Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fil-Qorti Kriminali? Kemm ilu l-aktar wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm hemm akkużi ta' omiċidju, traffikar/pusses ta' droga, eċċ? Kemm hemm barranin u ta' liema nazzjonalita` huma dawk li jinsabu akkużati b'xi delitt minn dawn? Kemm hu ppjanat li jsiru ġurijiet sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li hemm erbgħa u tletin (34) ġuri pendenti.
L-aktar antik huwa l-att ta` akkuza numru 9/89 li daħal fil-Qorti Kriminali fis-26 ta` Mejju, 1989. Dan il-ġuri jinsab pendenti minħabba li hemm kawza kostituzzjonali.
Gurijiet Pendenti
Numru ta` Gurijiet Akkuza
6 Omiċidju volontarju
11 Traffikar/pussess ta` droga
1 Korruzzjoni ta` minuri
1 Stupru
4 Serq u reċittazzjoni
9 Tentattiv ta` omiċidju
1 Sekwestru ta` persuna
1 Taw nar bini
Total = 34
F`dawn il-ġurijiet hemm 8 persuni akkuzati barranin ta` nazzjonalita`:
Nru. Ta` Barranin Nazzjonalita`
1 Germaniza
6 Libjana
1 Tunezina
Total = 8
Sa l-aħħar ta` din is-sena hemm ippjanati tlett (3) ġurijiet.
Jista' il-Ministru jgħid minn dawk il-persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri kemm hemm mill-akkużati li huma:
(a) miżmuma l-ħabs, (b) qegħdin barra fuq pleġġ? F'kull każ kemm minnhom huma barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm ħamsa u erbgħin (45) persuna jistennew li jgħaddu ġuri.
Minn dawn hemm tmienja (8) barranin.
(a) Sbatax (17) il-persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri huma mizmuma l-ħabs, li minnhom
hemm sebgħa (7) ta` nazzjonalita` barranija.
(b) Tmienja u għoxrin (28) persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri qegħdin barra fuq pleġġ
li minnhom hemm persuna waħda (1) ta` nazzjonalita` barranija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm imħallfin u maġistrati li qed iservu fil-Qrati f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid min huma u meta ġie appuntat kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aggornata ta Imhallfin u Magistrati li qed iservu fil-Qrati Maltin u Ghawdxin u d-data ta' meta gew appuntati.
B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34274, jista’ il-Ministru jgħid min issottometta offerti għall-bini ta’ underground car park, dressing rooms u substation? Ta’ kemm kienet kull offerta? Ittieħdet deċiżjoni dwar min rebaħ it-tender? Jekk iva, jista’ jagħti aktar dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa, din is-sena mill-VAT? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar bejn Jannar u Awissu?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija din :
Dħul mill-VAT
Jannar - Awissu 2002
Jannar Lm 9,660,545
Frar Lm 8,725,559
Marzu Lm 9,296,620
April Lm 9,981,645
Mejju Lm 11,012,968
Ġunju Lm 7,758,794
Lulju Lm 10,960,896
Awissu Lm 7,997,266
Total Lm 75,394,293
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li se jingħata lill-iskejjel tal-knisja għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem oħra skond il-ftehim bejn il-knisja u l-istat? Il-gvern huwa nformat kif dawn jitqassmu bejn skola u oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-figuri mitluba mill-Onor. Membru jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Ministeru in konnessjoni ma' l-Estimi Finanzjarji 2003, u għalhekk ma jkoprux sena skolastika iżda sena finanzjarja. Dawn il-fondi jgħaddu lis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika kull xahrejn, skond il-Ftehim bejn is-Santa Sede u Malta, wara li l-awtoritajiet tal-Knisja jkunu taw dettalji dwar il-fondi meħtieġa minn kull skola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu offerti minn Jannar ‘il hawn biex jinxtraw kotba għall-użu ta’ l-istudenti fl-iskejjel ta’ l-Istat? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kull offerta? Min tefa’ l-offerta? Kemm kienet? Min ħa kull offerta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il vettura mitluqa nġabret mit-toroq ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002? Mil-liema inħawi? Xi jsir minn dawn il-vetturi wara li jkunu nġabru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta` din is-sena, it-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija u l-Pulizija Distrettwali ġabru 78 vettura, minn dawn il-lokalitajiet:
Attard; B`Kara; Balzan; Bormla; Buġibba; Floriana; Għasri; Għarb; Għajnsielem; Lija; Marsa; Marsalforn; Mellieħa; Mġarr (Gozo); Mrieħel; Msida; Mosta; Munxar; Nadur; Naxxar; Paola; Qala; Qawra; Qormi; San Ġiljan; San Ġwann; San Pawl il-Baħar; Santa Venera; Valletta; Victoria; Xewkija; Xagħra; Xgħajra; Żebbuġ (Malta) u Żurrieq.
Dawk il-vetturi hekk miġbura, li jibqgħu ma jittieħdux lura mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta` avviż ta` tneħħija mill-Kummissarju tal-Pulizija fil-Gazzetta tal-Gvern u fi tliet ġurnali lokali oħra, li bih isejjaħ lil dak is-sid sabiex jieħu lura dik il-vettura, jiġu mibjugħa, jew, fil-każ li dawn ma` jkunux tajbin biex jintużaw fit-triq, jiġu meqruda, kif provdut f`regolament 8(1) ta` Avviż Legali 94 ta` l-1997.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ pulizija fil-korp bħalissa? Kemm min-numru totali huma taħt il-25 sena? Kif inhuma mqassma f’ranks?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru totali ta` pulizija fil-Korp hu ta` 1,808 u n-numru f`kull grad hu kif ġej:-
Kummissarju 1
Deputat Kummissarju 1
Assistent Kummissarju 5
Supretendent 21
Spettur 82
Surġent Maġġur 1
Surġent 315
Kuntistabbli 1,382
Infurmat ukoll illi n-numru ta` membri taħt il-25 sena hu ta` 226 li huma kollha fil-grad ta` kuntistabbli.
Jista’ il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija li huma sospiżi għaliex qed jistennew proċeduri fil-qorti? X’rank għandhom? X’inhu r-reat? Meta ġie sospiż kull wieħed minnhom? Hemm pulizija li qed jistennew biex jidhru l-qorti fuq xi reat iżda m’humiex sospiżi mix-xogħol? Jista’ jagħti l-istess dettalji mitluba aktar ‘il fuq bid-data ta’ meta sar kull allegat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid l-iskola tal-Verdala (Ġużeppi Despott) f’Bormla? Jista’ jgħid jekk inħarġux xi offerti biex dan ix-xogħol isir? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti dettalji relevanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-FTS qed tħejji "master plan" għall-iskola Ġużeppi Despott, Bormla. Ma nħarġu ebda offerti għall-bini mill-ġdid ta' din l-iskola.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn pajjiżi barranin biex vapuri militari jidħlu fil-portijiet Maltin sa l-aħħar ta’ din is-sena? Liema vapuri huma? Ta’ liema tip? Ta’ liema nazzjonalita’ huma? Dawn it-talbiet kollha ġew aċċettati? Dawn il-pajjiżi kollha taw il-garanzija li l-vapuri militari tagħhom li se jżuru Malta huma kollha ħielsa minn armi nukleari?
Response (BORG, JOE)
Qed nelenka, fuq it-tabella kif indikata hawn taħt, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu.
Rigward il-garanzija li staqsa dwarha l-Onorevoli Interpellant, infakkar li kull vapur tal-gwerra li jidħol fil-portijiet Maltin irid jitlob il-permess meħtieġ mingħand il-Ministeru tiegħi qabel ma jidħol. Malli joħroġ dan il-permess, tinġibed l-attenzjoni ta' l-Ambaxxata tal-pajjiż li jkun, illi l-permess qed jingħata suġġett għal numru ta' kundizzjonijiet, fosthom illi l-vapur ma jistax iġorr armi nukleari fl-ibħra Maltin.
Lista ta' vapuri navali li s'issa talbu u ingħataw permess biex iżuru Malta bejn it-23 ta' Settembru u l-aħħar ta' din is-sena:
1. Sapri
Italy
Mine-Sweeper
2. La Motte-Picquet
France
Frigate
3. Courbet
France
Frigate
4. HMS Ark Royal
UK
Aircraft carrier
5. Southampton
UK
Destroyer
6. RFA Sir Galahad
UK
Auxiliary
7. U 17, S 196
Germany
Submarine
8. Westdiep
Belgium
Survey Vessel
9. HMS Argyll
UK
Frigate
10. HMS Roebuck
UK
Survey Vessel
Wara r-rapport li deher fi “The Malta Independent” tal-Ħadd ta’ l-1 ta’ Settembru 2000, dwar tfajla ta’ 13-il sena li nstabet f’nightclub fl-4.30 ta’ filgħodu, jista’ il-Ministru jgħid x’passi ħadu l-pulizija kontra s-sidien fejn instabet u fil-postijiet ta’ divertiment li kienet matul dik il-lejla? Fl-eventwalita’ li r-risposta tkun fin-negattiv, peress li isem omm it-tfajla issemma fir-rapport dan ma kienx aktar faċli għall-pulizija li tieħu passi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma irceviet l-ebda rapport dwar dan il-kaz, u m'ghandha l-ebda informazzjoni sabiex tista' tmexxi investigazzjoni u jittiehdu passi.
Ninsab ukoll infurmat illi l-Pulizija taghmel spezzjonijiet regolari f'postijiet ta' divertiment sabiex tassigura li ma jkunx hemm tfal taht l-eta`.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet tikkaċċa u tonsob illegalment mill-1 ta’ Jannar, 2002 sal-15 ta’ Settembru, 2002? F’liema inħawi nstabu? X’kienu l-akkużi prinċipali li nġiebu kontra dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-15 ta` Settembru 2002, inqabdu 174 persuna u ittelgħu/ser jittelgħu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Il-lokalitajiet li fihom inqabdu dawn il-persuni huma kif ġej:-
Attard
Iklin
Rabat
B`Buġia
Imġarr
Safi
Baħar iċ-Ċagħaq
Imnajdra
Salina
Bidnija
Imtaħleb
San Ġiljan
Bormla
Kalkara
Siġġiewi
Buskett
Kennedy Grove
Ta` Qali
Ċirkewwa (Fliegu)
Kirkop
Tas-Silġ
Delimara
Luqa
Wardija
Dingli
Madliena
Wied Inċita
Dwejra
Magħtab
Victoria
Fawwara
Manikata
Xagħra
Għarb
Marfa
Xewkija
Għajn Tuffieħa
Marsaskala
Żabbar
Għaxaq
Marsaxlokk
Żejtun
Girgenti
Mellieħa
Żurrieq
Ġnejna
Pembroke
Gudja
Qala
Ħal Far
Qormi
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija fit-taqsima ta’ l-ALE? X’vetturi u opri tal-baħar għandhom? X’taħriġ ingħataw dawn il-pulizija biex ikunu aktar effiċjenti fix-xogħol tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 26 membru tal-Pulizija. Dawn ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom 5 vetturi u 3 opri tal-bahar.
Fix-xhur li ghaddew membri minn din it-Taqsima attendew kors, u kisbu licenzja mill-Istitut Marittimu ta' Malta sabiex jistghu juzaw opri tal-bahar li ghandhom mutur ta' aktar minn 100h.p. Attendew ukoll seminar mill-MCAST dwar il-ligijiet marittimi.
Infurmat ukoll illi f'nofs is-sena 2001, membri ta' l-A.L.E. attendew kors intensiv ta' gimgha in konnessjoni max-xoghol investigattiv dwar speci ta' flora u fauna.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex dawk li jissejħu gwardji tas-sigurta’ jew bouncers jiġu lliċenzjati? Kemm saru laqgħat bejn uffiċjali ta’ l-intern u l-kummissarju tal-pulizija dwar dan minn Ġunju sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda zviluppi dwar dan is-suggett. Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba moghtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23014.
Jista’ il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta’ l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel? Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir? Għandu dettalji ta’ kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex inxtraw kotba ġodda għall-użu ta’ l-istudenti li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? Ta’ liema suġġetti u ta’ liema livell? Jista’ jagħti l-istess dettalji għas-sena skolastika li għaddiet ukoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il iskola indipendenti infurmat lid-dipartiment li se tgħolli l-miżati għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? B'kemm f'kull każ? Kemm kienu qabel? Ingħataw xi raġunijiet għaliex għolew il-miżati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija W352 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport: B'riferenza għas-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti ta' kontrolluri ta' l-ajru mal-Malta Air Traffic Services Ltd, li ħarġu fl-10 ta' Mejju 2002, jista' l-Ministru jgħid: kemm applikaw? Kemm minnhom kienu eliġibli u sarilhom l-interview/eżami? Kemm minnhom ma għaddewx mill-board ta' l-għażla? X'kienu r-raġunijiet għala ma għaddewx mill-interview/eżami?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li kien hemm erba' applikazzjonijiet għall-vakanza li qed issir riferenza għaliha. L-erba' applikanti kienu eliġibbli u saritilhom l-intervista. Wara li saru l-intervisti irriżulta li ħadd mill-erba' applikanti ma' ikkwalifika biex jibda t-taħriġ li jwassal għal Air Traffic Control Officer.