Jista' l-Ministru jghid jekk sarx xi survey fost it-tfal li bħalissa qegħdin l-iskola biex wieħed jara kemm hemm minnhom li jbatu bid-dislessja? Jekk iva, kemm huwa kkalkulat li hemm minn dawn it-tfal? Jista' jgħid x'għajnuna toffri d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni lil dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar it-tipjip fl-iskejjel tagħna? Hemm ħsieb li t-tipjip jiġi pprojbit għal kollox mill-iskejjel biex kulħadd, għalliema u studenti ma jkunux suġġetti għal tipjip passiv?
Response (GALEA, LOUIS)
Żgur li fl-iskejjel it-tfal ma jistgħux ipejpu. Il-ħaddiema lanqas ma jistgħu ipejpu fil-common areas u fil-klassijiet. F'kull skola hemm smoking room għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kull wieħed għal min hu maħsub? Min jieħu ħsieb li jgħallem f'kull kors u fejn qed isiru? Kemm qed jattendu fil-preżent għal kull kors li l-ETC qed torganizza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qed toffri madwar 75 programm ta' taħriġ. Dawn il-programmi huma maħsuba għal persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll għal dawk li jaħdmu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-programmi huma amministrati minn persuni fi ħdan id-Diviżjoni ta' Taħriġ ta' l-istess Korporazzjoni u jiġu organizzati fiċ-ċentri ta' taħriġ tal-Korporazzjoni f'Ħal Far, il-Belt Valletta, Blata l-Bajda, Għawdex u kif ukoll minn diversi entitajiet edukattivi u ta' taħriġ madwar Malta. It-taħriġ isir minn nies esperti fil-qasam, li ġew mogħtija taħriġ kif jgħallmu l-adulti. Lista tal-korsijiet b'dettalji qed tiġi mehmuża ma' din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet ta’ l-għeluq ta' postijiet ta' divertiment bħalma huma discos, eċċ? Jista' jara li fejn tindaqq il-mużika fil-miftuħ din ma tibqax tindaqq sas-sigħat bikrin kif qed isir fil-weekend f'post f'Ta' Qali u li qed idejjaq lir-residenti ta’ l-inħawi inklużi dawk ta' H’Attard?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħinijiet ta` l-għeluq ta` postijiet ta` divertiment huma regolati bil-Leġislazzjoni Sussidjarja 10.40 dwar bon ordni f`lokalitajiet ta` divertiment.
Tajt direttiva lill-Pulizija biex dawn ir-regolamenti jiġu applikati b`iktar reqqa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar survey mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni fost l-istudenti kollha ta' Malta biex jiġi stabbilit kemm minnhom jixorbu xorb alkoħoliku b' mod regolari? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji? Jekk fin-negattiv, jista' jara li dan isir fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid jekk jeżistix xi survey reċenti mis-SEDQA li juri kemm hija kbira l-problema ta’ l-alkohol fost iż-żgħażagħ? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’Jannar ta’ 2003 sar survey fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex fost ¿gha¿agh ta’ 15 u 16-il sena, li fih jaghti ndikazzjoni tal-problema ta’ l-alkohol fost i¿-¿gha¿agh. Dan is-survey ghadu qed jigi pprocessat u dettalji tieghu ikunu maghrufa aktar il-quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2003 sa l-20 ta' Ġunju, xahar b' xahar, kemm ingħataw siringi miċ-ċentri tas-saħħa u mill-isptarijiet? Jista' jagħti l-figuri għal kull post separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga mill-1 ta' Jannar sa l-20 ta' Ġunju huma dawn:
Floriana
Qormi
Gż
ira
Paola
Bormla
Mosta
Rabat
TOTAL
Jannar
2875
1500
3750
6000
1300
1227
832
17484
Frar
2794
700
3700
5600
1300
841
687
15622
Marzu
3523
1300
3715
5800
1400
899
684
17321
April
4698
1813
4290
5500
1000
1045
702
19048
Mejju
3905
1510
2987
6600
1400
1256
371
18029
Ġ
unju (mill -1 sa l-20)
2390
616
1955
4300
1512
984
352
12109
TOTAL
20185
7439
20397
33800
7912
6252
3628
99613
Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid din is-sena s'issa x'kien in-numru ta' persuni li talbu li jingħataw għajnuna miċ-Ċentru Detox fl-Isptar San Luqa? Kemm kienu rġiel u nisa? Kemm kienu li talbu għajnuna għall-ewwel darba? Minn dawn ta’ l-aħħar kemm kienu taħt il-21 sena? Kemm minnhom kienu barranin? Ta' liema nazzjonalita`?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu bejn Jannar u Mejju 2003, in-numru ta’ persuni li talbu l-ghajnuna tac-Centru tad-Detox minhabba abbu¿ ta’ droga kien ta’ 806. Minn dawn, 107 kienu nisa u 699 kienu rgiel.
In-numru ta’ dawk li talbu l-ghajnuna ghall-ewwel darba kien jammonta ghal 45 li minnhom, 11 kienu taht il- 21 sena u persuna minnhom kienet barranija ta’ nazzjonalita’ ingli¿a.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fix-xhur tas-sajf minħabba l-influss akbar ta' turisti jiżdiedx in-numru ta' barranin li jitolbu għajnuna minħabba abbuż mid-droga? Qabel ma jingħataw medikazzjoni jsirilhom xi test mediku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minhabba l-ammont kbir ta’ turisti li j¿uru pajji¿na fis-sajf, in-numru ta’ barranin li jitolbu ghajnuna minhabba abbu¿ mid-droga ji¿died xi ftit.
Il-procedura hija li dawk il-barranin biss li jkollhom preskrizzjoni mit-tabib personali tal-pajji¿ taghhom jinghataw l-ghajnuna.
F’ka¿i ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ Ingli¿a, minhabba l-ftehim bilaterali li je¿isti bejn i¿-¿ewg pajji¿i, il-proceduri applikabbli ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghall-Ingli¿i.
Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet qed twettaq il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll ix-xogħol u l-ħidma li qed iwettaq kif ġew mogħtija lilu? Kemm qed jitħallas ta' kull xogħol li qed iwettaq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jirrigwarda 'l dan il-Ministeru, il-persuna ndikata kienet ikkommissjonata mit-Teatru Manoel biex iwettaq xogħol ta' restawr fit-teatru. Din il-kummissjoni ngħatat wara li ttieħdu pariri tekniċi u wara li membri tal-Bord spezzjonaw xogħol esegwit f'postijiet oħra.
Il-kuntratt ingħata minn flus miġbura minn diversi entitajiet privati u għalhekk mhuwiex etiku li niżvela dettalji ta' natura kummerċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw biex jidħlu fil-Forzi Armati Maltin fis-sejħiet li saru f'dawn il-jiem?
Min liema belt/raħal ġej kull applikant?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dan l-aħħar saru żewġ sejħiet għal ingaġġ fil-Forzi Armati.
Ninsab infurmat li 455 applikaw biex iservu fil-Forza Regulari, fis-“C (Special Duties) Company” tal-Forzi Armati, skond is-sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 17421.
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-parti tal-mistoqsija tiegħu dwar bliet u rħula ta’ dawn l-applikanti lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li applikaw biex jidħlu fil-Forzi Armati bħala suldati apprentisti fis-sengħa jew bandisti skond is-sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern numru 17423 kienu 35. Bliet u rħula l-applikanti huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw biex jidħlu bħala Officer Cadets fil-Forzi Armati li s-sejħa għal dan għalqet nhar is-Sibt li għadda? Kemm minnhom huma diġa` membri fil-Forzi Armati? Min liema belt/raħal huma dawk li applikaw minn barra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li n-numru ta’ applikanti kien wieħed u tletin (31). Peress li il-formoli ta’ l-applikazzjoni ġew milqugħa mid-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi t-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
B’riferenza għall-mistoqsija numru 473, jista' jgħid x'jiġri meta persuna tirrifjuta li tieħu t-test tal-breathalyser? Xi jfisser meta l-Ministru jgħid li t-test ma jkunx komplut? Xi tkun ir-raġuni? X'passi jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċedura segwita mill-Pulizija fit-testijiet tan-nifs hija dik stipulata fl-artikoli 15 tar-Regolament tat-Traffiku (Kap. 65). Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun kif maħsub taħt dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta` reat u għaldaqstant jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti kontra tagħha. Infurmat ukoll illi t-test ma jkunx komplut jekk dak il-kampjun ma jingħatax b`dak il-mod u f`dik il-kwantita` li tkun tista` tiġi analizzata kif imiss.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Lulju 2002 sal-15 ta' Gunju 2003, kienx hemm xi impjegat/a tal-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin li nqabad b'xi droga jew li daħħal xi affarijiet li mhux suppost fil-Faċilita`? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Lulju 2002 sal-15 ta` Ġunju 2003 ma kien hemm l-ebda uffiċjal/uffiċjala tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin li nqabad/inqabdet b`xi droga jew iddaħħal xi affarijiet li mhux suppost ġewwa l-Faċilita`.
Kunsill Malti għall-isport — Attivitajiet sportivi
Question
B’referenza għall-mistoqsija numru 466 li saret lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur li jirrappreżentah fuq il-Kunsill Malti għall-Isport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'ħidma wettaq fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport u xi pjanijiet hemm sabiex l-isport u l-attivita` sportiva jsiru aktar popolari? Fl-aħħarnett jista' jgħid fil-qosor x'ġie organizzat fis-sena skolastika li għaddiet f'dan is-sens?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija fejn intqal li skart tal-bini se jintrema f'barrieri mhux użati, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet mal-MEPA dwar dan? Jekk iva, jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar dan u jekk hemmx bżonn li jkun hemm permess ukoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm taħdidiet fit-tul, kemm ma' dak li kien id-Dipartiment ta' l-Ambjent kif ukoll mal-MEPA u ġew diskussi l-perpessi meħtieġa.
Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fl-affermattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid x’raġuni tat l-Enemalta għall-qtugħ fis-servizz tad-dawl il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju 2003 għall-ħabta tad-9.00 p.m.? X’ħin waslu fuq il-post il-ħaddiema ta’ l-istess korporazzjoni sabiex jaraw jekk tistax tissewwa l-ħsara? X’ħin eventwalment ġiet lura għan-normal is-sitwazzjoni fis-servizz tad-dawl?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm ikun hemm persuni stand-by għall-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu wara l-ħin normali tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għall-Mistoqsija, ta' l-Onorevoli Interpellant wieħed jassumi li din qed tirreferi għall-interruzjoni f'partijiet miż-Żejtun. Għaldaqstant rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru.850.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li jkunu Stand By jikkonsistu f'żewġ gruppi ta' tlieta min-nies. Barra minn dawn jkun hemm ukoll żewġ Technical Officers, Engineer u Senior Engineer fuq sistema ta' On Call.
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-Ministeru u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Name & Surname Position
Charlo' Bonnici Head of Secretariat
Pierre Cauchi Private Secretary
Alexander Bugeja Assistant Private Secretary
Claude Sciberras Communications Co-Ordinator
Jude Thaddeus Kenely Office Co-Ordinator
Margaret Abdilla Secretariat Officer
Maria Louise Aquilina Secretariat Officer
Euchar Camilleri Secretariat Officer
Maria Verin Secretariat Officer
Annabelle Vassallo Secretariat Officer
Christopher Grech Secretariat Pool
Stefan Cordina Secretariat Pool
Grace Buttigieg Secretariat Pool
Rocco Zahra Secretariat Pool
Daniel Farrugia Secretariat
Paul Grech Secretariat Messenger
Joseph Vassallo Secretariat Messenger
Joseph Catania Secretariat Messenger
Brian Camilleri Minister's Driver/Security
Mario Pace Minister's Driver/Security
Jista’ l-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-Ministeru u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-persuni li qiegħdin jaħdmu fil-Ministeru u li l-kariga tagħhom ġiet konfermata huma dawn li ġejjin :-
Is-Sur Victor Battistino, Assistent Personali
Is-Sn. Rose Curmi, Segretarja Privata
Is-Sur John Camilleri, Secretariat Officer
Is-Sn. Monica Mizzi, Secretariat Officer
Is-Sur Simon Cilia, Secretariat Pool
Is-Sn. Mary Muscat, Secretariat Pool
Is-Sur Alex Formosa, Personal Driver/Security
Is-Sur Sandro Caruana, Personal Driver/Security
Sant'Antnin — Ħsara kawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ħsara li ġiet ikkawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, kif stqarr il-kunsill lokali taż-Żejtun fi stqarrija li ħareġ fl-20 ta' Ġunju, 2003? Min se jħallas sabiex tissewwa l-ħsara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati konċernati mhumiex dawk ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin iżda l-impjegati tad-Dipartiment tad-Dranaġġ. Sant'Antnin jitmexxa minn kuntrattur privat.
L-imsemmija ħsara li saret ma hi ħsara xejn, u fil-fatt il-wiċċ tat-triq kellu bil-fors jinqala' biex titkompla t-tiswija fuq main ta' l-ilma li jipprovdi l-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad bl-ilma għat-tisqija.
Il-ħsara fuq dan il-main saret minn kuntrattur li kien qiegħed jagħti t-tarmac f'isem il-Kunsill Lokali taż-Żejtun fi Triq id-Daħla ta' San Tumas.
Il-ħsara li saret kienet tikkonsisti f'tiċrita f'dan il-main (treated water) ta' l-ilma.
Għall-ewwel, kien maħsub li l-ħsara setgħet tiġi rranġata permezz ta' pipe repair clamp. Iżda peress li l-ħsara kienet viċin wisq ta' socket, din it-tiswija ma kienitx biżżejjed u għalhekk inħass il-bżonn li l-pajp jiġi rranġat b'mod permanenti billi tinqata' parti mill-pajp u tinbidel.
Sakemm sar ix-xogħol meħtieġ fil-workshop tat-Dipartiment tad-Dranaġġ biex jinqata' dan il-pajp u jinbidel, il-kuntrattur inkarigat mix-xogħlijiet f'din it-triq qabad u għatta din il-biċċa pajp u ta t-tarmac.
Fl-ebda ħin id-Dipartiment tad-Dranaġġ ma awtoriżża jew ta x'wieħed jifhem li x-xogħol tat-tiswija kien lest. Bħalma kien is-Sindku stess li nforma lid-Dipartiment bil-ħsara li kienet saret, dan seta' bl-istess mod jiċċekja jekk ix-xogħol kienx lest.
Skond il-permess li ġie maħruġ biex isiru x-xogħlijiet, ma jidhirx li ntalab permess biex jitbaxxa l-livell tat-triq. Id-Dipartiment tad-Dranaġġ osserva li ż-żona fejn saret il-ħsara, il-livell tat-triq tbaxxa bi kważi pied. B'konsegwenza ta' dan, issa dan il-main tal-ilma qiegħed biss ftit ċentimetri taħt il-livell tat-triq, b'riskju kbir li jerġa' jitkisser bit-toqol tal-vetturi li jgħaddu minn fuqu.
Naturalment il-ħsara jrid jagħmel tajjeb għaliha minn huwa responsabbli ta' dak li ġara, cioe min għamel il-ħsara iżda żgur mhux id-Dipartiment tad-Dranaġġ.