejjed impjegati biex iħaddmu s-sistema ta' shifts li jirrikjedi dan it-tip ta' pjan.
Leg 9 PQ #34863 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Skola San Miguel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni li fl-iskejjel speċjali, b'referenza partikolari dik ta' San Miguel, mhux ser tingħata l-injection tal-influenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li l-policy tad-Diviżjoni tas-Saħħa hi li l-istudenti kollha li jattendu l-iSkejjel Speċjali jirċievu l-injection ta' l-influenza kull sena. Dan il-proċess isir f'Ottubr ta' kull sena u l-injection li jmiss ser tingħata f'Ottubru 2002.
Leg 9 PQ #35019 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 34758 u cioe kemm kienu n-nisa u kemm kienu l-irġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, li tlaħħaq 414,634, kif pubblikata dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern, hija magħmula minn 206,442 irġiel u 208,192 nisa.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34750 u cioe jista' l-Ministru jgħid, il-gwardjani lokali fejn għandhom setgħa li jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom bil-liġi, ngħidu aħna jistgħu jkunu preżenti b'mod fiss fi triq arterjali li ma taqax fil-konfini tal-kunsill lokali partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Avviz Legali 32 ta' L-2000 ir-responsabbilita' ghal toroq arterjali u distributorji u l-parti murija fit-Tielet Skeda, giet delegata lill-Kunsilli Lokali unikament ghall-Ghanijiet ta' infurzar mill-Kunsilli Lokali. Gwardjani Lokali ma jistghux ikunu prezenti biex johorgu kontravvenzjonijiet fi triq arterjali jekk din ma tkunx fil-konfini tal -Kunsill Lokali partikolari fejn ikunu assenjati.
Leg 9 PQ #34857 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34561 dwar l-użu tad-diving boards fil-Pixxina Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li x-xogħol ta' titjib fuq id-diving boards tal-Pixxina Nazzjonali kienu kif ġej: Dettalji Kuntrattur Valur 1) Xogħol ta' alterazzjonijiet strutturali Kalaxlokk Co. Ltd. Lm 5,195.60 2) Xiri ta' 4 diving boards M. Malmsten AB LM 17,350.40 * 3) Xogħol ta' refurbishment Kalaxlokk Co. Ltd. LM 1,643.25 4) Xogħol ta' tneħħija u twaħħil ta' handrails Kalaxlokk Co. Ltd. LM 1,900.00 * Dan l-ammont jinkludi l-VAT, dazju u charges oħra.
Leg 9 PQ #34858 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema/Kindergarten Assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34564 dwar in-numru ta' għalliema u kindergarten assistants?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34859 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru Detox — Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34565 dwar in-nies li attendew iċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 45 persuna li marru ghall-ghajnuna ic-Centru tad-Detox f’Ghawdex li minnhom 38 kienu rgiel u 6 nisa. 2 minnhom kienu barranin.
Leg 9 PQ #34860 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Detox Centre — Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34566 dwar dawk taħt l-eta` li attendew id-Detox f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena minn dawk li rcevew ghajnuna ghall-abu¿ tad-droga fi-Centru tad-Detox f’Ghawdex kien hemm ¿agh¿ugh wiehed (m’hux ta’ nazzjonalita’ barranija) li kellu hmistax–il sena.