Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1584 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw għalliema mill-Universita' ta' Malta din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm speċjalizzaw fit-tagħlim primarju? Kemm mit-total ġew impjegati fi skejjel statali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1585 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni jaħdmu b'mod illegali

Question

Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu llegalment f'Malta u Għawdex separatament u għaliex kienu qed jirreġistraw? Liema kien ix-xogħol prinċipali li kienu qegħdin jagħmlu? X'passi ttieħdu mill-ETC kontra dawn in-nies u kontra min kien qed iħaddimhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi in-numru ta' nies li nstabu jaħdmu illegalment, waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. F'kull każ, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni infurmaw lill-Pulizija sabiex dawn jieħdu l-passi neċessarji minn naħa tagħhom bil-Qorti, għaldaqstant mhuwiex possibli li nkunu nafu dejjem in-nazzjonalita' tal-persuni involuti, għaliex f'ċerti każi, il-każ jitħalla f'idejn il-pulizija minnufiħ sabiex tipproċedi immedjatament. Minn naħa tagħha, il-Korporazzjoni immultat lil dawk is-sidien li kienu qed iħaddmu dawn il-ħaddiema mingħajr il-permess neċessarju. Dawn minbarra każijiet oħra fejn il-pulizija nnifisha qabdet każijiet ta' ħaddiema barranin u fejn ma kienux involuti l-uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 10 PQ #1542 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżami tar-Reliġjon - riżultati

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif ġara li numru mhux ħażin ta' riżultati tar-Reliġjon inħarġu ħażin u wara ilmenti ġew mibdula? Kemm kien hemm riżultati li ħarġu ħżiena minħabba xi żball tal-computer? Minbarra r-Reliġjon kien hemm suġġetti li fihom inbidlu r-riżultati? Liema kienu dawn is-suġġetti u kemm kienu l-każi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għall-liema eżami tar-Reliġjon qed jirreferi.
Leg 10 PQ #1543 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet SEC/MATSEC — Reviżjoni tal-karti ta' l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet biex isiru reviżjoni tal-karti ta' l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, kemm Intermedjarju kif ukoll Avvanzat, separatament fl-eżamijiet li saru f'Mejju/Ġunju? F'liema suġġetti? Kemm inbidlu riżultati?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #1544 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Reviżjoni tal-karti ta' l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm li meta jintalab li ssir reviżjoni tal-karti jkun preżenti l-istudent u/jew il-ġenituri tiegħu/tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni tkun tista tiġi kunsidrata fir-review li ser issir dwar il-MATSEC.
Leg 10 PQ #1545 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC/MATSEC — Resits ta' l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għar-resits ta' l-eżamijiet fil-livell tas-SEC u MATSEC, kemm Intermedjarju u Avvanzat, li saru fil-bidu ta' dan ix-xahar? Kemm qagħdu għal kull suġġett? Kemm għaddew minn kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1546 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati serqiet f'Ġunju, Lulju u Awissu separatament? Jista' jelenka kemm saru serqiet minn djar fl-istess żmien? Kemm saru serqiet ta' vetturi u minn vetturi? F'liema postijiet saru dawn is-serqiet?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 1509, Nru. 1511 u Nru. 1513 dwar l-istess suġġett.
Leg 10 PQ #1547 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Pulizija — Rapporti dwar inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-15 ta' Settembru kemm ġew rapportati inċidenti tat-traffiku lill-pulizija? Kemm kienu l-inċidenti fatali?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Jannar u Mejju 2003 hu kif jidher fit-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 106 u Nru. 889. Għall-perijodu bejn Ġunju u l-15 ta` Settembru 2003 ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa s-segwenti: Bla feruti Bil-feruti Fatali Total Ġunju 1,098 76 2 1,176 Lulju 1,286 110 1 1,397 Awissu 1,119 121 2 1,242 Settembru* 515 32 1 548 4,018 339 6 4,363 *sal-15
Leg 10 PQ #1361 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Kotba - Pubblikazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk etiku li pesuna/i li huma uffiċjlai fl-istrutturi tal-Matsec (bħal Dr Charles Briffa) joħorġu kotba u pubblikazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-kodiċi ta' l-imġieba professjonali akkademiċi (Ara: Code of Professional Academic Conduct, Universita' ta' Malta, 2002, p. 6) il-membri regolari ta' l-istaff akkademiku ta' l-Universita' ta' Malta għandhom, bħala parti integrali mid-dmirijiet tagħhom, jagħmlu ricerka. Barra minn hekk, kull membru akkademiku jrid kull sena jissottometti rapport għall-Performance Bonus li fih irid jgħid x'pubblikazzjonijiet ikun ħareg. Għaldaqstant, l-impjegati akkademiċi tal-Matsec għandhom dan id-dmir bħala parti integrali minn xogħolhom u allura m'hemm ebda nuqqas ta' etika. Ta' min jinnota li huma l-panels tas-sillabi li jagħżlu x-xogħolijiet li jigu studjati għall-ezami u mhux l-uffiċjali tal-Matsec. Wara, dawn is-sillabi jgħaddu mill-Bord tal-Matsec u jmorru għall-approvazzjoni tas-Senat.

Ilma — Livell ta' salinita'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 1058 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' jgħid jekk il-livell ta' salinita' fl-ilma li jitqassam lill-bdiewa huwiex ta' livell aċċettabbli jew le u jekk fin-negattiv, dan ikunx ta' ħsara għall-uċuħ tar-raba'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix xi nżid ma' dak li qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fir-risposta tiegħu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1058.

Wied il-Għajn — Impjant ta' Sant'Antnin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' jista' jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għas-solid waste recycling plant kif ukoll tal-liquid recycling plant ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar is-Solid Waste Recycling Plant, il-Gvern beda proċess li bih qed jintalab il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp tal-Composting Plant u Materials Recovery Facility Sant'Antnin. Għal dan l-iskop, il-kumpanija WasteServ Malta Ltd. fi ħdan il-Ministeru ħejjiet Project Description Statement li ġie ppreżentat lill-MEPA sabiex iservi bħala bażi għat-Terms of Reference għall-Evironment Impact Assessment neċessarju. Rigward l-impjant għat-tisfija tad-dranaġġ, il-Ministeru qed jagħmel eżerċizzju biex jara kif ikompli jtejjeb il-kwalita' ta' l-ilma li qed jiġi prodott mill-impjant u li qed jintuża għall-agrikoltura.

Wied il-Għajn — Materjal ta' kostruzzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1057 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir it-tindif tal-materjal ta' kostruzzjoni li kien intefa' fil-qasam li jiġi wara r-razzett tal-ħbiberija u l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ġewwa Marsascala?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-materjal li hemm wara r-Razzett tal-Ħbiberija m'huwiex tal-kostruzzjoni iżda skart imħallat mgħotti bit-terrapien, għaliex bejn l-1974 u l-1979 dan il-post kien jintuża bħala miżbla. Għalhekk, qabel ma wieħed jiddeċiedi jekk iċaqlaqx dan il-materjal jew le irid jara x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi minħabba l-inkonvenjent li jista' jinħoloq għar-residenti tal-viċin.
Leg 10 PQ #1540 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel indipendenti — Miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-iskejjel indipendenti li nfurmaw lid-diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li se jgħollu l-miżati għas-sena skolastika li jmiss? Kemm kienu l-miżati s-sena li għaddiet għal kull skola separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1541 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Ħaddiema barranin jaħdmu b'mod illegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1001, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar ħaddiema barranin li kienu qed jaħdmu ilegalment kif spjegat fl-istess mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1305 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Cluster schools

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara ċertu dikjarazzjonijiet li saru, x'inhi l-politika jew il-mira tal-gvern dwar il-cluster schools? Saru xi studji dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-Programm Elettorali tal-Gvern, fil-qosor imma b'mod ċar, infissru l-miri ta' l-iżviluppi li qed naħdmu fuqhom biex intejjbu l-kwalita' ta' l-esperjenza edukattiva tal-poplu tagħna. Hemm ukoll ħjiel ċar tal-ħsieb tal-Gvern fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' dan il-Parlament. F'dawn l-aħħar ġimgħat jiena mexxejt djalogu intern ma' l-ogħla awtoritajiet fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bl-iskop li nevalwaw b'mod kritiku il-proposti tal-Gvern f'dan il-qasam. Dan id-djalogu tefa' dawl aktar ċar fuq id-diversi kwestjonijiet li jiġu analizzati biex jitfassal dokument li jservi ta' bażi għal djalogu nazzjonali li jkun jista b'mod jsir kemm jista' jkun informat. F'dan il-proċess iridu jiġu eżaminati, fost kwestjonijiet ohra:- 1) X'mizuri jistgħu jittieħdu biex tigi eliminata l-frammentazzjoni fil-proċess edukattiv mill-eta' bikrija sat-temm ta' l-iskola sekondarja biex dan ikun wieħed progressivament kontinwu? 2) X'jista' jsir biex ikun hemm sens ta' ownership ta' dan il-proċess sħiħ u min ser ikun responsabbli għalih fil-livell ta' l-iskejjel? 3) X'tifsira ser nagħtu lill-awtonomija ta' l-iskejjel, x'timplika, u kif ser tiġi implimentata b'mod kontabbli u verifikabbli? 4) Xi skala ta' ekonomija hi meħtieġa biex jigi faċilitat dan l-iżvilupp? S'issa inħaseb il-kunċett ta' Schools Cluster. X'ifisser dan, u fil-prattika u loġistikament kif jista' jigi implimentat fil-kuntest tan-nisġa ta' skejjel pubbliċi li diga' għandna? 5) X'mizuri oħra jeħtieġ ikomplu jittieħdu biex il-miri tal-Kurrikulu Nazzjonali jintlaħqu bi kwalita aħjar fost l-usa firxa ta' tfal possibbli? Bħalissa qed jigu riċerkati dawn u kwestjonijiet oħra. Il-ħsieb tiegħi hu li nsieħeb lil dawk kollha nvoluti w interessati, inkluż naturalment l-Oppożizzjoni, sa mill-bidu tal-proċess ta' djalogu biex dak li jiġi żviluppat ikun kemm jista' xogħol żviluppat kollettivament bl-aktar firxa ta' kunsens possibbli.
Leg 10 PQ #1306 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Seniority ta' instructors u teachers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1087 li saret lill-Prim Ministru u cioe' kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti, jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed jagħmel il-ministeru tiegħu fir-rigward ta' l-instructors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-prassi sal-lum hija li l-uffiċjali fil-grad ta' 'Teacher' huma senior għall-uffiċjali pubbliċi fil-grad ta' 'Instructor', irrispettivament minn jekk min hu instructor għandux warrant permanenti jew temporanju. Huwa maħsub li jsiru diskussjonijiet mal-Unions konċernati sabiex jintlaħaq ftehim sodisfaċenti għal partijiet kollha.
Leg 10 PQ #1307 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Seniority ta' instructors u teachers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1087 u cioe' jista' il-Prim Minsitru jgħid kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi skond Sezzjoni 1.3.10. (b) (ii) tal-“Public Service Management Code” jekk żewġ uffiċjali huma fl-istess grad jew fi gradi ekwivalenti l-anzjanita tiġi determinata skond id-data tal-ħatra.
Leg 10 PQ #1308 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Tracer studies dwar il-gradwati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux it-tracer studies simili għal dak li kien sar fl-1999 dwar il-gradwati u n-nuqqas ta' xogħol fost il-gradwati? Jekk saru dawn it-tip ta' studji, jista' ipoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra għas-snin 2001 u 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Istudents Advisory Service Unit fl-Universita' ta' Malta kien għamel studju estensiv dwar il-gradwati tas-sena 2000. Ir-rapport 'A Study of the Outcome of Graduates 2000 in the Job Market' tlesta fl-Lulju 2001. Ir-rapport dettaljat ħafna kien ilaħħaq madwar 450 pagna. Ser ngħaddi kopja ta' l-Executive Summary lill-Onor. Membru għall-informazzjoni tiegħu. Studju ieħor dwar il-gradwati tas-sena 2002 qiegħed fi stadju avvanzat qabel il-pubblikazzjoni fil-ġejjieni qrib.

Malta song festival — Membri

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Malta Song Festival? Għalkemm ġew maħtura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat il-Ġdid tal-Malta Song Festival għadu jrid jiġi kostitwit.
Leg 10 PQ #1337 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġett tal-Home Economics

Question

Minħabba li numru ta' ġenituri semgħu li mhux se jiġi offrut is-suġġett tal-Home Economics fil-form 1 bħala option subject minkejja li uliedhom li jinsabu fil-year 6 għażluh, jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux minnu jew le? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb fuq il-Home Economics fil-livell sekondarju u jekk hemmx il-ħsieb li dan isir xi care subject?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma hux minnu li l-Home Economics mhux ser jiġi offrut bħala option subject għal dawk li għażluh fil-Year 6 tal-Primarja. F'dan l-istadju fil-livell sekondarju, il-ħsieb huwa li l-Home Economics jibqa' jiġi mgħallem kif kien matul dawn l-aħħar snin.