Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36681?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36137 fejn telenka numru ta' proġetti kapitali li saru u qegħdin isiru fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Dan minnu nnifsu huwa proċess ta' żvilupp ta' l-istess korsa.
Wieħed ma jistax ma jinnotax it-tibdila ġenerali li saret f'dawn l-aħħar sentejn. Aktar ma jgħaddi żmien aktar l-iżvilupp konsistenti tal-korsa għandu jkompli jissodisfa lid-dilettanti ta' dan l-isport kif ukoll oħrajn li mistennija jiżdiedu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri tas-Saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm-il siegħa jiftħu kuljum? Kemm hemm tobba li jservu full-time f'dawn iċ-Ċentri?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'Malta u Għawdex hemm disa` ċentri tas-saħħa, tmienja minnhom qegħdin f'Malta u dawn jaqgħu taħt l-amministrazzjoni tad-dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa u l-aħħar waħda qegħda ġewwa Għawdex, pero` din taqa` taħt l-amministrazzjoni ta` l-iSptar Ċentrali ta` Għawdex.
Iċ-Ċentri tas-Saħħa li huma miftuħa għal 24 siegħa huma dawn:
Florjana, Mosta, Paola u Gżira
Iċ-Ċentri tas-Saħħa li jagħtu servizz mit-08.00 sal-20.00 huma:
Cospicua, Rabat u Qormi
Iċ-Ċentru tas-Saħħa li jagħti servizz limitat mit-08.00 sal-14.30 huwa:
B'Kara
Minn complement ta` 105 tabib li jaħdmu Full Time fiċ-Ċentri tas-Saħħa preżentement hemm:
Floriana, Qormi u Gżira: 25 tabib
Paola u Cospicua: 19-il tabib
Mosta, Rabat u Qormi: 18-il tabib
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex iċ-ċentri tas-saħħa jerġgħu jibdew jiftħu għal 24 siegħa kuljum? Qed isiru xi negozjati biex dan iseħħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba nuqqas ta` tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, il-ftuħ ta` ċerti Ċentri tas-Saħħa ma setax jibqa` għal 24 siegħa kuljum.
Qed jiġu mistħarrġa sistemi biex il-ftuħ ikun jista` jiġi estiż, fosthom taħtidied ma` grupp ta` tobba li għamlu proposta biex jiffurmaw koperattiva.
Reġistrazzjoni għax-xogħol — Persuni jaħdmu bla permess
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm nies li nqabdu jaħdmu meta kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kienu nisa u kemm rġiel? Minbarra li tneħħew mir-reġistru tax-xogħol, ittieħdu xi passi oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2002 sa l-aħħar ta' Ottubru 2002 instabu total ta' 284 persuna jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. 273 kienu rġiel u 11 kienu nisa. Minbarra li nqatgħu minn fuq ir-reġistru, dawk li kienu qed jirċievu xi benefiċċju soċjali twaqqfilhom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk coaches barranin li huma ngaġġati ma' għaqdiet sportivi għandhomx il-permessi li jużaw it-track ta' l-atletika tal-Marsa u faċilitajiet oħra biex jagħtu taħriġ atletiku fuq bażi ta' ħlas individwali? Jista' jgħid x'kontroll għandu d-dipartiment ta' l-isports fuq dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-coaches barranin li huma ngaġġati ma' għaqdiet sportivi m'għandhomx permess li jużaw it-track ta' l-atletika jew xi faċilitajiet oħra fil-Marsa biex jagħtu taħriġ fuq bażi ta' ħlas individwali.
Sal-lum ma hemm ebda kontroll fuq individwi li jiffrekwentaw it-track ta' l-atletika. Madanakollu d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jikkontrolla l-użu ta' dawn il-faċilitajiet minn gruppi ta' persuni (għaqdiet jew timijiet). Hemm il-ħsieb li jiġu ntrodotti miżuri biex jiġi kontrollat l-użu ta' dawn il-faċilitajiet wara li jitlesta x-xogħol fuq it-track.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li s'issa din is-sena applikaw għall-benefiċċju tal-mard? Kemm hu kkalkulat li kien il-ħlas totali li ngħata bħala benefiċċju s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u t-12 ta' Novembru 2002, tħallset is-somma ta' Lm1,708,134 bħala benefiċċju tal-mard (sickness benefit).
Lm1,613,954 tħallset direttament lil 16,831 persuna. Il-bilanċ ta' Lm98,180 tħallas direttament lil diversi entitajiet f'isem l-impjegati tagħhom li taw il-kunsens biex, sakemm ikunu qed jirċievu l-paga, il-benefiċċju jitħallas direttament lill-entita' li timpjeghom. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni li dwarhom ikun qed isir il-pagament f'dawn il-każijiet.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36678?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Breakdown ta' l-ispejjeż involuti fil-proġett ta' l-entratura tal-Marsa hija kif se nsemmi:
Xogħol Ammont
Lm
Concrete Works 1,660.50
Concretor 917.49
Breaking and excavation works 2,926.58
Construction works 14,172.14
Manholes 626.91
Floor an wall tiles 1,455.75
Mild steel railing 450.00
Electical and Plumbing 2,908.50
Aluminium apertures 509.00
External works 47,249.19
Variations 3,269.55
V.A.T. 11,421.83
Malta Racing Club — Arretrati lid-Dipartiment tal-Vat
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36679?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-arretrati li kienu dovuti lid-Dipartiment tal-VAT kienu jammontaw għal Lm1861.63. Dawn kienu mqassmin hekk:
Mill-1 ta' Marzu 2000 sal-31 ta' Mejju 2000 - Lm 919.58
Mill-1 ta' Ġunju 2000 sal-31 ta' Awissu 2000 - Lm1012.33
Return sa' l-aħħar ta' Settembru 2000 - Lm (70.28)
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu siringi b'xejn minn kull ċentru tas-Saħħa separatament din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu miċ-Ċentru tas-Saħħa din is-sena:
FLORIANA
53,806
QORMI
34,162
GŻ
IRA
62,690
PAOLA
114,380
MOSTA
51,105
RABAT
7,317
COSPICUA
12,500
LUQA
20,200
B'KARA
21,200
Jista' il-Ministru jgħid meta jingħataw siring b'xejn isirux xi kalkoli kemm minn dawn jingħataw lil min jabbuża mid-droga? Kemm huwa kkalkulat li jingħataw lil min isofri mid-diabete jew xi marda oħra li għaliha jridu jużaw siringi? Jista' jagħti l-figuri għal din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jinżamm rekord ta` kemm jitqassmu siringi fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-ispiżeriji.
Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena:
XAHAR
FLORIANA
QORMI
GŻ
IRA
PAOLA
COSPICUA
MOSTA
RABAT
Jannar
1900
714
3025
3800
800
1319
581
Frar
1590
781
3115
3380
700
1315
265
Marzu
2000
724
3310
4200
700
1843
589
April
1900
995
3215
4200
1300
2063
778
Mejju
1500
1648
3300
5000
1700
2025
921
Ġ
unju
3900
1365
3310
5300
900
1726
811
Lulju
4300
1669
3330
5600
1900
1373
944
Awwissu
4800
1328
3325
6400
1400
2228
841
Settembru
3232
1313
3335
5600
1500
1291
759
Ottubru
3484
1385
3225
4900
1600
1272
828
Is-siringi li tqassmu fl-ispiżeriji tal-Gvern għan-nies li jbatu mid-dijabete mill-1 ta` Jannar sal-lum huma:
SPIŻ
ERIJA
Ammont
GŻ
IRA
30,200
QORMI
22,240
FLORIANA
25,200
LUQA
20,200
MOSTA
34,650
B'KARA
21,200
PAOLA
66,000
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm gwardjani lokali li nqabdu f'xi att illegali u dan mill-1 ta' Jannar sal-lum? X'kien kull ksur tal-liġi? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar 2002 s`issa hemm gwardjan lokali wieħed li qiegħed jigi investigat mill-pulizija. Sakemm issir din l-investigazzjoni, dan il-Gwardjan Lokali huwa sospiz mix-xogħol. Dan il-Gwardjan għadu ma tressaqx il-Qorti u għalhekk ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata.
Gwardjani Lokali — Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz tal-gwardjani lokali għal inqas minn sagħtejn kuljum? Il-liġi tistipula għal kemm-il siegħa kull kunsill għandu jkollu dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsilli Lokali li għandhom anqas minn sagħtejn servizz kuljum ta` Gwardjani Lokali huma: Birgu, Isla, Bormla, Siggiewi, Attard, Balzan, Gudja, Għaxaq, Isla, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Mqabba, Paola, Qrendi u Safi.
Il-liġi ma tistipulax għal kemm il-siegħa kull Kunsill għandu jkollu dan is-servizz. Dan jiddependi mit-Tender mogħti.
Kumitat — Tmexxija tat-timijiet tal-football tal-gvern u parastatali
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-kumitat li ser imexxi l-football tat-timijiet tal-Gvern u parastatali? Instab sponsor għal dan il-league? Meta ser jibda? Il-ħlasijiet dovuti għal-logħob tas-sena li għaddiet tħallsu kollha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Malta Employees Sports Association huwa ffurmat hekk:
Is-Sur Mario Meli - President
Is-Sur Philip Sammut - Viċi President
Is-Sur Alfred Spiteri - Segretarju
Is-Sur Mario Meli - Teżorier
Is-Sur Joe Micallef - Segretarju Amministrattiv
Minkejja l-isforzi li saru kemm mis-Segretarjat Parlamentari u mill-istess Kumitat s'issa għadu ma nstabx sponsor għal-league tal-football li ser jibda nhar it-Tlieta 19 ta' Novembru 2002.
Informat ukoll li l-ħlasijiet għal-logħob tas-sena li għaddiet tħallsu kollha.
Peress li s-sena li għaddiet kien hemm si taħdidiet bejn il-Kumitat li mexxa l-league tal-gvern u parastatali u l-Malta football association dwar ħlasijiet lir-referees li jaħdmu mal-gvern, jista' il-Ministru jgħid jekk instabitx soluzzjoni? Kemm hemm uffiċjali tal-logħba li jaħdmu mal-Gvern u parastatali li jistgħu jieħdu sehem f'dan il-logħob?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Malta Employees Sports Association għamlet kull sforz biex jintlaħaq ftehim mal-Malta Football Association u mal-Malta Referees Association dwar il-ħlasijiet li jaħdmu mal-Gvern iżda baqa' ma ntlaħaqx ftehim.
Dwar it-tieni parti tad-domanda informat li d-Dipartiment ma jkollux informazzjoni dwar ir-referees li jkunu affiljati mal-Malta Football Association.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-job description jew terms of reference għax-xogħol ta' activity teacher, ta' peripatetic teacher u complementary teacher?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-job description ta' l-għalliema peripatetiċi jvarja skond in-natura ta' l-arja kurrikulari li jkunu qed jaħdmu fiha: ngħidu aħna, l-għalliema peripatetiċi tal-PSE, li huma maqsuma f'sezzjonijiet, jaħdmu jew f'post fiss jew iduru minn skola għall-oħra, dawk tal-Proġett Let Me Learn jaħdmu f'numru ta' skejjel li għandhom dan il-proġett fil-Pjan ta' Żvilupp ta' l-iskola tagħhom.
L-għalliema peripatetiċi kollha qed jaħdmu f'dawn l-arji kurrikulari: Xjenza u Teknoloġija, Home Economics, PSE, SpLD, Let Me Learn, Literacy Programmes, Arti, Drama, Edukazzjoni Fiżika, Hands-on-Farming, Mużika u Franċiż.
B'mod ġenerali, l-għalliema peripatetiċi marbutin b'dawn id-dmirijiet:
* biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim fid-dawl tal-Kurrikulu
Nazzjonali
* biex jagħtu parir u sapport lill-għalliema u lill-kapijiet ta' l-iskejjel
* biex jgħinu f'attivitajiet organizzati mill-iskejjel u mid-Diviżjoni ta'
l-edukazzjoni.
L-għalliema peripatetiċi fil-qasam kumplimentari huma speċifikament marbutin b'dawn id-dmirijiet:
* biex jgħallmu lil dawk it-tfal li għandhom problemi fil-litteriżmu u
fin-numeriżmu
* biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim kif mitluba mill-
kurrikulu
* biex jagħtu sapport lill-għalliema fil-qasam kumplimentari
* biex ifasslu programmi edukattivi individwali f'dan il-qasam.
Il-job description għax-xogħol ta' activity teacher qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-ambjent — High Rise Buildings
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Ambjent toħroġx permessi għal high rise building ġewwa Marsascala? Jekk le għaliex,jekk iva f'liema żoni? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy b'mod ġenerali għal bini għoli?
Response (BORG, TONIO)
High rise building f`Marsascala jista` jkun permissibli sakemm dan ikun konformi mal-'Policy and Design Guidance 2000' paragrafu 1.7 'Application of Floor Area Ratio.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-universita', u fl-MCAST, fil-Junior Collage u fl-iskola Giovanni Curmi? Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti kollha?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-istituzzjonijiet kollha tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.