Jista' l-Ministru jara li bozza li tinsab fi Triq San Piju X, kantuniera ma' Triq San Ġużepp, fiż-Żejtun tiġi rranġata minħabba li dejjem qed tixgħel tard bil-lejl u mhux mal-bozoz l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37372, peress li jien naf li dan l-istat ta' fatt jeżisti, jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-indaġini tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm żewġ coaches barranin, it-tnejn Jugoslavi, li qed jikkowċjaw fil-basketball average ta' siegħa kull wieħed fil-ġimgħa fl-iskola msemmija. Kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet iżda ma kienx hemm tweġiba. Għalhekk kien sar arranġament mill-iskola mal-Malta Basketball Association li qed tipprovdi lil din l-iskola b'dawn is-servizzi limitati ta' żewġ coaches esperti Jugoslavi.
Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37380, peress li minn dak inhar li għamilt il-mistoqsija tiegħi għandi nformazzjoni li l-istudenti in kwestjoni huma ta' l-iskola indipendenti msemmija fil-mistoqsija oriġinali, jista' jara li ma jagħmlux storbju huma u sejrin u ġejjin mill-iskola għall-ħanut tax-xorb partikolari fil-qrib? Jista' jara li l-pulizija tiżgura li wħud minnhom ma jkunux qed ipejpu l-ħaxixa waqt li jkunu barra mill-iskola? Jista' jara li tinżamm sorveljanza stretta mill-pulizija u li kollha, subien u bniet għandhom aktar minn sittax(16)-il sena speċjalment fejn ikun involut xorb alkoħoliku fil-ħanut tax-xorb?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 37377 dwar rapporti ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm ftit każi ta' rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti.
Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ. Kien hemm fejn intalab l-intervent tal-pulizija u ta' l-aġenzija governattiva Sedqa. F'każijiet oħrajn ma kienx hemm il-ħtieġa, speċjalment fejn ma kienx hemm suspetti serji. Biss dejjem ġew segwiti l-proċeduri tal-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".
Wara li ntalbu applikazzjonijiet mingħand supritendenti li xtaqu li jiġu kkunsidrati għall-promozzjoni għar-rank ta' Assistenti Kummissarji fil-korp tal-Pulizija jista' jgħid kemm applikaw? Min huma? Meta kull wieħed minnhom sar supritendent? Meta hu maħsub li jsiru l-interviews?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li l-interviews ser isiru fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jara li tiġi nvestigata l-probelma li bosta residenti li joqogħdu fi Triq is-Silla ġewwa M'Scala u l-inħawi qed iħabbtu wiċċhom magħha u cioe' dik tan-nuqqas fis-saħħa tad-dawl? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli tissaħħaħ il-provvista' tad-dawl?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni li jgħidu li jaqraw ix-xorti jew jagħmlu attivitajiet oħra simili, għandhomx bżonn li jkollhom permess tal-pulizija? Jekk iva, kemm hawn min għandu permess u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Peress illi liċenzji għall-attivitajiet kummerċjali u affarijiet anċillari jew konnessi ma` dawk l-attivitajiet m`għadhomx amministrati mill-Pulizija, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn kemm inġabret VAT minn attivitajiet marbuta ma l-isport? Jista' jagħti breakdown tagħhom skond l-attivita' partikolari?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbur minn attivitajiet sportivi matul dawn l-aħħar sentejn kien Lm135,442. Il-mod li bih jiġi reġistrat fis-sistema tad-Dipartiment id-dħul minn dan il-qasam ma jagħtix dettalji skond l-attivita' sportiva partikolari.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 36111, jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslu l-affarijiet wara l-ħruġ tat-tieni tender? Jekk ġie aġġudikat, jista' jgħid min ingħata x-xogħol u b'kemm? Jista' jagħti wkoll dettalji ta' offerti oħra li ġew mitfugħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36976 ta' l-istess Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid min huwa l-kordinatur tal-proġett Youthnet li l-applikazzjonijiet għalqu fit-12 ta' Lulju 2002? Kemm kien hemm persuni li applikaw u min kienu? Xi kriterji ntużaw sabiex saret l-għażla? Jista' jgħid x'beneficcji u jew ħlas għandha l-persuna magħżula?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġett Youthnet qiegħed jiġi kordinat minn Ms Maria Muscat. Applikaw 4 persuni - Maria Muscat, Steve Ellis, Fiona Pace u Paul A. Falzon. L-avviż biex issir is-sejħa għall-applikazzjonijiet deher fil-gazzetti lokali u l-għażla saret minn Bord maħtur apposta mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
L-applikanti riedu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet:
* ikunu ċittadini ta' Malta
* ikollhom
- degree fil-Youth Studies
- 5 snin esperjenza fix-xogħol fil-qasam taż-żgħażagħ
- esperjenza f'servizzi relatati ma' Internet / Web
Il-persuna magħżula għandha remunerazzjoni ta' Lm3 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 6 siegħat.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37461?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt:-
Hold up
6
Pick Pocketing
59
Snatch & grab
6
Serq minn dgħajjes
6
Serq ta` dgħajjes
-
Serq ta` karozzi
57
Serq minn karozzi
313
Serq minn barijiet/lukandi
69
Serq minn fabbriki
9
Serq minn residenzi
49
Serq minn ħwienet
41
Serq minn xtajtiet
1
Serq ieħor
237
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni li jgħidu li jaqraw ix-xorti jew jagħmlu attivitajiet oħra simili humiex obbligati li jkunu reġistrati mad-dipartiment tal-VAT jew le? Jekk iva, kemm hemm nies li huma reġistrati għal dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jaqraw ix-xorti u jagħmlu attivitajiet oħra simili huma obbligati li jkunu reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.
Fil-fatt, billi m'hemmx heading speċifiku għal dan it-tip ta' attivita' ekonomika, madwar 1700 taxpayer huma klassifikati taħt heading li jiġbor fih taxpayers li l-attivita' tagħhom ma tistax tkun klassifikata taħt heading speċifiku tan-NACE Code. Din il-kategorijsa tinkludi nies li staqsa dwarhom l-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ġew irrapurtati lill-pulizija ta' każi ta' stupru u ta' attentati ta' stupru? F'liema lokalitajiet saru dawn il-każi? Jista' jgħid ukoll jekk ittieħdux passi bil-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa l-aħħar t`Ottubru 2002 kien hemm ħdax-il każ ta` allegazzjonijiet ta` stupru. Għaxar persuni tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet. Erba` każijiet għadhom qed jiġu nvestigati. Kien hemm ukoll żewġ każijiet oħra (barra l-ħdax) fejn il-kwerela ġiet irtirata. Infurmat ukoll illi dawn il-każijiet ġew irrapurtati li seħħew San Ġiljan, Fgura, Raħal Ġdid, Buskett, Birkirkara, Msida, Żurrieq, Isla, Rabat, Qormi u Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jagħti spjega jew raġuni għat-tnaqqis li kien hemm fil-labour supply bejn is-sena 2001 u s-sena 2002?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-Labour Supply tidher li hi dovuta għal diversi skemi ta' irtirar kmieni bħal dik tat-Tarznari, tal-Maltacom u tal-Banek. Għal aktar dettalji nirreferi lil Onorevoli Membru għal paġna 55 ta' l-Economic Survey Jannar - Settembru 2002.
Jista' il-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet minn uffiċjali tad-diviżjoni fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti biex jiġi żgurat li huma attrezzati għal kontra n-nirien u li għandhom apparat apposta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel tal-Knisja għandhom il-fakolta` li jappuntaw Health and Safety Teachers li l-ħlas tagħhom isir mill-Istat. Ma jsirux spezzjonijiet regolari minn uffiċjali tad-Diviżjoni fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Madankollu kull meta jintalbu għajnuna jew pariri minn xi skola (jew skejjel), Uffiċjali tad-Diviżjoni jagħtu l-pariri u l-għajnuna tagħhom.
Night clubs/Discos — Spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet din is-sena minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'night clubs, discos etc. Instabu xi nuqqasijiet? X'passi ttieħdu fejn irriżulta li kien hemm nuqqasijiet?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord ta` Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien f`Lokalitajiet ta` Divertiment skond ir-Regolament 13 tar-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-Żamma ta` Bon Ordni f`lokalitajiet ta` divertiment li għandu rappreżentanza fih id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iltaqa` seba` darbiet fejn wettaq spezzjonijiet f`diversi stabbilimenti ta` divertiment ġewwa Paċeville, Buġibba u San Ġwann.
Nuqqasijiet li nstabu matul dawn l-ispezzjonijiet ġew irrapurtati lill-Pulizija.
Peress li l-liġi ma tippermettix li viti ta' l-ilma f'discos, night clubs etc, jinżammu magħluqa, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet għall-għarrieda biex ikun żgurat li dan qed jiġi osservat? Jekk iva, kemm saru s'issa? Jekk le, għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23181, ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`postijiet ta` divertiment għal kwalunkwe` ksur ta` xi regolamenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37251, jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti f'dawn l-aħħar erba' snin? Meta nħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti? Kemm kien hemm li tefgħu l-offerta? Kemm kienet kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1994 sal-lum ħarġet sejħa waħda għall-offerti f'April 2000. Kienu ntefgħu żewġ offerti li d-dettalji tagħhom huma dawn:
1. Mark Cassar li kien offra roħs ta' 5% fuq il-prezz applikabbli
ta' dak iż-żmein li kien 12.5 ċenteżmu l-litru (jiġifieri 11.8 ċenteżmu),
jekk il-kontijiet jitħallsu fi żmien 60 ġurnata.
2. Falzon Service Station li kien offra diversi prezzijiet:
11.8 ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmein 30 ġurnata
12-il -ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmein 60 ġurnata
12.2 ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmien 90 ġurnata
12.4 ċenteżmu jekk il-ħlasma jkunx sar sa 120 ġurnata.
Il-kuntratt kien ingħata lil Mark Cassar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapurtti lill-pulizija f'Novembru ta' din is-sena? Kemm kien hemm serq, minn djar, minn lukandi, ristoranti etc?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.