Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36891 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tuna Pennings

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mit-tuna pennings f'Malta minn mill-1 ta' Novembru 2001 sal-31 ta' Ottubru 2002. Kemm minnha marret għas-suq lokali u kemm għas-suq barrani? F'liema swieq barranin dan it-tonn ġie esportat, u f'liema ammonti għal kull suq?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant hi ta' natura kummerċjali u l-pubblikazzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lill-operaturi għaliex f'dak il-perjodu kien hawn tnejn biss. It-tonn imrobbi fil-gaġeġ dejjem jispiċċa esportat lejn swieq Asjatiċi bħall-Korea u l-Ġappun għaliex hemm iġib l-aħjar prezzijiet.
Leg 9 PQ #36892 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tuna Pennings — Esportazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata tonn, mit-tuna pennings Maltin, l-Air Malta ġarret bejn l-1 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Ottubru 2002? Lejn liema destinazzjonijiet dan it-tonn twassal mill-Air Malta u liema kienu d-destinazzjonijiet finali ta' dan it-tonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36893 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Ammunition

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il round ta' ammunition ta' small weapons intuża f'sessjonijiet ta' taħriġ mill Forzi Armati ta' Malta matul is-sena 2001? U kemm-il shell intużat mill-kanuni fl-istess perjodu għall-istess għan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni ghandha tkun ippubblikata.
Leg 9 PQ #36894 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Forzi tas-Sigurta — Taħriġ f'każ ta' Diżastru Nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta' prova għal xi tip ta' National Disaster mill-forzi tas-sigurta, pulizija u protezzjoni ċivili? Jekk sar f'hiex kien jikkonsisti?

Response (BORG, TONIO)

It-tliet korpi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għandhom rwol differenti, pero` l-Att dwar il-Protezzjoni Ċivili jipprovdi sabiex f`każ ta` diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, il-ħidma tat-tliet Forzi tiġi ko-ordinata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Għalhekk tħejjew pjanijiet ta` kontinġenza li jiġu adoperati f`kull eventwalita`. It-taħriġ f`dawn il-każi jingħata "on the job" bħal ma ġara fil-każi tal-immigranti illegali kif ukoll riċentement fil-każ tal-għargħar. Il-koperazzjoni bejn it-tlett Forzi kif ukoll ma` Dipartimenti oħra tal-Gvern u Korpi Volontarji kienet waħda sodisfaċenti. Ninsab infurmat illi l-aħħar eżerċizzju li kien jinvolvi il-forzi tas-sigurta` (il-Pulizija, l-A.F.M. u id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili) flimkien ma` entitajiet oħra, fosthom l-M.I.A., id-D.C.A. u l-awtoritajiet tas-saħħa, sar fis-6 ta` Ġunju 2002. Dan kien jitratta simulazzjoni ta` ajruplan f`diffikulta`.

Gwardjani Lokali — Nisa u rġiel impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel impjegati bħala gwardjani lokali? Liema huma dawk il-lokalitajiet li għad m'għandhomx is-servizz tal-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat peress illi l-Gvern ma jimpjegax gwardjani privati.

Servizzi Soċjali — Benefiċċju tad-disimpieg

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat u li tieħu r-relief tal-gvern tistax tagħmel part time? Jekk iva kemm jista' jkun il-qliegħ addizzjonali skond il-liġi sabiex ma jinqatax ir-relief?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata, ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Leg 9 PQ #36852 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Każini tal-baned

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar 4 snin sabiex il-Gvern jikoraġġixxi, jgħin u jsaħħaħ il-każini tal-baned f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li permezz ta' l-iskema Cultrual Support Programme, bejn l-1999 u l-2002 id-Dipartiment tal-Kultura ta għajnuna lil 57 banda. L-ammonti mogħtija kienu kif se nsemmi: 1999 - Lm3350 2000 - Lm3600 2001 - Lm3300 2002 - Lm 900 (Jannar - Ottubru) Total - Lm11,150
Leg 9 PQ #36853 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — Security Systems

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ħarġet u meta għalqet it-tender għal security systems għall-berġa ta' Kastilja? Kemm daħlu tenders u kemm kienu l-offerti tagħhom? Meta ġiet deċiża din it-tender u min ħadha? Kemm ser jiswa x-xogħol? X'inhi r-raġuni li ġiet mogħtija lill-kuntrattur imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien ninsab infurmat li s-sejha ghall-offerti giet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-22 ta’ Jannar 2002 u d-data ta’ l-gheluq kienet il-5 ta’ Marzu 2002. Din ta’ l-ahhar giet estiza sas-26 ta’ Marzu 2002. It-“tender” harget f’isem l-Ufficcju tal-Prim Ministru mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-mistoqsijiet l-ohra lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #36854 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Tibdil ta' uniformi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36198?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt infurmat li żewġ skejjel tal-gvern ħassew il-bżonn ta' uniformi ġdida, filwaqt li tliet skejjel oħra qablu li jagħmlu xi tibdil fl-uniformijiet eżistenti. L-informazzjoni dettaljata se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.
Leg 9 PQ #36855 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 36405 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-għaqdiet sportivi għadhom ma ffirmawx il-kuntratt? Meta għaddiet ir-riżoluzzjoni parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36856 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita' fiżika

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel governattivi, primarji u sekondarji hemm studenti b'diżabilita' fiżika? Jista' jagħti n-numru għal kull skola individwali ?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel kollha, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36680 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-Korsa tal-Marsa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36137, jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru, li huma ta' natura rikorrenti? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36681 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-Korsa tal-Marsa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36137, jista' il-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn x'ħidma saret sabiex jiġi nkoraġġit l-iżvilupp tal-korsa, b'mod partikolari għad-dilettanti f'dan l-isport?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36682 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kontijiet Pendenti

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36141, jista' il-Ministru jagħti lista' tad-debituri u l-kredituri u l-ammonti dovuti skond il-każ? Jista' il-Ministru jgħid ukoll min kienu l-kredituri li tħallsu u kemm ħadu skond il-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36683 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Klassi tat-tiġrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tibdil kien hemm fil-Malta Racing Club f'dan l-aħħar żmien f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif żwiemel jitilgħu minn klassi għal oħra? Jista' jgħid jekk dan it-tibdil imurx kontra l-istatut ta' l-istess club? X'benefiċċju hu mistenni li jġib dan it-tibdil?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu ma wasallix u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizzi Soċjali — Benefiċċju għad-disimpjieg

Question

Jista' il-Viċi-Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ser tieħu l-benefiċċji għan-nuqqas ta' impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata diġa ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #36699 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Song — Membri tal-Kumitat

Question

B'riferenza għat-twaqqif ta' l-organizzazzjoni Malta Song, jista' il-Ministru jispjega fuq liema kriterji ġew magħżula l-membri tal-kumitat? B'liema mod u fuq liema kriterji ġie magħżul is-segretarju ta' din l-organizzazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Membri u s-Segretarji tal-Maltasong Board ġew magħzula fuq il-mertu personali tagħhom.
Leg 9 PQ #36672 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat. — Bdil ta' Uniformijiet.

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36198 dwar bdil ta' uniformijiet ta' l-iskola fl-iskejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36673 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel ta' l-Istat — Spetturi tas-Saħħa li żaru canteens ta' l-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika kemm-il darba l-ispetturi tas-saħħa żaru skejjel ta' l-Istat, indipendenti jew tal-knisja biex jiġi żgurat li l-ikel u xorb li qed jinbigħ fit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel huwa skond ir-regolamenti u tajbin għas-saħħa tat-tfal? Liema kienu l-iskejjel? Instabu xi nuqqasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2002, saru seba` u għoxrin (27) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f'tuckshops/canteens ta` l-iskejjel. L-ispezzjonjiet li saru ġo skejjel hija skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li t-tip ta` ikel li jista` jinbiegħ ġo 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel huwa kkontrollat mill-kuntratt li jiġi mwaqqaf mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni jagħmel id-domanda lilhom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tas-Saħħa, dawn jiġu referuti lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni kull term kif titlob il-Liġi, sabiex tittieħed azzjoni minn naħa ta` dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #36674 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless tal-Marsa. — Pjanti ta' l-iżvilupp.

Question

B' riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 35847, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif ser isir l-iżvilupp fil-kumpless tal-Marsa biex l-areas pubbliċi jkunu wkoll separati bejn dawk li jridu jipprattikaw l-isport u dawk li jmorru hemm biex jirrikreaw ruħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja tal-pjanta mitluba lill-Onor. Membru.