Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlux żjajjar regolari fid-discos u postijiet ta' divertiment biex ikun żgurat li l-viti ta’ l-ilma huma miftuħa għall-kumdita` tal-klijenti kif titlob il-liġi? Kemm saru spezzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Lulju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tali spezzjonijiet dwar viti ta' l-ilma ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi. Għaldaqstant, nissuġġerixxi li l-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' membri fil-Korp tal-Pulizija llum? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija sospiżi? Fuq liema akkużi? Ta' liema rank huma? Meta ġie sospiż kull wieħed? Liema huma dawk li diġa` dehru quddiem il-Qorti u/jew qed jistennew li jidhru jew quddiem il-PSĊ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,862 membru fil-Korp tal-Pulizija. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inġibditli l-attenzjoni, illi t-tagħrif dwar in-numru ta` Kuntistabbli li jien kont ġejt mogħti għat-Tweġiba ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 372, bi żvista ġie mogħti bħala 1,872 meta fil-fatt ried ikun 1,462.
Jista' l-Ministru jgħid fil-post magħruf bħala l-Munxar faċċata tal-bajja tar-Ramla, Marsascala ta' min hi r-responsabbilta` li jsir it-tindif u l-ġbir ta’ l-iskart?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta' li jsir it-tindif u l-ġbir ta' l-iskart fiż-żona msemmija hija tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn.
Skejjel — Base line assessment għal tfal fil-year 3
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar sentejn u x'inhu jsir fil-preżent fir-rigward ta' dak li hemm fil-kurrikulu nazzjonali dwar il-base line assessment għal tfal li qegħdin fil-year 3?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħdha tagħmel xogħol preparatorju għall-introduzzjoni tal-Baseline Assessment.
Dan ix-xogħol preparatorju jinvolvi xogħol fuq tifsil ta' sillabu li ser jinkludi 'learning objectives' speċifiċi kif ukoll 'attainment targets' ċari.
Id-Diviżjoni qed taħdem ukoll fuq tifsil ta' Level Descriptors li jkunu jindikaw f'liema livell waslu l-istudenti tagħna.
Jista' il-Ministru jgħid meta se titwettaq b'mod sħiħ klawsola 2.5.3. tal-ftehim kollettiv għall-instructors datat 3 ta' Ottubru, 1996?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn mindu ġiet fis-seħħ il-klawsola, 2.5.3 tal-ftehim imsemmi laħqu żewġ Heads of Trade School u kif tipprovdi l-istess klawsola, iż-żewġ Assistant Heads of Trade School l-aktar anzjani tpoġġew fuq Skala 6 fuq bażi personali.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir fil-preżent sabiex ikun assigurat li l-kwalita' fis-sistema edukattiva tagħna qed tintlaħaq (quality assurance)? Hemm xi pjani li din tiġi mtejba? Jekk iva, x'qed jiġi propost? Xi rwol għandha l-FES fil-kunċett ta' quality assurance?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent, hemm miżuri li jitħaddmu u li jitwasslu għal tisħiħ fil-kwalita' tas-sistema edukattiva, f'żewġ oqsma.
L-ewwel qasam huwa dak tal-management ta' l-iskejjel. Il-kapijiet ta' l-iskola, kull sena jiltaqgħu ma' l-Assistent Direttur tar-Reġjun tagħhom biex jiddiskutu fuq il-ħidma tagħhom matul is-sena li tkun għaddiet u jippjanaw il-ħidma għas-sena ta' wara (Performance Management Programme).
Minn naħa tagħhom dan l-eżerċizzju jiġi mwettaq fl-iskola ma' l-Assistenti Kapijiet u mill-għalliema. Sa issa dan l-eżerċizzju qed isir biss fl-iskejjel Primarji fejn jidħlu l-għalliema. Mis-sena d-dieħla diġa' tlestew it-tħejjijiet meħtieġa biex l-eżerċizzju jsir ukoll fl-iskejjel sekondarji.
Il-qasam l-ieħor huwa dak tat-tagħlim fil-klassijiet. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tad-Dipartiment tal-Kurrikulu huwa li jassigura li l-provedimenti tal-Kurrikulu Nazzjonali jiġu implimentati. Fost dawn il-prinċipji nsibu li l-ewwel prinċipju ta' dan il-kurrikulu huwa fil-fatt li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalita' lil kull student.
Il-Kwalita' fis-sistema edukattiva tiġi assigurata billi l-Uffiċjali Edukattivi jagħmlu żjarat fl-iskejjel fuq sistema regolari. F'każijiet fejn ikun hemm ilmenti minn ġenituri jew kapijiet ta' skejjel, l-Uffiċjali Edukattivi jagħmlu sforzi kbar biex jassiguraw li l-istudenti jieħdu l-'entitlement' li ħaqqhom u dan isir bi żjarat aktar spissi. Teżisti wkoll is-sistema ta' probation fejn l-għalliema, biex ikomplu jaħdmu wara l-ewwel sena ta' xogħol tagħhom irid jinħarġilhom ċertifikat li jissejjaħ 'Confirmation of Appointment Report' kemm mill-Kapijiet ta' l-iskola kif ukoll mill-Uffiċjali Edukattivi. Dawn ta' l-aħħar jagħmlu analiżi tal-kwalita' ta' tagħlim li jsir.
Il-Kwalita' tintlaħaq ukoll billi d-Dipartiment tal-Kurrikulu joħroġ karti ta' l-eżami annwali tal-livelli meħtieġa. Dan isir kemm fil-livell primarju kif ukoll sekondrju. Il-fatt li l-istudenti ikollhom joqogħdu għall-eżami jservi mhux biss biex l-istudenti jaħdmu biex imorru tajjeb iżda wkoll jirrifletti l-impenn ta' l-għalliema. Fil-kuntest tal-Year 6 u tal-Form V din it-tip ta' tensjoni tkun tinħass b'mod ċar.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu joħroġ statistika tar-riżultati annwali ta' l-istudenti fil-livelli kemm Primarju kif ukoll Sekondarju. Din tingħata lill-Uffiċjali Edukattivi konċernati biex isegwu l-progress ta' l-istudenti. Il-Kapijiet ta' l-iskejjel jingħatalhom ir-riżultat 'average' ta' l-istudenti kollha kif ukoll l-'average' ta' l-istudenti li jattendu l-iskola tagħhom . B'dan il-mod ikunu jistgħu iqabblu fejn qegħdin l-istudenti tagħhom.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu jaħdem biex jassigura il-kwalita' ukoll billi jipprovdi tagħlim 'In-Service' lill-għalliema. Fil-fatt f'Ġunju li għadda kważi elfejn għalliem ipparteċipaw fil-Korsijiet ta' l-Inset li d-Dipartiment tal-Kurrikulu organizza.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu qed jaħdem ukoll fuq sistema ta' 'Level Descriptors' li eventwalment ikun jista' jgħin biex jiġi stabbilit f'liema livell qegħdin u fejn għandhom jaslu.
Is-sistema ta' Quality Assurance msemmija huma kunsidrati bħala 'bidu' u tinħass il-ħtieġa li jiddaħħlu strutturi u mekkaniżmi ġodda sabiex il-kwalita' tkun tista' tiġi verifikata u assikurata f'kull livell ta' l-Edukazzjoni f'pajjiżna.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, filwaqt li m'għandu l-ebda prekunċett dwar rwoli fl-istrutturi li għad iridu jinbnew, qed jinvestiga u janalizza s-sitwazzjoni lokali u esperjenzi f'pajjiżi oħra biex ikun f'qagħda li jmexxi diskussjoni informata ma' dawk involuti.
Il-FES għandha l-irwol ta' katalista ieħor fil-formolazzjoni tal-politika u l-istrateġija permezz ta' esperjenzi ta' proġetti pilota u ta' esperjenzi ta' tagħlim ta' forom ġodda.
Jista' l-Ministru jsib post aktar addattat fejn isiru l-in-service courses għall-għalliema peress li kelli lmenti li fl-iskola ta' Maria Regina fil-Blata l-Bajda fejn saru dan l-aħħar kien hemm sħana kbira fil-klassijiet u konfużjoni sħiħa ta' parking?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-Ċentru ta' Maria Reġina fil-Blata l-Bajda hu wieħed mill-aktar milħuq li għandna.
In-numru kbir ta' għalliema li jipparteċipaw fil-korsijiet ta' l-In-Service mhux biss jiġu akkomodati fiċ-ċentru tal-Blata l-Bajda iżda wkoll f'ċentri oħrajn. Lista ta' dawn tinsab hawn taħt:
St. Joseph Boys Junior Lyceum, Paola
ICT Learning Centre, Education Division, Floriana.
Curriculum Centre, Floriana
National Curriculum Centre, Ħamrun
Skola Helen Keller, Qrendi
Institute of Water Technology, Luqa
Lily of the Valley Girls' Secondary School, Mosta
Science Centre, St. Patrick's
Giovanni Curmi Higher Secondary, Naxxar
Maria Assumpta Girls' Secondary School, Ħamrun
Technology Education Centre, Naxxar
Catholic Institute, Floriana
English Language Resource Centre, Valletta
Lorenzo Manche' Boys' Secondary School, Floriana
Drama Unit, Blata l-Bajda
Guidance and Counselling Centre, Floriana
Birdlife Premises, Ta' Xbiex
Adelaide Ċini Girls' Secondary School, Ħamrun
Despott Hall, Education Division, Floriana
Robert Sammut Hall, Floriana
De La Salle College, Cottonera
Arabic Language Centre, Msida
German Resource Centre, Msida
Sedqa Offices, Sta. Venera
MEBC TV Studio, Channel 22, Ħamrun
Huwa diffiċli biex fix-xahar ta' Lulju jinstab post fejn ma tinħasx sħana. Daqstant ieħor hu diffiċli li ssib post fejn mijiet ta' parteċipanti fl-Inservice Courses ma jsibux problema ta' parking.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jieħdu ħsieb li jsiru patrols regolari fil-bajjiet tagħna biex jaraw li ma jsirx parking fuq ir-ramel u li jkun ta' periklu għan-nies li jmorru hemm biex jikkreaw ruħhom? Jista' jara li dan isir speċjalment fil-Ġnejna fejn kien hemm diversi rapporti anke fil-gazzetti dwar konfużjoni sħiħa ta' parking li qed ukoll jaffettwa l-ambjent?
Response (BORG, TONIO)
Għaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-awtoritajiet kompetenti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qedgħin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta` dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x`utilita` jista` jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f`dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
B’referenza għall-mistoqsija numru 968, jista' l-Ministru jelenka l-valur storiku li hemm fl-iskola Ġużeppi Despott?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' weġibt fil-mistoqsija numru 968, il-kumpless Ġużeppi Despott hu magħmul minn diversi binjiet li wħud minnhom għandhom valur storiku.
Informat li dawn jinkludu dak il-bini li hu protett mill-MEPA, liema bini jmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin u li għandu wkoll valur arkitettoniku, bħas-sala u tliet binjiet oħra li kienu jintużaw bħala barracks militari mill-Ingliżi.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x’utilita` jista’ jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta’ dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x’utilita’ jista’ jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pozizzjonijiet prattikament uniformi għal Ministeri kollha u qegħdin spjegati f’dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 972 dwar ħruġ ta' offerti għall-kotba ġodda għall-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-1 ta' Marzu 2003 sa llum, s-sezzjoni tal-Procurement tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħarġet ħdax-il offerta biex jinxtraw kotba ġodda għall-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat.
Id-dettalji ta' min tefa' offerta, kemm kienet kull waħda u min rebaħ kull offerta huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 973 u cioe' jgħid kemm fallew ġranet ta' skola t-tfal fl-iskejjel primarji statali matul is-sena skolastika 2001- 2002 fl-iskejjel ta' Bormla, Gżira, Żejtun, Żebbuġ, Mellieħa u Xewkija? Kif kienu mqassmin bejn dawk li kienu awtorizzati u dawk le skond il-livelli tal-klassijiet (Year 1 - Year 6)?
Minn dawk li kienu awtorizzati kemm minnhom kienu ċċertifikati minn tabib b'mard konness mas-sistema respiratorja? Kemm minn dawk li ma kenux awtorizzati ntbagħtilhom social worker biex isegwi jekk jeżistux problemi soċjali fil-familji tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub fl-ewwel partijiet tal-mistoqsija qed jiġi verifikat.
Informat ukoll li matul is-sena skolastika 2001 - 2002, is-'Social Workers' tat-Taqsima ' School Social Work Service' taw is-servizz tagħhom lit-tfal ta' l-iskejjel primarji u l-familji tagħhom fil-lokalitajiet imsemmija. Il-każijiet soċjali segwiti mis-'Social Workers' huma kif jidher hawn taħt:
Lokalita' Każijiet Soċjali Total ta' Rapporti
li Ġew Maħdumin ta' Assenteiżmu
mis-Social Workers mhux Awtroizzati
Kottonera 20 121
Żejtun 8 76
Żebbuġ 1 10
Gżira 5 29
Mellieħa 1 -
Xewkija 1 1
Il-ġenituri jittellgħu l-Qorti talli jkunu naqsu li jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola. Ta' min jgħid li dawn il-ġenituri setgħu ttellgħu l-Qorti iktar minn darba matul is-sena skolastika.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qed jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?
Response (BORG, JOE)
Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni.
Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuna huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.