Legislature:
Category:
Reset
Active:

Burmarrad — Stima ta' triq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser titlesta t-triq li tagħti minn Burmarrad sa Tarġa Gap? Meta suppost li kient ippjanata li tkun lesta? Kemm intefaq s'issa fuq din it-triq? Kemm kienet l-istima sabiex titlesta din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Fir-rigward ta' partijiet minn din il-mistoqsija m'għandi xejn xi nżid fuq ir-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 36507 u 38061. S'issa fit-triq hu stmat li sar xogħol li jammonta għal Lm1,196,000 li minnhom s'issa tħallsu Lm897,000.

Naxxar — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tkun lesta t-triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar speċjalment dil il-parti magħrufa bħala t-Telgħa t'Alla u Ommu? Meta kienet ippjanata li kella tkun lesta? Kemm intefaq s'issa globalment? Kemm tħallas s'issa u kemm kienet l-istima oriġinali sabiex it-triq tkun lesta minn kollox?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-parti tal-proġett tat-triq li mis-Salina tagħti għan-Naxxar li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi ppjanata li titlesta fil-ġimgħat li ġejjin wara li titneħħa s-sistema tat-traffiku tal-one way fit-telgħa ta' Tarġa Gap. S'issa l-kuntrattur tħallas Lm847,000 għax-xogħol f'dan il-proġett. Fir-rigward tax-xogħlijiet li tlestew, dawn huma stmati li jammontaw għal Lm1,130,000. Il-proġett kollu hu stmat li ha jiswa Lm1,690,000.

Kuntratturi — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li qed jaħdmu jew li ħadmu fuq: It-Triq li minn Burmarrad tagħti għal Tarġa Gap? It-Triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar? Jista' jgħid kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa u kemm għad fadallu jieħu kull wieħed? Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull biċċa xogħol? X'inhu ix-xogħol li għamel kull wieħed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 35050 u 36505.

Kuntratturi — Penali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-każ tat-triq li tagħti minn Burmarrad għal Tarġa Gap u dik li tagħti mis-Salina għan-Naxxar, separatament kemm, jekk kien hemm, kuntratturi li twaħħlu xi penali minħabba xogħol ħażin, jew li ma sarx fil-ħin etc? Kemm kienet kull penali? Min kien il-kuntrattur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-każ in kwestjoni fejn kien hemm xi xogħol ħażin dan inqala u sar a spejjeż tal-kuntrattur.
Leg 9 PQ #38348 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sustanzi abbużati — Pulizija u Sedqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37864, jista' il-Ministru jgħid eżattament kemm kienu l-każi? X'kienu l-etajiet f'kull każ? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu s-sustanzi li ġew abbużati u dan dejjem fejn daħlet il-pulizija u s-Sedqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm tmien studenti bniet u tmien subien li dwarhom kien hemm rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti. L-etajiet varja bejn 13 u 15 il-sena u s-suspett kien dwar ħaxixa jew ecstasy. Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ u skond il-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".

Kottonerea — Kumpless sportiv

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fis-sit fejn qed jinbena l-kumpless sportiv tal-Kottonera, minħabba li jidher li l-kuntrattur li qed iħaddmu numru sostanzjali ta' ħaddiema barranin? Jista' jgħid meta saru dawn l-ispezzjonijiet? Jista' jgħid ukoll jekk instabux ħaddiema barranin u jekk iva jista' jgħid jekk kellhomx permess tax-xogħol jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru, li s-sit imsemmi ġie spezzjonat diversi drabi matul is-snin 2001 u 2002. F'każ minnhom, fit-13 ta' Novembru, instabu ħaddiema barranin u dawn ġew mgħoddija lill-pulizija biex jiġu pproċessati skond il-liġi, iżda fil-każi l-oħra ma nstab ħadd li kien qed jaħdem b'mod irregolari.
Leg 9 PQ #38337 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju 2003? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? Jista' jgħid kemm minnhom huma minn skejjel tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba l-fatt li għadhom deħlin l-applikazzjonijiet tal-'Very Late Applications' tal-Matsec Certificate u s-Single Subjects, għadu kmieni wisq biex tinġabar u tingħata informazzjoni eżatta għal din il-Mistoqsija. It-tagħrif mitlub jingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #38338 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC — Tip ta' Karta magħżula

Question

Jista' il-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm-il student ser joqħodu għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju? Jista' jagħti breakdown ta' kemm għażlu Paper A u Paper B f'kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337
Leg 9 PQ #38339 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex joqgħodu għall-eżamijiet tal-MATSEC ta' din is-sena? Kemm hemm fil-livell avanzat u kemm fl-intermediate? Kemm hemm subien u bniet? Jista' jelenka kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38340 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm joqgħodu studenti għal kull suġġett fil-livell avvanzat u dak intermediate?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38341 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC — Eżenzjoni mil-ħlas

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li talbu eżenzjoni mill-ħlas għall-eżamijiet tas-SEC ta' din is-sena? X'kienu r-raġunijiet? Kemm kien hemm li applikaw għall-istess għan minn dwk li ser jagħmlu l-eżamijiet fil-livell avvanzat u dak intermediate?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38342 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet SEC u MATSEC — Ħlas totali li sar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-ħlas totali li sar mill-istudenti li ser joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC u MATSEC din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Leg 9 PQ #38285 Sitting 859 2003-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Żgħażagħ — Discos

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex legali li persuna li għadha ma għalqitx is-sittax (16)-il sena titħalla torganizza discos fejn jiġi servut u / jew jinbiegħ xorb alkoħoliku? Il-pulizija kellha xi rapporti li żgħażagħ taħt l-eta’ organizzaw dan it-tip ta’ avveniment f’ dawn l-aħħar tlett xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Pulizija, ma għandiex tingħata liċenzja maħruġa mill-Pulizija lil dawk in-nies li ma jkunux laħqu l-eta` ta` tmintax-il sena. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar tlett xhur il-Pulizija kellha rapport wieħed, li sar reċentement, dwar disco organizzat minn żagħżagħ taħt is-sittax-il sena, liema rapport qed ikun investigat.
Leg 9 PQ #38286 Sitting 859 2003-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Magni tal-logħob illegali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kein hemm magni tal-logħob illegali li nstabu mill-pulizija fl-2002? F’liema nħawi nstabu? Jista’ il-Ministru jgħid kontra kemm-il persuna ttieħdu passi fil-qorti? Kien hemm min kien riċediv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002, il-Pulizija qabdet 27 kaxxa tal-logħob illegali fil-lokalitajiet ta` San Ġiljan, San Ġwann, Buġibba, il-Belt, M`Xlokk, Ħaż Żabbar u M`Scala. Ninsab infurmat ukoll illi 15-il persuna tressqu l-Qorti dwar dawn l-abbużi.

Għalliema — Institute of English Language Studies

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx numru ta’ għalliema fosthom ma l Institute of English Language Studies f’tas-Sliema li qegħdin fuq kuntratt defenit u dawn ilhom hekk għal aktar minn ħmistax il-sena? Għalkemm il-kuntratt ma jiġix iffirmat kull sena huwa mifhum li jiġi mġedded. Taħseb li dan huwa sewwa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Riċentement bis-saħħa tal-liġi ġdida dwar il-kundizzjonijiet tal-impieg, ħarġu regolamenti ġodda li jirregolaw impiegi fuq kuntratt għal terminu ta' żmien fiss. Il-provvedimenti ta' dawn ir-regolamenti jiġu nfurzati mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg. Il-persuni konċernati għandhom jieħdu parir legali u/jew javviċinaw lid-dipartiment.

Tas-Sliema — Għalliema

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għalliema fulltime fl-Institute of English Studies ta’ Triq Mattew Pulis f’ Tas-Sliema, li qed jiġu mpjegati regolarment fuq kuntratt defenit minn sena għal sena, u dan għal aktar minn ħmistax-il sena huwiex skond il-liġi? Xi protezzjoni għandhom dawn minn tkeċċija bla raġuni meta jintemm il-kuntratt kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 38298 f'din l-istess Seduta.

Liġi tal-impjiegi — Tnaqqis if-sigħat tax-xogħol

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jara li, wara d-dħul fil-liġi tal-impjiegi fejn jidħol il-part time ma jibdewx isiru tnaqqis fis-sigħat biex b’hekk jiġi evitat li jitħallsu bonus, leave u benefiċċji oħra pro rata? X’passi ttieħdu s’issa sabiex jieqaf dan l-abbuż minn xi wħud? Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jiġi dikjarat li kull min jieqaf jaħdem għall ħmistax-il siegħa meta ħarġet din l-emenda fil-liġi ma jistax jitlef il-benefiċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sakemm il-bdil fil-kundizzjonijiet ta' l-impieg isiru skond ma tippermetti l-liġi, dan ma jistgħax jiġi miżmum li jsir. F'dawk il-każijiet fejn ikun allegat li sar xi ksur tal-liġi, d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg jibgħat spetturi jinvestigaw u, fejn ikun hemm bżonn, jittieħdu l-passi kollha neċessarji skond il-liġi.
Leg 9 PQ #38232 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Servizz tat-Telecare

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 38008 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kumpannija Maltacom mhux qed tagħti aktar is-servizz tat-telecare lil applikanti l-ġodda? Jista' jgħid xi problema hemm mal-gvern jew aħjar mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali li huma responsabbli li jħaddmu dan is-serivzz? Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont miftiehem u jekk l-upgrading neċessarju hux qed isir ħalli applikanti ġodda jingħataw dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-abbonati tas-servizz tat-Telecare ilaħħqu 8,401 waqt li hemm 301 applikant ġdid. Fil-preżent il-Maltacom qed tiddiskuti l-possibilta' li żżid in-numru ta' abbonati minn massimu ta' 8,500 għal 9,000. Fil-fatt diġa' daret ordni għal 250 telefon tat-Telecare li mistennija jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #38280 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu tal-faċilitajiet sportivi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37995 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat li l-faċilitajiet sportivi tagħhom jintużaw minn għaqdiet wara l-ħin tal-iskola? Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet? Isir xi ħlas? Jekk iva, kemm f' kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38281 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-isport — Tagħmir sportiv

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlametnari numru 37996 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm intefaq mid-Dipartiment ta' l-Isport f'tagħmir sportiv li jinkludi wkoll footballs, blalen għall-volleyball, basketbell, etc għall-iskejjel ta' l-istat għall-użu ta' l-istudenti u dan fis-sena finanzjarja li għaddiet? Jista' jgħid liema skejjel ingħataw tagħmir? Kemm huwa maħsub li ser jintefqu fuq affarijiet simili fis-simili fis sena finanzjarja li qegħdin fiha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Isport ma jqassamx tagħmir sportiv lill-iskejjel għall-użu ta' l-istudenti. Kien hemm okkażjonijiet fejn kumpaniji privati għamlu donazzjonijiet ta' tagħmir sportiv fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari. Kien hemm xi okkażjonijiet bħal fil-każ tax-xogħol għal wiċċ sintetiku fil-ground sportiv tal-Junior Lyceum Margaret Mortimer li t-tender kienet tinkludi xi tagħmir sportiv. Kull skola tingħata flus mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex taqdi l-ħtiġijiet tagħha. Huwa mbagħad għall-amministrazzjoni ta' l-iskola biex tqassam dawn il-flus skond il-ħtiġijiet partikolari tagħha. fil-firxa kollha tal-kurrikulu.