Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36144 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma narax il-htiega li tingabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Izda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kaz partikulari, nitolbu jaghmel mistoqsija specifika.
Leg 9 PQ #36145 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36146 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36076 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji liċenzjati f'Malta u Għawdex separatament? Kemm hemm applikazzjonijiet f'kull gżira? Meta l-aħħar li ngħatat liċenzja biex tinfetaħ spiżerija? Hemm xi ħsieb li jerġgħu jibdew jingħataw liċenzji ta' din ix-xorta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li bħalissa hawn 198 spiżerija liċenzjata f'Malta, li 6 minnhom huma veterinarji, u 13-il spiżerija f'Għawdex. Id-Dipartiment għandu 289 applikazzjoni għal spiżeriji ġodda f'Malta u 18 oħra f'Għawdex. L-aħħar liċenzja li ngħatat biex tinfetaħ spiżerija kien fil-15 ta` April 2002. Teżisti friża amministrattiva għall-ħruġ ta` permessi ġodda, għalkemm jeżistu każi speċifiċi fejn ħruġ ta` liċenzji xorta jiġu kkunsidrati. Għalkemm fl-1998 ma ħarġu l-ebda liċenzji, fl-1999 inħarġu permessi għal żewġ spiżeriji ġodda, waħda l-Imtarfa u l-oħra l-Gżira (spiżerija għall-użu veterinarju), waqt li fl-2000 ħareġ permess wieħed, ġewwa l-Qala, Għawdex.
Leg 9 PQ #36077 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 10,580 l-inċident tat-traffiku. Minn dawn 12 kienu fatali.

Pulizija

Question

Peress li jidher li n-numru ta' inċidenti tat-traffiku qed jiżdiedu u konsegwentement anke l-imwiet, jista' il-Ministru jgħid qattx saru xi studju/i biex ikun magħruf kif u għaliex qed isiru ċerti inċidenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda taħdem mal-pulizija (Sezzjonijiet ta' traffiku w ta' IT) biex tirrevedi w taġġorna s-sistema ta' rapporti ta' l-inċidenti fit-toroq. Ir-raġuni ta' dan l-eżerċizzju hu biex jgħaddi nformazzjoni aktar dettaljata u relevanti lid-disinjatur tat-toroq sabiex ikun mgħaruf xi jwassal għal inċidenti tat-traffiku. Fil-futur qarib hu mistenni li l-Awtorita' tuża sistema ta' geographical information sabiex tidentifika black spot u xi defiċjenzi fid-disinji tat-toroq, sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jonqos il-periklu. Barra minnhekk informazzjoni bħal din tkun ta' għajnuna għal Awtorita' biex timmira għal dawk in-nies li jagħmlu użu minn dawn it-toroq għall-kampanja edukattiva u taħriġ kif ukoll biex tiżvilupppa policy tat-trasport iżjed addattata għal dan il-għan biex tgħin jitnaqqsu inċidenti tat-traffiku.
Leg 9 PQ #36133 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi — Iffirmar ta' Kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti ma' għaqdiet sportivi li bbenefikaw mill-aħħar riżoluzzjoni parlamentari fejn ingħataw art pubblika? Jista' jgħid ukoll meta ġew iffirmati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 16-il għaqda sportiva iffirmaw kuntratti (10 ta' ċens u 6 ta' kera) biex jingħataw art pubblika wara li għaddiet l-aħħar riżoluzzjoni parlamentari. Id-dettalji huma kif se nsemmi: Għaqda Data tal-Kuntratt Kera: Floriana Basketball Club Awissu 2002 Floriana Boċċi Club Awissu 2002 Floriana Football Club Awissu 2002 Young Stars Hockey Club Awissu 2002 Assoċjazzjoni Sport Floriana Awissu 2002 Buġibba Boċċi Club Awissu 2002 Ċens: Malta Amateur Athletic Association Awissu 2002 Għaqda Sajjieda u Dilettanti Buġibba Awissu 2002 Marsa Sports and Country Club Awissu 2002 Pieta` Boċċi Club Settembru 2002 Qrendi Boċċi Club Settembru 2002 Malta Young Sailors Club Settembru 2002 Malta Playing Fields Association Settembru 2002 Sta Lucia Boċċi Club Ottubru 2002 Melliaħa Sports Club Ottubru 2002 Żejtun Red Stars S.F.C. Ottubru 2002
Leg 9 PQ #36134 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

MFSA — Aspetti Regolatorji

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tibda topera l-MFSA mill-aspett regolatorju, fejn tieħu funzjonijiet li fil-preżent jinsabu għand l-MSE, is-CBM u l-MFSC?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li MFSA issa tinsab imwaqqfa bis-saħħa tal-avviż legali 277 ta' l-2002. Infatti, il-liġi, cioe' l-att XVII ta' l-2002, ilha fis-seħħ mill-ewwel ta' Ottubru 2002. F'dik id-data, l-MFSA saret responsabbli għas-superviżjoni ta' l-istockbrokers u għal dawk li l-liġi ssejjaħ 'recognized investment exchanges' li waħda minnhom, infatti l-ewwel waħda, hija l-Malta Stock Exchange, cioe' il-Borża. Din issa qabdet it-triq sabiex sa lejn il-bidu tas-sena d-dieħla issir biss operatur ta' borża, u ma tibqgħux aktar awtorita' regolatriċi. Għaldaqstant, hu maħsub ukoll li r-responsabilitajiet ta' Listing Authority, li bħalissa għadhom għand l-MSE, jgħaddi għand l-MFSA fis-sena il-ġdida. Meta jitwettaq dan il-pass, l-MFSA tkun ġiet żviluppata f'sens sħiħ bħala l-unika awtorita' regulatriċi għas-settur tas-servizzi finanzjarji ta' Malta, skond il-programm li kien oriġinarjament imniedi fl-1994. Infakkar illi diġa mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena, ġiet trasferita lill MFSA (dak iż-żmien kienet għada MFSC) ir-responsabilita' għas-superviżjoni tal-banek. Qabel dik id-data, din ir-responsabilita' kient taqa' taħt il-Bank Ċentrali.
Leg 9 PQ #36136 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Spiża tal-Proġett

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' l-entratura tal-Malta racing club? Min ser iħallas? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġux tenders? Jekk iva, min kienu u kemm kienet il-kwotazzjoni tagħhom? Xi kriterju ntuża sabiex saret l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi verifikata u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36070 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35568, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx data meta ser jitlesta x-xogħol fuq kull impjant? Hemm xi wħud li kellhom ikunu lesti diġa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li hemm xi xogħlijiet imsemmija li t-tenders tagħhom għadhom ma ġewx aġġudikati, mhux possibbli li jingħataw dati definittivi meta dawn ix-xogħlijiet ser ikunu lesti.
Leg 9 PQ #36071 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35423, dwar l-offerti li nħarġu biex jinxtraw kotba biex jintużaw fl-iskejjel ta' l-istat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36072 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista tas-supretendenti fil-korp tal-pulizija bis-seniority kif qegħdin illum? Meta ġie appuntat kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija bis-seniority u bid-data ta` meta ġie appuntat kull wieħed minnhom kif ukoll id-data ta` l-ewwel ħatra, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36073 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-supretendenti fil-korp tal-pulizija kif kienet fl-1 ta' Ottubru ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36072.
Leg 9 PQ #36074 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' l-ispetturi fil-korp tal-pulizija kif inhi illum bis-seniority u meta laħaq/laħqet spettur kull wieħed/waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar Spetturi fil-Korp tal-Pulizija bis-Seniority u bid-data ta` meta laħqu Spetturi kull wieħed u waħda minnhom, kif ukoll id-data ta` l-ewwel ħatra, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36075 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rank ta' surġent maġġur fil-korp tal-pulizija ġiex abolit jew le? Meta l-aħħar li saru surġenti maġġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ir-rank imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma ġiex abolit mill-Korp tal-Pulizija. L-aħħar li kien hemm ħatriet ta` Surġenti Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija kien f`Ġunju 1994.
Leg 9 PQ #35844 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kanali ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35421, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-riżorsi u infrastruttura, jista’ jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta’ l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel? Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir? Għandu dettalji ta’ kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

It-tip ta` xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija ma jaqa` taħt ir-responsabbilita` ta` ebda dipartiment fid-Dekasteru ta` l-Intern u l-Ambjent. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35845 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Gwardjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gwardjani impjegati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom ġew sospiżi f'dawn l-aħħar tliet snin minħabba ksur ta' dixxiplina? Kemm ġew sospiżi/mkeċċija fl-istess żmien għaliex kellhom kuntatti illeċiti mal-priġunieri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li preżentament in-numru ta` impjegati fi grad ta` gwardjan ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma mija u tmenin (180). Infurmat ukoll li matul l-aħħar tlett snin ġew sospiżi sitt (6) impjegati tad-dipartiment minħabba ksur ta` dixxiplina. Il-kuntatt illeċitu mal-priġunieri jaqa` taħt il-ksur ta` dixxiplina.
Leg 9 PQ #35846 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva Kordin — Ammont ta' Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm minnhom huma barranin? Kemm minnhom huma nisa? In-nisa huma kollha Maltin? Kemm min-nisa u rġiel qed jiskontaw sentenza ta' ħabs u kemm qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li jien tajt ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 35711, ninsab infurmat illi t-taghrif l-iehor mitlub fir-rigward tal-prigunieri nisa hu kif gej:- Nazzjonalita Sentenzjati Arrestati Maltin 4 2 Barranin 1 6
Leg 9 PQ #35847 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Taqsima Sportiva tal-Marsa

Question

F'artiklu reċenti fil-gazzetta 'in-nazzjon' il-korrispondent li ismu qed jintbagħat separatament, tkellem dwar in-nuqqas ta' sigurta' li hemm fit-taqsima sportiva tal-Marsa fejn ħafna nies qed ikissru u jħammġu postijiet sportivi mingħajr ma jiġu mwaqqfa u/jew imwissija, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi ħaġa biex affarijiet ġodda u dawk diġa' eżistenti fil-Marsa ma jkomplux jiġu mħassra? Għaliex skond dan il-korrispondent ukoll, qed jitħallew familji jorganizzaw picnics fuq il-ħaxix tal-grounds tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sigurta` li hemm bħalissa fil-Kumpless tal-Marsa hija l-istess li dejjem kien hemm f'din il-faċilita`, anke fi żmien meta l-awtur ta' l-artikolu kien impjegat fl-istess sezzjoni tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Anzi, minn tlett snin 'l hawn żdiedu persuna oħra kuljum sabiex jiġi mħares il-post. Irrid ngħid li l-artikolu in kwistjoni huwa miktub għall-pubbliku, fis-sens li hemm bżonn li tikber il-kuxjenza favur it-tħaris tal-faċilitajiet sportivi li kull ma jmur qegħdin isiru aktar frekwentati u qed tiżdied l-attivita` sportiva matul is-sena kollha. Nikkonferma li bħal f'kull post ieħor pubbliku, sfortunatament isiru atti vandali u dawn isiru proprju minn persuni li ma japprezzawx ix-xogħol li jkun qed isir. Madanakollu dawn l-atti mhumiex ixekkluna fil-ħidma li qed nagħmlu sabiex ikollna l-faċilitajiet ta' livell internazzjonali. Informat ukoll li fil-ġranet li għaddew twaħħlu żewġ barriers ġodda sabiex ikun ikkontrollat l-aċċess f'diversi nħawi tal-Marsa. Qed isir żvilupp sabiex ikunu żviluppati areas pubbliċi ħalli l-Kumpless tal-Marsa joffri faċilitajiet distinti għal sport u rikreazzjoni sabiex il-prattikanti ta' dawn iż-żewż attivitajiet ma jtellfux lil xulxin. Hu previst li fiż-żona ġdida li qed tkun żviluppata jkun hemm aktar dawl milli hemm illum. Anke dan għandu jgħin fil-konroll tal-vandaliżmu.
Leg 9 PQ #35999 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Management Code

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja aġġornata tal-public service management code?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi kopja tal- “Public Service Management Code” (PSMC) July 2002 fuq il-mejda tal-Kamra. Il-PSMC tista tigi akkwistata mis-“sales office” tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.