Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Millennium Development Goals
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tagħha fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Tista’ tgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, tista’ tqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li wieħed mill-Millennium Development Goals (MDGs) jittratta l-ugwaljanza l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) hija nvoluta. Il-Kummissjoni qatt ma għamlet rapporti dwar il-MDGs. Minkejja dan l-NCPE tagħti rispons jew tipprovdi informazzjoni dwar inizjattivi relatati ma’ dan il-ġeneru meta tintalab.
Issues
preżenti u futuri li l-
NCPE
qed taħdem fuqhom huma l-ħolqien u tisħiħ t’għarfien dwar l-ugwaljanza ma’ diversi setturi permezz ta’ taħriġ u l-investigazzjoni tal-ilmenti ta’ persuni li jħossuhom diskriminati, il-Marka tal-Ugwaljanza għall-intrapriżi kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, kif ukoll temi oħra relatati mal-ugwaljanza abbażi tal-ġeneru, fosthom: il-parteċipazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, il-vjolenza fuq in-nisa, u l-liġi tal-koabitazzjoni.
Ministeru għat-Transport — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhomx involviment dirett dwar il- Millennium Development Goals u għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministri konċernati
Ministeru għas-Saħħa — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhux il-Millenium Development Goals kollha għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa. Dawk li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa huma t-tiri numru 4, 5 u 6 :
4. tnaqqis fil-mortalità fit-tfal
5. titjib fis-saħħa tal-omm
6. ġlieda kontra l-HIV/AIDS, malaria u mard ieħor infettiv.
Id-Direttorati għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka u dak għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard iżommu statistika dwar l-indikaturi mitlub skond il-Millenium Development Goals (MDG) kif ukoll oħrajn skont linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-EUROSTAT, fost oħrajn. Din l-istatistika tintalab fuq bażi annwali u din tiġi ppubblikata fuq siti pubbliċi fuq l-Internet, fejn Malta tiġi mqabbla mal-pajjiżi l-oħra. Il-Ministeru għas-Saħħa qatt ma ntalab jipprovdi rapporti jew statistika direttament. Madankollu il-Ġnus Magħquda issegwi dawn l-indikaturi mill-istess sorsi msemmiha hawn fuq, kif tixhed l-istess online database li minnhom ġiet misluta l-informazzjoni pprovduta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba. Mhuwiex magħruf jekk xi Ministeru ieħor jintalabx jirrapporta direttament dwar il-MDG mill-Ġnus Magħquda.
L-informazzjoni li qed tiġi ppreżentata tikkonċerna lil Malta u, bħala benchmark, qed jiġu pprovduti medji rispettivi mill-pajjiżi żviluppati fid-dinja kollha, kif identifikati mill-istess Ġnus Magħquda. Anke jekk Malta għandha statistika dwar aktar indikaturi mill-medja tal-pajjiżi żviluppati, il-figuri Maltin kienu, fil-maġġoranza, aktar pożittivi minn din il-medja fejn dawn il-figuri kienu disponibbli, mis-sena 2000 'l hawn.
Fost inizzjattivi li l-Ministru għas-Saħħa ħa fl-aħħar ftit snin, wieħed jista’ jsemmi l-iStrateġija għas-Saħħa Sesswali li tħares lejn aspetti ta’ kif jiġi notifikat, identifikat, trattat u prevenut mard bħall-HIV u mard ieħor trasmess sesswalment. L-Istrateġija għall-Kontroll tat-Tuberkulożi tinkludi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ din il-marda. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed iwettaq analiżi sabiex jiġi identifikat mard infettiv li għandu jingħata prijorità fir-reviżjoni li jmiss tal-Istrateġija għall-Mard Infettiv. Il-Ministeru wasal sabiex joħroġ għall-konsultazzjoni Strateġija għas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa (NHSS) fix-xhur li ġejjin. Din l-istrateġija se tkun l-ewwel strateġija ħolistika għas-saħħa f’Malta mill-1995 meta ġie ppubblikat id-dokument Health Vision 2000. Din l-istrateġija għandha fil-mira prinċipali tagħha ħadd ħlief l-individwu u l-pazjent, b’attenzjoni fuq gruppi speċjali u fuq il-bniedem fil-fażi differenti tal-ħajja – mill-ġuf sal-mewt. Dan għandu jsaħħaħ aktar il-progress li sar fil-qasam tas-saħħa tat-tfal u l-omm matul l-aħħar erbgħin sena.
Apparti dan, f’fora interministerjali, il-Ministeru għas-Saħħa dejjem qed jipprova jwassal il-messaġġ li tfal żvantaġġjati fit-trobbija tagħhom għandhom riskju kbir li jibqgħu żvantaġġjati ħajjithom kollha, liema żvantaġġ jakkumula aktar ma l-persuna tikber.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-dipartiment kollha ta’ dan il-Ministeru ngħataw struzzjonijiet biex tingħata attenzjoni speċifika għall-Millenium Development Goals numru 1, 3 u 7. L-uffiċjali inkarigati minn dawn l-għanijiet ivarjaw minn dipartiment għall-ieħor.
Id-dipartimenti kollha isostnu li ma sar l-ebda rapport bil-miktub mis-sena 2000 ‘l hawn.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħi ma għandhom l-ebda involviment dirett dwar il-Millenium Development Goals.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat li il-Millenium Development Goals (MDGs) jikkonċernaw il-faqar, l-edukazzjoni primarji, l-ugwaljanza bejn is-sessi, t-tnaqqis tal-imwiet fit-tfulija, tisħiħ fis-servizzi tas-saħħa fit-tqala, l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u mard ieħor, is-sostenibilità ambjentali u tisħiħ għal-ħidma globali għall-iżvilupp.
Għalhekk wieħed japprezza li dawn huma għanijiet ta’ interess wiesgħa u fuq skala globali li kollettivament jiddependu fuq il-ħidma koordinata tal-ministeri u dipartimenti konċernati, iktar milli xogħol ta’ persuna jew grupp ta’ persuni waħidhom.
L-uniku rapport li jsemmi il-ħidma ta’ Malta fuq il-MDGs kien mfassal mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bit-titlu ‘
An Overseas Development Policy and a Framework for Humanitarian Assistance for Malta
’. Għal iktar dettalji dwar dan ir-rapport nistiednek tirreferi għand il-ministru koncernat. Fuq livell Ewropew u globali d-diskussjonijiet mixjin lejn it-tranżizzjoni minn
Millennium Development Goals
(MDGs) lejn
Sustainable Development Goals
(SDGs) fil-qafas tal-post-2015
Development Agenda
.
L-issues li qed jiġu diskussi biex jitkompla jew isir xogħol fuqhom fost oħrjan huma: it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà ambjentali, arja iktar nadifa, skart ġestjonat aħjar, kisba ta’ ekonomija aktar ħadra/favur l-ambjent, l-ġestjoni tal-bijodiversità kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.
Filwaqt li fuq livell nazzjonali, l-gvern qed jassigura li dawn l-għanijiet preżenti (l-MDGs) qed jiġu integrati fit-tfassil u l-ħidma tal-Gvern fis-setturi konċernati, il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli qiegħed issaħħaħ il-qafas nazzjonali bis-saħħa tal-Att ghall-Iżvilupp Sostenibbli Kap 521 tal-2012. Fl-istess waqt, għaddejja ħidma sfieqa mill-istess ministeru sabiex nindirizzaw l-issues li qegħdin jiġu diskussi. L-
Interministerial Committee
sabiex jirrevedi l-istrategija tal- Mitigazzjoni għat-Tibdil fil-Klima, it-
task group
interministerjali biex titfassal strategija għal ekonomija aktar favur l-ambjent, u l-abbozz tal-istrategija għall-immaniġjar tal-iskart li ġie mniegħdi għal-konsultazzjoni huma eżempji ċari tal-ħidma mmexxija minn dan il-Ministeru sabiex flimkien ma’ pajjiżi oħra nassiguraw li l-miri ta’ dawn l-obbligi internazzjonali jintlaħqu.
Ministeru għal Għawdex — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Iż-Żejtun – dawl tat-triq mixgħul matul il-ġurnata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għal jumejn fuq xulxin numru ta’ toroq fiż-Żejtun kellhom id-dawl tat-triq mixgħul anke matul il-ġurnata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġimgħa l-oħra ġewwa l-lokalità taż-Zejtun kien hemm numru ta’ bozoz li baqgħu mixgħulin matul il-ġurnata kawża ta’ vandaliżmu fuq l-apparat li jikkontrolla it-‘time switch’ ta’ dawn il-bozoz. Din il-ħsara ġiet imsewwija mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fit-28 ta’ Novembru 2013.
Ministeru għall-Finanzi — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2643 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2645 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni dwar il-Bordijiet tal-Admissions fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paule u l-Bord Nazzjonali tal-Kunsill dwar Anzjani mhiex qed tiġi pprezentata peres li l-files relatati nbgħatu lil Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali li issa huma responsabbli minn dawn il-Bordijiet.
Qed inpoġġo fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Millennium Development Goals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Kif jista jifhem l-Onor. Interpellant dan il-qasam huwa xprunat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant dan il-Ministeru qed jaħdem mill-qrib miegħu biex jiġi assikurat li l-kontribuzzjoni ta’ Malta f’dan l-aspett tkun waħda effetiva.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kompla jfassal il-politika barranija tiegħu fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, bil-għan li Malta, flimkien mal- Ġnus Maqgħuda u mal-Unjoni Ewropea, tagħti s-sehem tagħha biex jintlaħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (Millenium Development Goals).
Il-Ministeru jieħu ħsieb li tingħata għajnuna finanzjarja lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi lokali li għandhom il-ħsieb iwettqu proġetti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jilħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs). Il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll li jara li jkun hemm qsim ta’ idejat ma’ Ministeri u entitatijiet oħra kkonċernati dwar dawn il-Miri. Il-Gvern iwettaq ukoll il-ħidma tiegħu f’dan il-qasam mhux biss permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali iżda wkoll permezz ta’ kooperazzjoni multilaterali, bħalma hija għajnuna li tingħata f’forma ta’ kontribuzzjonijiet lill-Ġnus Magħquda u lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (European Development Fund - EDF) tal-Unjoni Ewropea.
L-għan tal-Gvern preżenti huwa li jkompli x-xogħol fuq l-għajnuna u l-iżvilupp u li jilħaq l-għanijiet stabbiliti f’dan il-qasam.
Sa mis-sena 2000, inħarġu diversi rapporti dwar dawn il-Miri kemm mill-Ġnus Maqgħuda kif ukoll mill-Unjoni Ewropea. L-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda ħareġ f’Ġunju ta’ din is-sena (2013). Kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra bħala referenza.
Il-Ministeru jwettaq il-politika barranija għall-għajnuna u l-iżvilupp permezz ta’ grupp żgħir ħafna ta’ nies dedikati għal dan il-qasam.
Fil-25 ta’ Settembru 2013 sar avveniment speċjali tal-Ġnus Magħquda bl-għan li l-pajjiżi membri mhux biss iħarsu lejn il-progress li sar fuq dawn il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, imma wkoll sabiex jiffukaw fuq dawk il-Miri li għad iridu jintlaħqu. Qed issir ukoll diskussjoni fuq politika ġdida tal-Iżvilupp għal wara s-sena 2015, politika li għandha tara li l-Miri jkunu sostenibbli sabiex jintemm il-faqar estrem mid-dinja.
Ministeru għat-Turiżmu — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitatijiet li jaqgħu fir-responsabbilita’ tiegħi m’għandhomx involviment dirett fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija minn Ministeri oħra għall-istess mistoqsija parlamentari
Air Malta – servizzi ta' transportation logistics u courier services kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament appuntat reċentement permezz ta' sejħa għall-offerti tal-kumpanija Air Malta għal servizzi ta' transportation logistics services u courier services, huwiex reġistrat skont il-liġi mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni skont il-Postal Services (General) Regulations filwaqt li ġentilment jispeċifika:
i) f'każ li huwa reġistrat, meta ġie reġistrat, u
ii) x'passi amministrattivi se jittieħdu jekk jirriżulta li fil-mument li ġie ffirmat il-kuntratt mal-imsemmija kumpanija statali, huwa ma kienx reġistrat u allura kien qed jikser il-liġi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-Air Malta kienet qiegħdha tingħata s-servizzi kollha mitluba fil-kuntratt mill-kuntrattur inkwistjoni.
L-Air Malta assigurat waqt in-negozjati kuntratwali mal-kuntrattur illi l-kuntratt ta’ bejniethom jorbot lill-kuntrattur b’numru ta’ garanziji sabiex l-Air Malta tissalvagwardja l-pożizzjoni tagħha.
B’mod immedjat l-Air Malta formalment talbet, fost affarijiet oħrajn, lill-kuntrattur sabiex jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-materja u dan ukoll fl-isfond tal-garanziji mogħtija minnu stess fil-kuntratt ffirmat ma’ l-Air Malta. Irriżulta li l-kuntrattur llum huwa konformi mal-kriterji mitluba mill-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ komunikazzjoni dwar is-suġġett bejn l-Air Malta u l-kuntrattur inkwistjoni l-Air Malta ħadet ukoll deċizjoni li ma
tagħmilx użu mis-servizzi ta’ dan il-kuntrattur sakemm tkun sodisfatta li l-operat tiegħu hu totalment skont il-ligi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti hemm għall-ex-Computer Training Centre,Ħad Dingli? Jekk hemm xi proġett jista' jgħid meta se jibda u meta se jkun komplut?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi pjanijiet għal dan il-lok u l-Gvern qed jistudja l-aħjar mod possibbli kif din il-proprjetà tista’ tintuża b’mod aktar sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' impjegati li kienu fuq kuntratt ta' impjieg definit mal-Korporazzjoni Enemalta u li ngħataw kuntratt indefinit mal-istess korporazzjoni bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-1 ta' April 2013? F'kull każ, jista' jagħti l-grad u d-dipartiment/sezzjoni tal-impjegat/a, id-data ta' meta ġie ffirmat il-kuntratt definit oriġinali, it-tul tal-kuntratt definit, is-salarju u benefiċċji oħrajn tal-kuntratt definit, id-data ta' meta l-kuntratt definit inbidel f'wieħed indefinit u s-salarju u benefiċċji oħrajn tal-kuntratt indefinit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kien jaħdem fil-biċċerija u li kien jagħmel anke spezzjonijiet ġewwa l-irziezet mingħajr ma dan l-individwu kien veterinarju? Meta beda jagħmel dan ix-xogħol u meta spiċċa? Jikkonferma li dan mhux veru kien veterinarju?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li huwa minnu li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm individwu ta’ nazzjonalita’ Ingliża, impjegat mill-Ministeru, li kien jagħmel l-ispezzjonijiet fuq il-farms u kultant xi xogħol fil-biċċeriji tat-tiġieġ jew dik ta’ Għawdex. Ninsab infurmat ukoll li dan l-individwu ma kellux f’idejh iċ-ċertifikazzjoni neċessarja biex ikun reġistrat u liċenzjat bħala veterinarju mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji. Huwa għamel dan ix-xogħol bejn is-26 ta’ Jannar 2011 u l-25 ta’ Jannar 2013.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbdlu d-dwal tal-mini Ta' Triq Reġjonali u dan ħalli jitneħħa l-periklu li jeżisti li meta tkun ħafna xemx u tidħol fil-mina tidħol fi dlam ċappa u jista’ jkun hemm inċidenti gravi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dwal tal-mini ta’ Triq Reġjonali saritilhom manutenzjoni f’Awwissu li għadda. Ix-xogħol kien jinkludi tindif tal-fanali li kienu għadhom f’kundizzjoni tajba, tibdil tal-bozoz kollha kif ukoll tibdil tal-fanali li ma kienux għadhom f’kundizzjoni li jdawwlu l-mini kif meħtieġ.
Servizzi għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 845, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jwaqqaf aġenzija (bħall-Aġenżija Sapport) biex toffri servizzi professjonali għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija Parlamentari numru 845.
Ninsab infurmat li mhux il-ħsieb tal- MJF li jidduplika ħidma diġa eżistenti. Persuni li jbagħtu b’mod ta’din ix-xorta għandhom kull sosten mill-qasam tal-kura kommunitarja u ta’sptar akut skond l-att tal-liġi tas-saħħa mentali.