Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti, subien u bniet separatament, li f'din is-sena skolastika qed jattendu l-Junior College u l-iskola Sekondarja Għolja fin-Naxxar? Kemm daħlu f'dawn l-iskejjel din is-sena għall-ewwel darba? Kemm kien hemm studenti kemm fil-Junior College kif ukoll in-Naxxar li telqu qabel ma bdiet din is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika proviżorja dwar studenti li jattendu l-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar hi hekk:-
Subien 551
Bniet 794
In-numru ta' studenti li daħlu f'din l-iskola għall-ewwel darba din is-sena huwa ta' 1037.
In-numru ta' studenti li telqu mill-iskola qabel il-bidu ta' din is-sena skolastika huwa kif ġej:
Sena Revision Course 262
Sentejn A/O Course 234 (numru minn dawn jinkitbu għall-MATSEC Course)
Sentejn MATSEC Course 130
In-numru ta' studenti fl-ewwel sena li qed jattendu fil-Junior College f'din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 684
Bniet 979
Total 1663
Studenti fit-tieni sena li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 601
Bniet 790
Total 1391
Studenti fl-ewwel u t-tieni sena flimkien li qed jattendu fil-Junior College din is-sena huwa kif ġej:-
Subien 1285
Bniet 1769
Total 3054
In-numru ta' studenti li daħlu fil-Junior College din is-sena għall-ewwel darba -
1510
In-numru ta' studenti li telqu mill-Junior College qabel ma bdiet din is-sena skolastika -
375
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti, subien u bniet separatament, li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell ta' sixth form? Jista' jeleneka l-iskejjel u n-numru ta' studenti f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' studenti li qegħdin jattendu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti fil-livell ta' Sixth Form huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja Subien Bniet Total
St. Aloysius College 222 214 436
De La Salle College 101 107 208
Skejjel Indipendenti Subien Bniet Total
St. Edwards 67 11 78
Verdala International 28 26 54
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti fil-livell sekondarju? Jista' jagħti l-lista' ta' skejjel u kemm qed jattendu f'kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet lil skejjel indipendenti u dawk tal-knisja biex isir teacher training fl-iskejjel tagħhom? Liema huma dawn l-iskejjel? Jista' jgħid kemm minnhom aċċettaw? F'liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx irċieva xi talba mill-kappillan jew mill-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar għal għajnuna ta' xi tip jew ieħor marbuta mar-restawr u l-ftuħ mill-ġdid tal-Mużew li jinsab fl-istess parroċċa biswit is-Santwarju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li fl-1999 kienet saret talba lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni biex tingħata għajnuna finanzjarja biex isir xogħol ta’ tiswija tas-saqaf ta’ dan il-Mużew.
Fis-sena 2000 kienet saret talba biex tingħata allokazzjoni alternattiva għall-esibiti tal-Muzew sakemm isir ix-xogħol.
Minkejja li kienu saru laqgħat bejn il-partijiet konċernati, dawn il-laqgħat ma tawx riżultati pożittivi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fil-livell sekondarju? Kemm huma bniet u kemm huma subien? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif dwar in-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fil-livell sekondarju (Estimated Population) ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hux maħsub li jkun hemm xi bidla fil-policy tal-Gvern li jqassam kotba b'xejn fl-iskejjel statali? Jista' jgħid jekk kellux rapporti ta' skejjel li qassmu karti sabiex jinxtraw kotba mill-iskola stess? Jekk iva, liema kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Policy li biha miexi id-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huwa li fl-iskejjel statali jitqassmu l-kotba b'xejn kif dejjem ġara.
Il-Policy preżenti hi li l-Gvern iqassam kotba li jixtri hu għall-maġġoranza assoluta tas-suġġetti. Fil-każ tal-kotba tax-xjenza u tal-letteratura Ingliża - Forms 1 - 3 u Letteratura Taljana Forms 4 u 5 huma l-iskejjel li jqassmu l-kotba għaliex il-Gvern jagħtihom flus biex jagħmlu hekk.
Fil-każ tal-Forms 4 u 5, English Literature Text books hija l-policy tal-Gvern li l-kotba jinxtraw mill-istudenti għaliex is-sillabu jinbidel kull sena. Fil-passat xi skejjel kienu jordnaw dawn il-kotba u jitolbu il-flus mingħand l-istudenti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1303, peress li l-klawsola 2.5.3. ta' l-imsemmi ftehim kollettiv tipprovdi għal ħames kapijiet, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li dan il-proċess jitkompla sa l-aħħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa ma hemmx vakanzi fil-grad ta' Kap ta' Skola, Skejjel tas-Snajja.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1295 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' jgħid jekk l-Uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlux żjarat regolari fid-discos u postijiet ta' divertiment biex ikun żgurat li l-viti ta’ l-ilma huma miftuħa għall-kumdita` tal-klijenti kif titlob il-liġi? Kemm saru spezzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Lulju?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-Saħħa l-liċenzji tal-Pulizija għal discotheques and party halls qed jiġi impost fuqhom li għandhom jipprovdu tal-inqas żewġ "drinking fountains" li jridu jkunu aċċessibbli għal kull min jattendi u jridu jkunu bla ħlas. Daparti tal-pulizija matul dawn l-attivitajiet jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji sabiex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet tal-liċenzja qed jiġu miżmuma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gradwati qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru? X'inhuma l-etajiet tagħhom? X'inhuma d-degrees li għandhom? Liema huma x-xogħlijiet li qed jirreġistraw għalihom? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għall anqas minn sitt xhur? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għal aktar minn sitt xhur? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw għal sena jew aktar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, fl-aħħar ta' Settembru 2003 kien hemm 112-il persuna gradwata li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti (Part 1).
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' degrees li għandhom dawn il-gradwati flimkien ma' tabella li turi l-gruppi ta' l-eta' li jaqgħu fiha dawn il-gradwati, għal liema tip ta' xogħol dawn kienu qed jirreġistraw u jekk ilhomx jirreġistraw inqas minn sitt xhur, aktar minn sitt xhur u għal aktar minn sena rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-iskola primarja B fiż-Żejtun hemmx xi għalliema nieqsa fil-year 6 u li b'konsegwenza ta' hekk ma saritx it-tieni klassi tar-repeaters? Veru li f'din l-istess skola fis-sena skolastika li għaddiet u fil-bidu ta' din is-sena skolastika hemm għalliema li ħadet sick leave fit-tul? Ser jittieħed xi rimedju għal din is-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li hemm għalliema nieqsa fl-iskola taż-Żejtun 'B'. F'din l-iskola hemm żewġ klassijiet tal-Year 7 (Year 6 repeaters), u qatt ma kien il-każ li ma tinfetaħx xi klassi minħabba nuqqas ta' għalliema.
L-għalliema li kienet nieqsa fil-bidu tas-sena, mhix l-istess waħda li kienet fuq sick leave is-sena skolastika li għaddiet.
Persuni li għamlu użu mill-internet għall-pedofelija — Investigazzjonijiet mill-pulizija
Question
Wara l-investigazzjonijiet twal li saru mill-pulizija Ġermaniża tħabbar li persuni f'aktar minn 156 pajjiż inqabdu jużaw l-internet għall-pedofelija, jista' il-Ministru jgħid kienx hemm kuntatt mal-pulizija Maltija f'din l-investigazzjoni? Hemm Maltin involuti? Jekk fl-affermattiv, kemm u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-Pulizija Ġermaniża għamlet kuntatt mal-Pulizija Maltija dwar l-investigazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Pazjenti li qed jintbagħtu barra l-pajjiż għal diversi operazzjonijiet
Question
Peress li l-gvern Ingliż qed jibgħat pazjenti barra minn pajjiżu għal operazzjonijiet tal-qalb u tal-hip, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet biex dawn jintbagħtu wkoll Malta, speċjalment wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, għalkemm mhux neċessarjament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li sa issa ma kien hemm ebda taħditiet formali.
Meta prodotti agrikoli jiġu esportati, bħall-patata u basal, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn jiġux graded? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux se jibda jsir għal prodotti li jinbiegħu lokalment? Il-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropea tesiġi dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-prodotti li jiġu esportati jiġu ‘graded’ skond it-talba tal-importaturi barranin. Uħud mill-prodotti li jinbiegħu lokalment se jibdew jiġu ‘graded’ meta tinbena l-‘grading station’.
L-Onor Interpellant jaf tajjeb li l-politika agrikola ta’ l-Unjoni Ewropeja hi waħda msejsa fuq il-kwalita’. Għaldaqstant hemm ‘marketing standards’. Kull Stat Membru hu mistenni li jimplimenthom fl-interess tal-produttur, għal dħul aħjar, u għall-konsumatur li jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu fuq livell ta’ kwalitá.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qegħdin jattendu l-kindergarten ta' l-Istat? Kemm minnhom bdew f'Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfal li mistenni jattendu l-kindergarten ta' l-Istat f'Ottubru huwa previst li jkun hemm 4,444 tfal f'Malta u 351 tfal f'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat? Kemm huma subien u kemm bniet? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji ta' l-Istat (Estimated Population) huwa dan:
Subien Bniet Total
Malta 9461 8157 17618
Għawdex 927 861 1788
10388 9018 19406
Jista' il-Minsitru jgħid x'kienet ir-raġuni li meta numru ta' skejjel talbu lit-taqsima tal-eżamijiet tal-Universita' biex jintbagħtulhom ir-riżultati kollha ta' l-istudenti tagħhom li qagħdu għall-MATSEC u SEC ta' Mejju/Ġunju li għadda, din it-taqsima wieġbet li ma setgħetx tagħmel dan qabel l-aħħar ta' Settembru? Jista' jgħid jekk dawn issa ntbagħtux?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika li turi r-riżultati ta' l-istudenti li resqu għall-eżamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola skola skola ma setgħtex tintbagħat fl-iskejjel f'Awissu minħabba xogħol ieħor ta' preparazzjoni li kien qed isir għall-eżami ta' Settembru li ngħata prijorita'. L-istatistika issa ntbagħtet lill-iskejjel kollha.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1106 dwar assenteiżmu mill-iskejjel sekondarji tal-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l- medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat matul is-sena skolastika li intemmet huwa kif jidher f'din it-tabella:-
Percentage Absenteism Secondary Schools
Sep-02 4.28%
Oct-02 8.94%
Nov-02 8.66%
Dec-02 11.60%
Jan-03 8.71%
Feb-03 10.20%
Mar-03 13.50%
Apr-03 11.50%
May-03 10.70%
Kienet l-aktar għolja fl-Iskola ta' l-Agrikoltura Danny Cremona u fl-Iskola sekondarja tal-Bniet Fra Diedo Bobanno.
Kienet l-aktar għolja fl-iskola Danny Cremona, School of Agriculture u Fra Diego Bonanno, Girls School, li jinġabru fihom kategoriji partikolari ta' tfal minn Malta kollha.