Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk ir-residenti f'Marsaskala li għandhom problema ta' housing u li rreġistraw il-każ tagħhom ma' l-awtoritajiet responsabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment ghall-Akkommodazzjoni Socjali ghandu 40 applikazzjoni pendenti minn residenti f’Marsaskala.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 791 u cioe' jista' jgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex l-instructors jiġu ħaġa waħda ma' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll kemm hemm instructors u fejn qed iwettqu l-ħidma tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li d-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett għadhom fi stadju preliminari. Jifdal ukoll diskussjonijiet ta' natura trejdunjonistika.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-faċilitajiet sportivi li huma pubbliċi fil-lokalita' ta' Marsascala? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex jara li din il-lokalita' ikollha faċilitajiet sportivi pubbliċi li tant huma meħtieġa għar-rikreazzjoni u l-użu tar-residenti ta' l-istess lokalita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li ġewwa Marsascala jeżistu pixxina (dik li darba kienet il-pixxina nazzjonali), club house mal-pitch tal-waterpolo li hemm fil-baħar u klabb tal-boċċi mgħammra bi club house. Teżisti wkoll shooting range biswit ir-Razzett tal-Ħbiberija. Infurmat ukoll li fl-iskola primarja tal-lokal hemm pitch tal-football.
Ir-responsabbilta' ta' l-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi mhux tal-Ministru responsabbli mill-isports biss. Kunsilli Lokali f'ħafna lokalitajiet qegħdin jinvestu direttament jew bi sħab f'faċilitajiet sportivi.
Il-kunċett ta' kumplessi reġjonali qiegħed ikun attwat għax mhux possibbli u lanqas ekonomikament vijabbli li jkun hemm ċerti faċilitajiet f'kull raħal jew belt.
Meta jkun hemm proposti serji ġejjin minn għaqdiet jew kunsilli lokali, l-Kunsill Malti għall-Isport jidħol għal parti mill-ispiża ta' żvilupp jew titjib.
Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jieħu l-kunsill Malti għall-isport fil-kontest ta' sports for all u fejn qed isiru dawn l-istess inizjattivi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li s-sena li għaddiet saru numru konsiderevoli ta' laqgħat mal-Kunsilli Lokali li wrew interess fl-iskema ta' Sport għal Kulħadd. Fost dawn, seba' w għoxrin kunsill (27) lokali mlew il-kwestjonarju li ntbagħat wara l-laqgħat. Dan in-numru jirrapreżenta aktar minn ħamsa u sebgħin (75) fil-mija ta' dawk li ntbagħtilhom il-kwestjonarju. Dawn il-lokaltijiet kienu : Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Dingli, Fgura, Għargħur, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kirkop, Marsa, Marsaxlokk, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Pembroke, Pieta', San Ġwann, Santa Luċija, Tarxien, Ta' Xbiex, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq.
Dawn il-laqgħat kienu riżultat ta' inizjattiva li ħa l-Kunsill Malti għall-Isport meta ħatar uffiċjal fit-taqsima ta' Sport Development. Din it-taqsima ħolqot programm permess ta' tlettax (13) il-Sport Leader, li għandhom kwalifiki għolja f'diversi dixxiplini, biex jagħtu appoġġ sħiħ lill-Kunsill Lokali biex jimtela' l-vojt ta' nuqqas ta' sport fil-lokalitajiet.
Kull Sport Leader ingħata responsabbilta' a' żewġ jew tlett kunsilli lokali bl-inkarigu li jħejju programm sħiħ ta' attivitajiet sportivi f'kull lokal. Fost id-dixxiplini sportivi li se jkunu organizzati hemm l-aerobics, fitness, ċikliżmu, għawm, mixjiet fil-kampanja, basketball, handball, volleyball, u netball. Se jkunu organizzati wkoll taħdidiet fuq temi sportivi bħal nutrition, sport injuries eċċ.
Fost l-attivitajiet li diġa kienu programmati mall-Kunsilli Lokali u li diġa saru, kien hemm il-Beach Volley Tournament li sar fil-Ġnejna nhar il-Ħadd, 7 ta' Ġunju mal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr. Festa Sportiva nhar is-Sibt, 15 ta' Ġunju flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt. Hemm ukoll programmat Beach Sports Festival għall-1 ta' Settembru organizzat flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia.
Attivitajiet oħra għal matul ix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa huma programmati ma' Kunsilli Lokali oħra.
Ingħata bidu, wkoll, għal programm pilota ma' l-Universita' ta' Malta għal Sport għal Kulħadd fuq il-post tax-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta' li jingħata wiċċ ġdid lill-ground ta' l-iskola primarja Sant'Anna ġewwa Marsascala u li tiġi nstallata sistema bażika ta' dwal sabiex dan il-post ikun jista' jiġi wżat anke wara l-ħin tax-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ir-responsabbilta' biex jiġi rranġat u upgraded il-playground ta' din l-iskola hija tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Naturalment, dan l-upgrading isir l-ewwel biex taqdi l-bżonnijiet ta' din l-iskola, li hija skola primarja. Ma hemmx ħsieb f'dan l-istadju biex jiġu stallati floodlights.
Jista' il-Ministru jagħti lista sħiħa tar-riservi naturali fil-gżejjer Maltin? Jista' jindika liema għaqda ambjentali ġiet fdata bir-responsabbilta' ta' tmexxija f'kull każ? Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li għandu ma' l-għaqdiet ambjentali f'kull każ? Jista' jgħid x'kontribuzzjoni qed issir minn fondi pubbliċi f'kull każ? Jista' jagħti lista sħiħa tas-siti ambjentali fil-gżejjer Maltin li huma protetti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ir- riservi naturali huma Filfla (Att XV of 1988), Selmunett (A. L. 25 ta' 1993) u il-Ġebla tal-Ġeneral (A. L. 22 ta' 1992), kif ukoll dawk imsemmijin fl-iskeda IV ta' A. L. 12 ta' 2001, jigifieri:
Wied il-Miżieb u l-Wied tax-Xaqrani (limits of Mellieha)
Il-Wied ta’ l-Imġiebah (limits of Mellieha)
Il-Ballut (at Wardija, limits of St Paul’s Bay)
Parti minn Wied ir-Rum (limits of Dingli)
Wied Hażrun (limits of Dingli)
Ta’ Baldu (limits of Dingli)
Ġnien il-Kbir (limits of Rabat and Siggiewi)
Il-Buskett (limits of Rabat, Siggiewi and Dingli)
Wied il-Girgenti (limits of Siggiewi)
Il-Wied ta’ l-Imtaħleb and Wied Markozz (at Mtahleb, limits of Rabat)
Wied il-Hut (at Mtahleb, limits of Rabat)
Wied Gerżuma and Wied il- Bahrija (limits of Bahrija)
Il-Maqluba (limits of Qrendi)
Wied il- Baruni (limits of Marsaskala)
Wied Żembaq (limits of Birzebbuga)
Wied Moqbol (limits of Zurrieq)
L-inħawi bejn il-Wied ta’ l- Arkata u Ta’ Sparati (at Bidnija, limits of Mosta / St.
Paul’s Bay)
Parti minn Wied il- Ghasel (limits of Mosta)
Wied Għollieqa (limits of San Gwann)
Wied Qirda (limits of Zebbug)
Wied Bloq (limits of Zebbug / Hal-Qormi)
Wied Anġlu (limits of Gharghur / Naxxar)
L-inħawi ta’ San Pawl tat-Targa (limits of Naxxar / Gharghur)
Ta’ Lambert (limits of Xewkija)
L-inħawi bejn Għajn Damma u Pergla (limits of Xaghra)
Wied San Blas and Wied Binġemma (limits of Nadur)
Il-Qawra (part of Dwejra, limits of San Lawrenz)
L-inħawi ta’ l-Hazina (Kemmuna)
Il-Qala ta’ Santa Marija (Kemmuna)
L-unika Riserva Naturali li ġiet fdata bir-responsabbilta ta’ tmexxija hija ta' Wied Għollieqa. It-tmexxija ġiet fdata lin-Nature Trust (Malta). Mhu qed issir l-ebda kontribuzzjoni minn fondi pubblici. Qed nehmeż kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat fil-5 Ġunju 2003.
Il-lista mehmuza tagħti lista tas-siti ambjentali kollha li huma mħarsa permezz ta' numru ta' liġijiet, fosthom (imma mhux biss) dawk imħarsa permezz ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent u l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-problema ta' aċċess minn dawk interessati għal siti arkeoloġiċi (bħal dolmens, eċċ) li filwaqt li dawn huma wirt nazzjonali jinsabu fuq proprjeta' privata u l-aċċess għalihom hija projbita mis-sidien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fortunatament jew sfortunatament il-wirt arkeoloġiku rikk li għandna jinsab mifrux mal-gżejjer Maltin kollha.
Fil-każ tal-monumenti l-aktar importanti, matul daw l-aħħar mija w għoxrin sena amministrazzjonijiet suċċessivi ħadu miżuri sabiex dawn isiru propjeta' pubblika, u b'hekk ikunu imħarsa aħjar għall-ġejjieni, u l-aċċess għalihom ikun garantit.
Kif qal tajjeb l-Onor. Interpellant kultant iqumu każi meta siti arkeoloġiċi li jinsabu fi propjeta' privata ma' jkunux jistgħu jintlaħqu mill-pubbliku. F'każijiet bħal dawn, l-entijiet responsabbli għall-ħarsien tal-wirt kulturali dejjem fittxew li jkun hemm kollaborazzjoni mas-sidien, sabiex flimkien inħarsu din il-parti tal-wirt tagħna. Meta sidien ikunu jenħtieġu parir dwar x'għandhom jagħmlu sabiex iħarsu dan il-wirt, jistgħu dejjem jirrikorru għand dawn l-entijiet. F'każi fejn ikun hemm abbuż u jkun hemm il-periklu li ssir xi ħsara lil din il-propjeta', il-liġi ta' l-iżvilupp kif ukoll il-liġi ġdida għall-Patrimonju Kulturali jipprovdu l-mezzi sabiex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli.
Rigward il-problema ta' l-aċċess, wieħed irid jifhem li fi propjeta' privata, wieħed irid jirrispetta l-jeddijiet tas-sidien li jgawdu l-privatezza tal-propjeta' tagħhom mingħajr indħil li mhuwiex xieraq. Naturalment, fejn hu possibli li jintlaħaq ftehim mas-sidien sabiex dawn jippermettu aċċess għall-kommunita' f'ċerti okkażjonijiet, l-entijiet responsabbli jagħmlu ħilithom sabiex dan iseħħ. Jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b'xi każijiet speċifiċi fejn jixtieq li dan isir, nitolbu jiġbed l-attenzjoni għall-każ speċifiku sabiex ikun segwit mill-entijiet responsabbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji b'ġenitur wieħed li huma residenti f'Marsaskala u kemm minn dawn il-familji qed jirċievu għajnuna soċjali? Kemm hu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa residenti f'Marsaskala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fl-ahhar parti tal-Mistoqsija, jigifieri n-numru ta’ familji b’genitur wiehed jew ta’ ommijiet mhux mi¿¿ewga residenti f’xi lokalita’ partikolari.
Ninsab infurmat li n-numru ta’ genituri wehedhom (single parents), residenti f’Marsaskala, li jircievu l-ghajnuna socjali hu ta’ 89.
Wied il-Għajn — Persuni li qed jiskontaw sentenza fil-CCF
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuni residenti f'Marsaskala qed tiskonta sentenza fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? kemm-il persuna residenti f'Marsaskala qed tinżamm arrestata fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm-il persuna residenti f'Marsaskala tressqet jew qed tistenna li titressaq il-qorti mill-1995 'il hawn fuq pussess u/jew traffikar ta' drogi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, preżentament hemm ħames priġunieri li meta ġew irreġistrati iddikjaraw li huma residenti f`Marsascala.
Minn dawn, wieħed qed jiskonta sentenza, filwaqt li l-erbgħa l-oħra qegħdin taħt arrest preventiv.
L-ebda wieħed minn dawn ma huwa sentenzjat jew akkużat dwar reat konness mad-droga.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi bejn Jannar 1999, minn meta t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma ta` statistika, u Ġunju 2003, kien hemm 34 persuna li kellhom ir-residenza tagħhom Wied il-Għajn, li tressqu jew ser jitressqu l-Qorti mill-Iskwadra ta` kontra d-droga tal-Pulizija fuq akkużi relatati ma` droga.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' irġiel u nisa romol li huma residenti f'Marsaskala? Kemm huma l-persuni residenti f'Marsaskala li jgħixu waħedhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Għajn — Benefiċċji soċjali għal persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni residenti f'Marsaskala li jirċievu allowance għal tfal b'diżabilita'; pensjoni għal persuni b'diżabilita' jew b'vista batuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ residenti f’Marsaskala li jircievu l-beneficcji socjali ndikati mill-Onor. Interpellant hu kif gej:
Allowance ghal tfal b’di¿abilita’ 8
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ 117
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ severa 19
Pensjoni ghal persuni b’vista batuta 6
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat fil-bini tagħhom? Hemm minn dawn li jintużaw ukoll wara l-ħin ta' l-iskola mill-pubbliku u/jew minn xi għaqda?
Response (GALEA, LOUIS)
L-iskejjel tal-gvern li għandhom gym armat fil-bini tagħhom huma kif indikat hawn taħt:
Skejjel Gym Użu wara l-ħin
Mellieħa Iva Le
San Ġwann A Iva Le
San Ġwann B Iva Le
St Julian's Iva Le
Luigi Preziosi - St. Andrews GSS Iva Le
Santa Tereża - Mrieħel GJL Iva Le
Furtu Selvatico - Naxxar BS Iva Iva
M A Vassalli - Ħandaq BJL Iva Iva
Dun Ġ Żammit - Ħamrun BJL Iva Iva
M'Assumpta - Ħamrun GSS Iva Le
Vinċenzo Buġeja - Sta Venera BSS Iva Le
Maria Reġina - Blata l-Bajda GJL Iva Iva
Danny Cremona School of Agriculture Iva Le
Lorenzo Manche' - Floriana BS Iva Le
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li jiġu mħajjra jilagħbu kemm is-subien kif ukoll il-bniet fl-iskejjel ta' l-istat fuq bażi regolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dixxiplini sportivi li l-istudenti fl-iskejjel ta' l-istat huma mħajra jilagħbu jvarjaw minn skola għal oħra skond il-faċilitajiet ta' l-iskola u l-motivazzjonijiet ta' l-istudenti. It-Taqsima ta' l-Edukazzjoni Fiżika u Sport fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni torganizza Festivals ta' Sports f'diversi dixxiplini biex tħajjar dejjem iżjed il-parteċipazzjoni ta' l-istudenti. Għadd ġmielu ta' skejjel jipparteċipaw fl-Atletika, Ġinnastika (l-iktar bniet), Cross Country, Football, Netball, Hockey, Basketball, Volleyball, Handball, Table Tennis u Għawm. Il-parteċipazzjoni ssir wara li l-istudenti jagħmlu taħriġ fl-iskola, kemm waqt il-lezzjonijiet kif ukoll waqt mid-day break activities.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il unit residenzjali hemm fil-belt ta' l-Imdina? Kemm kien hemm units residenzjali fil-belt ta' l-Imdina b'ċittadini Maltin u b'persuni barranin fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 sena b'sena rispettivament? Kemm minnhom kienu b'kera u kemm minnhom huma tar-residenti li joqogħdu fihom?
Kemm-il proprjeta' residenzjali hemm fil-gżejjer Maltin li l-valur tagħha hi minn Lm100,000 - Lm199,999; minn Lm200,000 - Lm300,000; minn 'il fuq minn Lm300,000 sa Lm400,000; 'il fuq minn Lm400,000 inxtrat minn ċittadini Maltin; minn persuni barranin fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi la fir-Reġistru ta` l-Artijiet u lanqas fir-Reġistru Pubbliku ma tinżamm it-tip ta` informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jista` jkun li, fil-każ ta` proprjeta` li nxtrat minn barranin biss, tali informazzjoni tista` tinkiseb mill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm day centres għall-anzjani? X'inhu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? X'inhu n-numru ta' anzjani reġistrati ma' kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani f'dawn il-lokalitajiet? Kemm hu n-numru massimu ta' anzjani li jistgħu jattendu f'jum wieħed f'kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif jindika l-isem, dawn id-
Day Centres
mhumiex centri residenzjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-ministeru għall-politika soċjali ffirma ma' kunsilli lokali/entitajiet privati u oħrajn għat-twaqqif u t-tmexxija ta' day centres għall-anzjani li għandna fid-diversi lokalitajiet?
B'liema mod il-ministeru jiżgura tmexxija tajba f'dawn id-day centres għall-anzjani? Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-amministrazzjoni ta' kull day centre għall-anzjani jsirx rapport annwali u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti annwali għas-snin 2000, 2001 u 2002?
Jista' jgħid jekk jikkonsidrawx li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar it-tmexxija, attivitajiet u finanzi dwar kull day centre għall-anzjani fil-gżejjer Maltin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet huma pproġettati li jiftħu day centres għall-anzjani ġodda din is-sena u hemmx lok li jinfetħu diskussjonijiet ma' dawk interessati għall-ftuħ ta' day centres f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx day centres iżda huma nteressati li jagħmlu dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din is-sena mistenni jinfetah
Day Centre
gdid f’Santa Venera. Il-Gvern hu dejjem lest li jiddiskuti mal-Kunsilli Lokali nteressati li jifthu Centri bhal dawn fil-lokalita’ taghhom.
ETC — Persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu b'mod illegali
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 672 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe' f'kummentarju fuq Capital Radio fl-4 ta' Ġunju, fis-2.15 ta' wara nofsinhar intqal li hemm kuntratturi li qed iħaddmu ħaddiema barranin illegalment u jħallsuhom bi 80c fis-siegħa u dan anke fuq proġetti tal-gvern. Jista’ il-Ministru jinvestiga u jara jekk dan l-abbuż hux qed isir jew le? Jekk jinstab li dan hu minnu, jista’ jagħti dettalji dwar fuq liema xogħol kienu qed jitħaddmu u min kienu l-kuntratturi in kwestjoni u fuq kollox jittiehdu l-passi meħtieġa skond il-liġi??
Response (GALEA, LOUIS)
Ser nitlob lill-awtoritajiet kompetenti skond il-liġi jinvestigaw l-abbuż allegat fil-Mistoqsija u jieħdu l-passi stabbiliti fejn jirriżulta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 617 u cioe' jista' jgħid jekk ingħatawx il-kuntratti kollha tax-xogħol u manutenzjoni li se jsiru fis-sajf fl-iskejjel ta’ l-Istat? Dawn kollha ngħataw wara sejħa pubblika? Lil min ingħataw il-kuntratti? Għal-liema skola? Kemm se jiswa x-xogħol f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-biċċa l-kbira tat-tenders għal xogħlijiet li ser isiru fl-iskejjel ta' l-Istat matul is-sajf, ġew pubblikati u l-kuntratt ingħata jew wasal biex jingħata. Għad baqa' numru ta' tenders li ser jiġu pubblikati fi żmien qasir.
Hemm xi xogħlijiet ta' natura żgħira li ma jirrikjedux sejħiet pubbliċi imma ikunu jistgħu isiru hekk kif jippermettu r-regolamenti tal-Gvern.
Lista tal-kuntratti, fejn ser jinħadmu u b'liema prezz, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F'xi każi l-prezz mhux qed jidher għalissa għaliex l-offerti jkunu għadhom mhux aġġudikati jew il-kuntratt ikun għadu ma ngħatax.