Jista' l-Ministru jghid kemm kien hemm ghalliema li dahlu jghallmu ghall-ewwel darba din is-sena? Min huma? X'inhu s-suggett li qed jghallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' għalliema ġodda mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal din is-sena skolastika sal-Ġimgħa 24 ta' Ottubru 2003, huwa hekk:
Għalliema fil-livell primarju - 52 Għalliema Regolari
Activity Teachers - 11
Għalliema fil-livell sekondarju: - 52 Għalliema Regolari fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Bioloġija, Computer, Ingliż, Franċis, Ġeografija, Storja, Home Economics, Information Technology, Integrated Science, Taljan, Edukazzjoni Fiżika, Personal & Social Development, Fiżika u Studju Soċjali.
12-il Supply Teacher fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Bioloġija, Home Economics, Fiżika, Mużika.
Mhix il-prattika li jingħataw l-ismijiet.
Jista' l-Ministru jgħid, għalkemm huwa aċċettat li l-iskejjel tal-Knisja jitolbu donazzjonijiet mill-ġenituri, għaliex ma jintqalx fiċ-ċirkolari mibgħuta lill-ġenituri li dawn huma volontarji? Jaf il-Ministru li skola minnhom (dettalji tagħha under separate cover) f'dawn il-ġranet bagħtet ċirkulari lill-ġenituri fejn talbithom Lm 90 kull term u talbithom ukoll biex jekk jista' jkun iħallsu s-somma ta' sena kollha f'daqqa? Ma jaħsibx il-Ministru li metodu bħal dan la huwa ġust u wisq aktar ma jħallix lok għall-volontarjeta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Minkejja kif tkun formulata ċirkulari jew oħra, il-ġenituri għandhom dritt jeżiġu li d-donazzjonijiet huma volontarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li huma lura sew fil-kontijiet taghhom tat-telefon u li allura l-MALTACOM se tkun kostretta li (a) taqta' s-servizz ghal kollox, jew (b) tirrestrinġi s-servizz billi ma jkunux jistgħu jsiru telefonati minn dawn id-djar? Jista' jagħti d-dettalji għal Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Maltacom — Kontijiet mhux imħallsa - Kumpanniji kummerċjali/Għaqdiet/Organizazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji kummerċjali/għaqdiet/organizazzjonijiet oħra li ma ħallsux il-kontijiet tat-telefon tagħhom għal żmien twil u b'hekk ittieħdu jew ser jittieħdu passi kontrihom kif jiġri lill-familji li ma jħallsux il-kontijiet għal xi żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 1130.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1001, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dwar ħaddiema barranin li kienu qed jaħdmu ilegalment kif spjegat fl-istess mistoqsija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Compliance Unit ta' l-E.T.C. ma tidħolx fil-mertu ta' kemm jitħallsu l-ħaddiema, la dawk barranin u lanqas dawk Maltin. Dan huwa kompitu tad-Dipartiment ta' l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali. Dwar il-kummenti li saru fuq Capital Radio, ma rriżultax min kien il-kuntrattur, il-post u meta saret din l-allegazzjoni li saret riferenza għaliha.
Kemm kienet il-Youth Labour Supply (16-24 sena) fil-31 ta' Awissu, 2003? Kemm minn dan in-numru ta' żgħażagħ, f'din id-data, kienu tfajliet, u kemm kienu ġuvintur? Kemm kienet il-Labour Supply totali fl-istess ġurnata? Kemm kienu dawk iż-żgħażagħ ta' din l-eta' (maqsumin fi tfaljliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu qegħdin jaħdmu f'din id-data?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għandha il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, il-Youth Labour Supply (16-24) kien ta' 26,669 li 15,097 kienu rġiel filwaqt li 11,572 kienu nisa. In-numru ta' dawk li kienu qegħdin jaħdmu f'Ġunju 2003 kien ta' 24,623 li 13,691 kienu rġiel filwaqt li 10,932 kienu nisa.
Youth Labour Supply — Ħaddiema mal-Gvern u Korpi Gorvernattivi
Question
Kemm mill-Youth Labour Supply (16-24 sena) fit-31 ta' Awissu, 2003 (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) kienu qegħdin jaħdmu mal-Gvern u Korpi Governattivi; fil-manifattura, turiżmu, servizzi finanzjarji, servizzi oħra, bejgħ (retail), kostruzzjoni, biedja, sajd, setturi oħrajn? Liema kienu l-aktar għaxar (10) xogħlijiet (Occupations) li kienu jaħdmu fihom dawn iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)? Kemm kienu ż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-Youth Labour Supply li kienu/huma self-employed? F'liema oqsma kienu/huma jaħdmu bħala self employed? Kemm kien hemm żgħażagħ ta' l-eta' msemmija (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qegħdin fi skema ta' apprendistat fid-data msemmija? Liema kienu dan l-iskemi, u kemm kien hemm f'kull skema (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur)?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, il-Youth Labour Supply (16-24) kien ta' 26,669 li 15,097 kienu rġiel filwaqt li 11,572 kienu nisa. Mehmuż issib tabelli li juru il-labour supply għal dawn iż-żgħażagħ f'irġiel, nisa u total. It-tabelli juru wkoll f'liema settur kienu qed jaħdmu jekk kienux self-employed, jekk jaħdmux fis-settur privat jew jekk jaħdmux fis-settur pubbliku.
Tabella B turi liema kienu x-xogħolijiet li kienu jaħdmu fihom dawn iż-żgħażagħ maqsumin f'irġiel u nisa. It-tabella turi wkoll kemm kien hemm apprendisti rġiel u nisa f'kull skema li diġa' qed jagħmlu it-taħriġ tagħhom fil-post tax-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) mill-youth labour supply li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fil-31 ta' Awissu, 2003? Liema kienu dawk ix-xogħlijiet li kienu qed jirreġistraw għalihom iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) bla xogħol? X'kien il-livell edukattiv ta' dawk iż-żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sitt xhur u x'kien il-livell edukattiv tagħhom? Kemm kien hemm żgħażagħ (maqsumin fi tfajliet u ġuvintur) li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal mill-anqas sena u x'kien il-livell edukattiv tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għandha il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Ġunju 2003, in-numru ta' żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-24 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 2,046 li 1,406 kienu rġiel filwaqt li 640 kienu nisa.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru għal liema xogħol kienu qed jirreġistraw, x'livell ta' edukazzjoni kellhom u kemm kien ilhom jirreġistraw.
Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel tal-Knisja, mill-kindergarten sas-6 th form, kemm hemm studenti barranin li qed jattendu? Minn fejn huma u f'liema livelli jattendu? Jista' jgħid kemm iħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm studenti barranin li jattendu skejjel indipendenti? F'liema livelli u minn fejn huma? X'inhu l-ħlas li dawn jintalbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1542, ngħarraf lill-Ministru li kont qed nagħmel referenza għal-eżami tar-Reliġjon fil-livell SEC ta' Mejju/Ġunju li għadda u għaldaqstant jista' il-Ministru jwieġeb f'dan is-sens?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fir-riżultati ta' l-eżami ta' Mejju tar-Reliġjon fil-livell tas-SEC ġew ippublikati disa' (9) riżultati ħżiena, li kienu fi blokk wieħed, minħabba żball aċċidentali tal-computer. Dawn l-iżbalji kienu rranġati qabel ma ntalbet reviżjoni tal-karti mill-kandidati konċernati. Kien hemm ukoll ħames (5) żbalji aċċidentali tal-computer fl-eżami ta' Mejju tal-Malti fil-livell tas-SEC.
Meta wieħed iqis li wara l-eżamijiet tal-MATSEC ta' Mejju b'kollox ġew ippublikati 62,367 riżultat, l-iżbalji kienu jammontaw għal 0.02 fil-mija tar-riżultati kollha.
Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm sewa lill-pulizija biex jibgħatu emigranti llegali lura lejn pajjiżhom? F'liema pajjiżi ntbagħtu u kemm intbagħtu lura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ntefqu Lm81,905.10 sabiex jiġu ripatrijati 445 persuna li b`xi mod instabu li kienu f`Malta illegalment. Dawn kienu kif ġej:
Algeria
1
Italy
5
Romania
1
Bulgaria
3
Karthoum
5
Russia
7
Canada
1
Latvia
1
Senegal
4
China
1
Lebanon
1
Syria
1
Chisinau
1
Libya
23
Tbilisi
2
Dhuka
11
Mali
2
Tunisia
1
Egypt
212
Mauritania
1
Turkey
1
Ethipoia
1
Mongolia
5
Ukrania
5
Germany
1
Morocco
45
United Kingdom
1
Ghana
82
Nigeria
11
Yugoslavia
3
India
1
Pakistan
5
Jista' il-Ministru jgħid jekk kinitx ittieħdet deċiżjoni dwar il-bżonn li dawk imsejħa bouncers u li jkunu fil-postijiet tad-divertiment, jiġi liċenzjati u b'hekk ikun żġurat li jkunu wkoll ta' kondotta tajba? Jaqbel il-Ministru li dawn in-nies għandhom jingħataw taħriġ speċifiku dwar kif għandhom jaġixxu?
Marsa — Skola San Ġugħepp Ħaddiem - Riħa ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu sabiex il-problema ta' riħa qawwija kkawżata mid-drenaġġ ħdejn l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa tiġi solvuta kompletament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap Taqsima Infrastruttura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħa azzjoni mmedjata fuq rapport li rċieva mill-Principal Health Inspector tad-Diviżjoni tas-Saħħa billi spezzjoni is-sit flimkien man-nies tiegħu. Ġie stabbilit li l-irwejjaħ tad-drenaġġ kienu kaġunati minħabba li parti mill-pompi ta' l-ilma tad-drenaġġ fl-arja ta' madwar l-iskola soffrew ħsara minħabba l-maltemp.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet informata b'dan mingħajr telf ta' żmien b'ittra formali biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa b'ħidma u koperazzjoni sħiħa maċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-aħħar protokoll Taljan liċ-Ċentru Malti għar-Restawr? Jista' jgħid ukoll dawn kif ser jintużaw?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-flus li ħa ċ-Ċentru Malti għar-restawr mill-aħħar protokoll kien jammonta għal Lm 424,266.
Dawn il-fondi intużaw sabiex jinxtara apparat neċessarju sabiex iċ-Ċentru seta’ jiffunzjona.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Universita' fil-preżent teżistix sitwazzjoni fejn l-istudenti jkollhom ibiddlu l-lecture room minħabba li jkun meħtieġ li din tintuża minn ħaddieħor? Jista' jgħid f'liema fakultajiet din is-sitwazzjoni teżisti? X'qed isir fil-preżent sabiex din il-problema ta' l-ispazju tiġi solvuta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sakemm mhux għax ikun sar xi żball is-sitwazzjoni deskritta mill-Onor. Membru mhux suppost tinqala'. Mhux magħruf li f'xi Fakulta' dan jiġri spiss u meta jiġri aktarx ikun fl-ewwel ġimgħa/ġimgħatejn tas-simestru. It-tqassim tal-lecture rooms isir minn Scheduling Office u jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs tal-klassi u t-timetable ta' l-istudenti li jkunu rreġistraw għal dik il-klassi.
Is-sitwazzjoni ta' l-ispazju hi moniterjata regolarment fid-dawl tan-numru ta' studenti u varjeta' ta' korsijiet li dejjem jiżdiedu. Meta jkun hemm il-ħtieġa l-Universita' tfassal pjanijiet u titlob fondi biex jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn. Dan kif jidher mill-programm ta' bini li sar fl-Universita' dawn l-aħħar ħmistax-il sena.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema jew instructors li qed jgħallmu suġġetti li m'humiex kwalifikati fihom? Jekk qed isir hekk, dan huwa skond dak espress il-Kurrikulu Nazjonali? Jaħseb li dan huwa fl-aħjar interess ta' l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tagħrif dwar l-għalliema u l-instructors li qed jgħallmu suġġetti differenti minn dawk li daħlu għalihom hu kif ġej:-
Skola X'suggett qed X'suġġett suppost
jgħallem jgħallem
Agius De Soldanis
Victoria Tech. Design Art
Lily of the Valley
GSS - Mosta Ingliż lit-tfal batuti Technical Design
Naxxar Higher Sec. Sociology Maltese/Philosophy
Ġuże' Galea
BSS - Qormi PSD Reliġjon
M'Assumpta
GSS - Ħamrun Reliġjon Textiles
San Franġisk d'Assisi
BSS - Sta. Venera Technology Educ. Electrical Installation
Vincenzo Bugeja
BSS - Sta. Venera Studju Soċjali Ġeografija
Lathe Working Graphical
Bench Filling Communication
Carlo Diacono
GJL - Żejtun History u Geography History
Reliġjon u P.E. Reliġjon
Ġejt assigurat li f'dawn it-tmien każi murija fit-tabella, kull wieħed jew waħda mill-għalliema jew instructors għandhom il-kapaċita' neċessarja sabiex jgħallmu il-materja fdata lilhom fil-livell indikat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew insturctors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.