Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1126 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ETC hix aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali u dan fid-dawl tal-fatt li m'hemmx lift sabiex dawn il-persuni jattendu korsijiet organizzati mill-ETC stess?

Response (GALEA, LOUIS)

Jista' l-Onor Membru jispeċifika għal liema post qed jirreferi?
Leg 10 PQ #1128 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut Tekniku Mikiel Anġ Sapiano — Għalliema u Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-għalliema u l-ħaddiema l-oħra tal-Istitut Tekniku Mikiel Anġ' Sapiano?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) ħareġ diversi Sejħiet għall-Applikazzjonijiet sabiex jingaġġa għalliema u gradi oħra għad-diversi Istituzzjonijiet tiegħu jew fuq bażi ta' 'attachment' jew b'kuntratt. Apparti l-membri tal-pubbliku in ġenerali li jistgħu japplikaw, dawn is-sejħiet ikunu miftuħa wkoll għall-għalliema u gradi oħra li hemm fl-Istitut Tekniku Mikiel Ang Sapiano. Dawk l-għalliema li jagħżlu li ma jmorrux ma' l-MCAST, jintbagħtu jgħallmu fl-Iskejjel tad-Diviżjoni filwaqt li dawk l-impjegati li jintgħażlu u jmorru ma' l-MCAST, iżommu d-dritt li jirritornaw lura mad-Diviżjoni, apparti li jżommu d-drittijet kollha tal-grad tagħhom bħala impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Jista' jkun hemm okkażjonijiet fejn l-MCAST jitlob lid-Diviżjoni li jitħallewlu xi impjegati fil-gradi tekniċi jew industrijali eċċ, sakemm jimpjega minn barra jew jikkuntrattja għax-xogħol meħtieġ. Meta l-MCAST jinforma lid-Diviżjoni li m'għadx hemm bżonn is-servizz ta' dawn in-nies, isiru l-arranġamenti sabiex jintbagħtu jaħdmu fl-iskejjel l-oħra tad-Diviżjoni.

Attivitajiet sportivi — Rati ta' l-elettriku speċjali

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jawtorizza rati speċjali ta’ l-elettriku għall-attivitajiet sportivi uffiċjali li jsiru fil-għaxija bħalma huma l-football u t-tiġrijiet taż-żwiemel, peress li dan jgħin anke lill-isport għax jista' jħajjar aktar nies li jattendu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li mhux kompitu tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti tali konċessjonijiet, l-organiżżazzjonijiet responsabbli għal attivitajiet sportivi jingħataw sussidji minn fondi pubblici fl-ambitu tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż. Hi mbagħad fid-diskrezzjoni ta' l-istess entijiet kif dawn il-fondi jintużaw.
Leg 10 PQ #1105 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assemtiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel primarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar il-medja ta' assentejiżmu fl-iskejjel primarji ta' l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1106 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assentiżmu mill-iskejjel — Skejjel sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel sekondarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-Tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1107 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qorti - Assentiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet kemm kien hemm ġenituri tat-tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji separatament li ttellgħu l-qorti minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003, ittellgħu l-Qorti, 829 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel primarji u 3204 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel sekondarji, minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom.
Leg 10 PQ #1108 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assentiżmu mill-iskejjel — Mhux ġustifikat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti kien hemm ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet? Liema kienu l-iskejjel l-aktar milquta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda rapport ta' assentejżmu mhux ġustifikat minn skejjel Indipendenti għas-sena skolastika 2002-2003. L-iskejjel tal-Knisja li rrapportaw dwar assentejżmu mhux ġustifikat għas-sena skolastika 2002-2003 kienu kif jidher hawn taħt: Skola Numru Rrapportati St. Elias College 1 Our Lady Immaculate 5 St. Monica (Gżira) 1 Maria Teresa Nuzzo 2
Leg 10 PQ #1109 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Assentiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex trażżan l-assentejiżmu fl-iskejjel statali fis-sena skolastika 2003/04? X'mekkaniżmu jeżisti llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Wieħed mir-rwoli tat-taqsimiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, huwa li jara li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni billi jattendu l-iskola regolarment. Meta studenti jassentu ruħhom mingħajr raġuni valida, dawn jiġu rrapurtati mill-iskejjel lis-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel. Is-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel, permezz ta' l-'Education Social Workers' tiegħu qed jinvestiga dawn il-każijiet u jiżen il-problemi ta' x'qiegħed iżomm l-istudenti milli jattendu regolarment l-iskola. L-'Education Social Workers' iżuru l-iskejjel biex jitkellmu mal-kapijiet ta' l-iskejjel u wara jżuru lill-istudenti u l-familji tagħhom. Dawn iż-żjarat iservu biex tiġi stabbilita r-raġuni għall-assenteiżmu. B'metodi ta' 'Social Work' l-'Education Social Workers' jibqgħu jgħinu lill-istudenti u l-familji tagħhom sakemm l-istudenti jerġgħu jibdew il-ħajja skolastika tagħhom. F'każijiet meta l-'Education Social Workers' ma jsibux koperazzjoni mill-ġenituri, dawn jittellgħu il-Qorti skond il-liġi ta' l-Edukazzjoni. Hemm sezzjonijiet fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li xogħolhom, ukoll huwa li jgħinu lill-istudenti fl-iskejjel biex ma jassentawx ruħhom. Fost dawn hemm il-'Guidance and Counselling Unit', u l-'iSchool Psychological Service'. Biex l-assentejżmu jibqa' jiġi kontrollat u verifikat tul is-sena skolastika 2003/2004, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel laqgħat ma' 'Stakeholders' rilevanti, fosthom it-tobba, id-diversi aspetti tal-problema jiġu koordinati aħjar.
Leg 10 PQ #1070 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għall-Isport — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 822 u cioe' b’referenza għall-mistoqsija numru 466 li saret lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur li jirrappreżentah fuq il-Kunsill Malti għall-Isport? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'ħidma wettaq fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport u xi pjanijiet hemm sabiex l-isport u l-attivita` sportiva jsiru aktar popolari? Fl-aħħarnett jista' jgħid fil-qosor x'ġie organizzat fis-sena skolastika li għaddiet f'dan is-sens?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Direttur li jirrappreżenta l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fuq il-Kunsill Malti għall-Isport huwa s-Sur Euchar Camilleri. Filwaqt li s-Sur Camilleri għandu diversi karigi fil-ħidma amministrattiva fi ħdan il-Kunsill, fosthom bħala Chairperson tal-Bord tat-Tmexxija tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, u membru fuq bordijiet oħra qed jaħdem fuq skema bil-għan li tiffaċilita' l-użu mill-iskejjel tal-faċilitajiet sportivi reġjonali li għandu l-Kunsill fil-Marsa, l-Kottonera, fil-Pixxina Nazzjonali, eċċ. Wieħed jifhem li mhux fil-kompitu tal-Kunsill Malti għall-Isport jew xi Direttur tiegħu li jorganizza attivitajiet, iżda li jfasal u jħaddem politika nazzjonali fil-qasam sportiv. Inizjatttivi meħuda mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jkunu jistgħu jiġu koordinati aħjar permezz tar-rappreżentant tal-Ministeru fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.

Pixxina Nazzjonali — Bord ta' l-Amministrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Bord ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali? Kollha jirċievu ħlas? Jekk iva, kemm hu l-ħlas li jirċievu? Jieħdu xi allowances oħra? Jekk iva, x'inhuma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali huwa ffurmat minn dawn il-persuni : Is-Sur Maurice Gruppetta Chairman Eżekuttiv Is-Sur Joe Cassar Segretarju Is-Sur Franco Azzopardi Membru Is-Sur Peter Bonello Membru Is-Sur Robert Ebejer Membru Il-ħlas li jirċievu dawn il-membri huwa kif ġej : Chairman Lm 9,000 fis-sena Segretarju Lm 3,000 fis-sena Membru Lm 1,000 fis-sena Iċ-Chairman huwa wkoll intitolat għal persentaġġ ta' l-operational surplus li tista' tagħmel il-Pixxina matul is-sena.

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mpjegati mal-Pixxina Nazzjonali? Meta daħal kull wieħed minnhom? Hemm impjegati tal-gvern li huma seconded mal-pixxina? Jekk iva, min huma u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija Numru 1072.

Pixxina Nazzjonali — Infiq ta' flus fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq fuel fil-Pixxina Nazzjonali fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm tħallsu s-issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li n-nefqa fuq fuel għall-Pixxina Nazzjonali fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien kif ġej : Jannar Lm 7,812 Frar Lm 11,636 Marzu Lm 7,254 April Lm 6,409 Mejju Lm 2,366 Ġunju Xejn Total Lm 35,477 Minn din is-somma s'issa tħallsu Lm 27,432.

Pixxina Nazzjonali — Serqiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet mill-Pixxina Nazzjonlai fl-ewwel sitt shur ta' din is-sena? X'kienu l-oġġetti prinċipali li nsterqu? Jista' jgħid ukoll minn fejn sar dan is-serq, jekk hux mid-deck/dressing rooms? Kien hemm serqiet minn xi uffiċini? Kien hemm każi fejn iddaħħlu l-Pulizija? Jista' jgħid ukol x'passi ttieħdu sabiex, kemm jista' jkun, dawn l-affarijiet jiġu evitati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt : 1. Fil-25 ta' Frar kien irrapurtat sgass f'wieħed mill-uffiċini. Ma kien instab xejn nieqes u l-persuna konċernata qatgħetha li ma tagħmilx rapport lill-pulizija. 2. Basket u telefon ċellulari kienu rrapurtati nieqsa minn fuq id-deck fit-2 ta' Mejju u l-każ kien rappurtat lill-pulizija li ħadet il-każ f'idejha.3. Rapport ta' basket żgħir nieqes minn fuq id-deck kien rappurtat fis-26 ta' Ġunju. Skond ir-rapport, il-basket kien fih telefon ċellulari u arloġġ ta' l-idejn. Il-basket instab ftit wara iżda t-telefon ċellulari baqa' nieqes. Sar rapport lill-pulizija li qed tinvestiga l-każ.
Leg 10 PQ #1089 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

E-Europe 2005 action plan

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentri 746 li tittratta dwar l-E-Europe 2005 action plan, jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu jew se jittieħdu f'dan is-sens? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li huma responsabbli mit-twettiq ta' l-istess action plan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, b'kollaborazzjoni ma' l-eMalta Commission huwa responsabbli għall-programm 'eContent' li huwa wieħed mill-inizjattivi fi ħdan l-istess Action Plan. Ir-rwol tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fir-rigward ta' l-eContent huwa dak ta' disseminazzjoni tal-programm. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li ħareġ mill-ICT Learning Centre fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 10 PQ #1055 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Wied il-Għajn — Studenti li jattendu skejjel sekondarji/post-sekondarji

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm huma l-istudenti residenti f'Marsascala li jattendu skejjel sekondarji jew post-sekondarji? F'liema skola sekondarja jew post-sekondarja pubblika, privata jew tal-Knisja qed jattendu u x'inhu n-numru tagħhom f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru it-tagħrif mitlub .

Wied il-Għajn — Impjanti ta' riċiklaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għas-solid waste recycling plant kif ukoll tal-liquid recycling plant ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Wied il-Għajn — Tindif ta' materjal tal-kostruzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir it-tindif tal-materjal ta' kostruzzjoni li kien intefa' fil-qasam li jiġi wara r-razzett tal-ħbiberija u l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ilma — Livell ta' salinita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-livell ta' salinita' fl-ilma li jitqassam lill-bdiewa huwiex ta' livell aċċettabbli jew le u jekk fin-negattiv, dan ikunx ta' ħsara għall-uċuħ tar-raba'?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-salinita’ ta’ l-ilma li jitqassam lill-bdiewa mill-impjant tat-tisqija tad-drenaġġ qegħda tvarja matul il-ġurnata, u minn ġurnata għall-oħra, u minħabba f’ hekk isir monitoraġġ regolari biex f’ ħinijiet li l-livell joqrob lejn livelli mhux aċċettabbli, dan ma jintużax għat-tisqija. Jien infurmat ukoll li minn-naħa tad-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jittieħdu l-miżuri neċessarji biex il-livell ta’ salinita’ jibqa’ aċċettabbli. Għal aktar informazzjoni nistieden l-Onor. Interpellant biex isaqsi ‘l-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #1068 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-iskola Adelaide Ċini tal-Ħamrun? Jikkonferma jekk din l-iskola hux ser tiġi amalgamata ma l-iskola Marija Assunta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li f'dan l-istadju l-iskola Adelaide Cini kellha tiġi amalgamata ma' l-iskola Maria Assunta, skola ta' l-istess kategorija li tinsab bieb ma' bieb. L-iskola amalgamata ser iżżomm l-isem Maria Assunta bħala identita' iżda ser tkun immexxija mill-Kap ta' l-iskola li f'dan l-aħħar snin mexxa l-iskola Adelaide Cini. Dan il-pass qed jittieħed sabiex il-Campus taż-żewġ skejjel jiġi refurbished. Ix-xogħol qiegħed jibda billi blokki ta' Adelaide Cini ġew żvujtati u x-xogħol ta' refurbishment ser jibda minn hemm.
Leg 10 PQ #1069 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Forzi Armati — Applikazzjonijiet - Officer Cadets

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija numru 819 u cioe' kemm minnhom huma diġa` membri fil-Forzi Armati? Min liema belt/raħal huma dawk li applikaw minn barra, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi it-tagħrif mitlub.