Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2410 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Ingaġġ ta' periti ħall-xoħlijiet

Question

Jista' l-Minstru jispjega kif iċ-Chairman tal-Fondazzjoni ngaġġa lill-Perit Robert Musumeci sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola ta’ Ħal Safi, kif ingaġġa lill-Perit Paul Camilleri sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola ta’ Marsaxlokk u kif ingaġġa lill-Perit Godwin Zammit sabiex iddisinja u applika quddiem il-MEPA għall-bini ta’ sala fl-iskola tal-Gudja, meta kull sala tqum madwar nofs miljun lira, u ma jidhirx li hemm permessi mill-Ministeru tal-Finanzi għal dawn l-ingaġġamenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada segwiet il-proċedura adottata sa mill-1995 minn amministrazzjonijiet differenti u ingaġġat il-periti imsemmija wara sejħa pubblika li saret sabiex joffru servizzi ta' perizja. Informat ukoll li it-tlett periti imsemmija kollha għamlu is-sottomissjoni tagħhom għal din is-sejħa ta' expression of interest u għandhom l-esperjenza meħtieġa ta' preparazzjoni ta' disinji.

Periti — Bordijiet tad-DCC tal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li jservu fuq bordijiet tad-DCC tal-MEPA? Kemm hi r-remunerazzjoni ta’ dawn il-periti? Kull meta u fi x’ħin jiltaqgħu dawn il-bordijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Periti li qed iservu fuq il-bordijiet tad-Development Control Commission fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma : Commission A Ms Catherine Galea – Chairperson Ms Mariella Axisa Mr Andrew Ellul Mr Philip Mifsud Dr Conrad Thake Commission B Mr Carmel Ellul – Chairman Mr William Soler Mr Patrick Calleja Ms Elena Borg Costanzi Mr Paul Buhagiar Commission C Mr Paul Borg – Chairman Mr Saviour Borg Mr Joe Bondin Mr Nobert Gatt Mr John Ebejer. Bħala remunerazzjoni dawn il-periti jircievu : Chairpersons Lm 5,000 p.a. Membri Lm 3,000 p.a. Il bordijiet jiltaqgħu : Commission B tlett darbiet fil-gimgħa Commission A & C darbtejn fil-gimgħa u fl-aħħar gimgħatejn tax-xahar jiltaqgħu tlett darbiet fil-gimgħa.
Leg 10 PQ #2456 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jagħti b'mod dettaljat lista ta' direct orders li ngħataw mill-MCAST fis-snin 2001, 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li d-Direct Orders għas-snin imsemmija hu kif ġej:- 2001 2002 2003 Direct Orders LM30,818 LM118,707 LM20,427
Leg 10 PQ #2457 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Periti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' periti li ħadmu għall-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada fuq il-programmi tat-titjib fl-aċċessibilita', ta' l-ispazji rikreattivi u l-ischool audits u jgħid kemm tħallsu dawn il-periti f'kull każ minn Mejju 2001 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

FTS — Direct orders

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument li jawtorizza liċ-chairman tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, biex ikun jista' jagħti direct orders sa Lm2,500?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għoti ta' Direct Orders, anke fejn tidħol il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, huwa regolat mill-Avviż Legali Nru 70 ta' l-1996, li jistabbilixxi kif għandhom isiru l-akkwisti fis-Servizz Pubbliku.
Leg 10 PQ #2459 Sitting 63 2003-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

San Ġwann — Skola Madonna tal-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stat hu s-saqaf tas-sala ta' l-iskola Madonna tal-Mensija f'San Ġwann u jagħti garanzija li m'hemmx periklu jekk din tintuża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li is-saqaf tas-sala kien fiħ xi tfaqqieħ ta' konkosu li ġie ċċertifikat minn Structural Engineer fis-26 ta' Settembru 2003. L-Inġinier reġa' eżamina is-saqaf imnaddaf mit-tfaqqieħ tal-konkos u kkonferma fit-13 ta' Ottubru li ma kienx hemm għalfejn jinbidel is-saqaf. Xogħolijiet ta' tiswija ser isiru mill-Maintenance Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Pulizija — Patrol f' postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija li jkunu għassa f'lokalitijaiet ta' divertiment bħalma huma Paceville u Wied il-Għajn jieħdu azzjoni jekk jaraw tfal żgħar ta' 13,14 u 15-il sena jiġġerrew mat-triqat tard fil-għaxija jew kmieni fil-għodu speċjalment jekk ikunu xurbana? Ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-pulizija li tara li tfal ta' din l-eta' ma jitħallewx f'dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Kif naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant filwaqt li huwa d-dover tal-ġenituri li jieħdu kura ta` uliedhom, id-dover tal-Pulizija huwa li tħares il-bon ordni pubbliku. Għaldaqstant sakemm il-minuri ma jkunux qed jikkommettu xi ksur ta` liġi, mhux il-kompitu tal-Pulizija li trażżan il-moviment tagħhom, sakemm ovvjament ma jkunx jidher li tali persuni jkollhom bżonn ta` assistenza.
Leg 10 PQ #2405 Sitting 62 2003-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Edukazzjoni - Postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħmel id-diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex tħeġġeġ lill-ġenituri jieħdu aktar ħsieb it-tfal tagħhom u ma jħalluhomx jiġġerrew sa kmieni fil-għodu fit-triqat ta' postijiet ta' divertiment? Isiru laqgħat apposta għall-ġenituri tat-tfal ta’ l-iskejjel biex dawn jerfgħu r-responsabbilita' lejn uliedhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li waqt laqgħat għall-ġenituri organizzati mill-Kap ta' l-iskola fl-iskejjel jingħataw messaġġi ċari dwar ir-responsabilita' tal-ġenituri lejn uliedhom.

Maltapost — Ħaddiema li marru lura mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-Maltapost reġa' ġie trasferit mal-gvern wara l-ftehim li kien sar ftit xhur ilu? Kemm huwa n-numru totali li se jmorru lura mal-gvern? F'liema dipartimenti marru?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-numru totali ta' ħaddiema tal-Maltapost li reġgħu ġew trasferiti mal-gvern wara l-ftehim ta' ftit xhur ilu huwa ta' tmenin. Dan jista' jilħaq massimu ta' mija u sittin. Il-ħaddiema li reġgħu lura mal-gvern ġew allokati f'diversi dipartimenti. Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija , dan it-tagħrif jista' jinkiseb mil-Management and Personnel Office fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Maltapost — Naxxar Road Ħal Lija

Question

Jista' l-Ministru jara s-sitwazzjoni tal-post il-ġid tal-Maltapost f'Naxxar Road Ħal-Lija, wara li rċevejt diversi lmenti minn ħaddiema dwar il-kondizzjoni fejn ġew trasferiti sitt taqsimiet tal-Posta, fosthom dawk tan-Naxxar, ta' Birkirkara, Ħal-Balzan, eċċ? Jaf il-Ministru li hemm mal-mitt ħaddiem jaħdmu hemm hekk f'bini twil qisu maħżen fejn m'hemmx tieqa waħda u l-uniku ftuħ huwa l-bieb ta' barra? Għalkemm jidher li hemm apparat għall-arja kundizzjonata dan mhux imqabbad minkejja li l-ħaddiema ilhom jaħdmu fil-post mat-tliet ġimgħat? Jista' jara li ssir xi ħaġa malajr biex tittaffa din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Hub il-ġdid tal-Maltapost f'Ħal-Lija, li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ġie ċertifikat minn inġinier kompetenti bħala tajjeb mill-perspettiva ta' saħħa u sigurta'. In-numru totali ta' ħaddiema li se jkun hemm f'dan il-Hub huwa ta' sittin. Jien infurmat ukoll li l-apparat ta' l-arja kundizzjonata f'dan il-Hub qed jiffunzjona b'mod sodisfaċenti.
Leg 10 PQ #2408 Sitting 62 2003-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-organigramma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada kif kienet fl-1 ta’ Settembru 2003, li turi l-pożizzjoni ta’ dawk il-persuni ordinarjament impjegati jew li kienu impjegati mill-Fondazzjoni, dawk il-persuni mislufa minn xi dipartiment tal-Gvern ieħor, konsulenti u temping staff? X’ kienu qed jagħmlu t-temping staff? Ma’ liema kumpanniji saru l-arranġamenti għat-temping staff? Kemm kien il-ħlas totali li sar għal temping staff ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2409 Sitting 62 2003-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada tagħżel perit jew professjonist biex jagħmel xi biċċa xogħol, u mhux ieħor? Fuq liema skala jitħallsu dawn il-periti jew professjonisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada wżat is-servizzi ta' diversi periti jew professjonisti fuq firxa kbira ta' proġetti, wara sejħa pubblika ta' expression of interest. Il-Fondazzjoni fl-operat tagħha ingaġġat diversi periti skond l-expertise, esperjenza u kapaċita' ta' riżorsi biex titwettaq xi biċċa xogħol. F'ċerti każi, periti li kienu ġew ingaġġati mill-kunsilli lokali fi skejjel primarji qabel twaqqfet l-FTS komplew jagħtu s-servizzi tagħhom lill-FTS. Il-periti jitħallsu somma pre-stabbilita fuq assignments bħal audits tekniċi ta' l-iskejjel u fuq ċerti proġetti huwa obbligatorju li jiġu segwiti it-tariffi kif stabbilita f'Tariffa K, li tirregola il-ħlas dovut għall-perizja.

Kumpless Sportiv tal-Kottonera — Ħaddiema - Sigurta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-kumpanija tas-sigurta` li tissupplixxi n-nies biex jieħu ħsieb il-kumpless sportiv tal-Kottonera bil-lejl? Kif intgħażlet? Kemm titħallas? Għal kemm żmien huwa l-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kumpanija li tissupplixxi n-nies biex jieħdu ħsieb il-kumpless sportiv tal-Kottonera bil-lejl hija JF Security. Din il-kumpanija ġiet magħżula wara li saret sejħa għall-offerti f’Marzu 2003. Ir-rata tal-ħlas hija ta’ Lm 2.07 fis-siegħa. Is-servizz huwa sa l-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena. Diġa ttieħdu passi biex tinħareġ sejħa għall-offerti fil-Gazzetta tal-Gvern. Din is-sejħa għalqet fid-19 ta’ Novembru.

Postijiet Storiċi/Sportivi — Għasses - Kumpanniji privati tas-sigurta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet storiċi/sportivi, eċċ li huma taħt ir-responsabbilita' tal-ministeru tiegħek li huma bin-nhar u/jew bil-lejl mgħassa min kumpanniji privati tas-sigurta'? Jista' jagħti d-dettalji f' kull każ ta' liema huma l-kumpanniji, kif intgħażlu u kemm qed jitħallsu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Grading tal-prodotti agrikoli Maltin — Esportazzjoni

Question

B' referenza għall-mistoqsija numru 1794, jista' l-Ministru jgħid kif ma jsirx grading tal-prodotti agrikoli Maltin meta dan diġa` qed issir għall-esportazzjoni? Liema huma l-prodotti li qed jiġu graded għal barra? Fejn isir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-patata li tiġi esportata tiġi ‘graded’ fil ‘potato grading station’ f’ Ta’ Qali. Il-‘grading’ tal-prodott lokali ser jibda jsir meta jitlestew il-‘grading stations’.

Impjant tal-grading tal-prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex isir impjant tal-grading tal- prodotti agrikoli kif imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 1794? Fejn hemm il-ħsieb li jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saru diskussjonijiet ma’ delegazzjoni Taljana sabiex jiġi deċiż in-numru ta’ ‘grading stations’ u l-lokalitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu jittlesta dalwaqt.
Leg 10 PQ #2402 Sitting 61 2003-11-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kampanja kontra t-tipjip — Be Smart don't Start

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett dwar it-tipjip 'BE SMART DON'T START' ta’ l-Unjoni Ewropeja se jsir biss fl-iskejjel tal-gvern? Kif huwa ppjanat li isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika il-programm 'BE SMART DON'T START' se jsir fl-iskejjel statali bħala programm pilota. Fis-sena ta' wara, l-iskejjel mhux ta' l-istat se jibdew jieħdu sehem f'dan il-programm. Il-'Health Behaviour Survey in School Age Children' (H.B.S.C., 2001) indika li tfal fl-eta' ta' Form III fl-iskejjel sekondarji jibdew iżidu fl-użu tat-tabakk. Għalhekk dan is-survey se jsir fl-iskejjel kollha statali sekondarji fejn l-għalliema tal-PSD sejrin jevalwaw dan il-proġett ma' din il-klassi kull ġimgħa biex jaraw x'se tkun l-attitudni ta' l-istudenti fuq it-tabakk. Se jsiru lezzjonijiet u attivitajiet oħra fuq dan il-proġett u fl-aħħar tas-sena naraw x'riżultat ikollna. Dan il-proġett qed jiġi żviluppat bejn l-għalliema tal-PSD fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-'Health Promotion Department' fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.

Kaċċa — Postijiet riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2003 kemm inqabdu nies jikkaċċjaw f'postijiet riservati fejn ma tistax issir kaċċa fihom? Jista' jgħid ukoll kemm kienu dawk li ma kellhomx liċenzja għas-senter u b'hekk ma setgħux jikkaċċjaw? F' liema postijiet inqabdu? F'kull każ ittieħdet l-arma? F'kull każ ittieħdu passi bil-qorti? Kemm minn dawk li nqabdu kienu taħt it-tmintax-il sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2003, kien hemm sitt persuni, kollha l`fuq minn tmintax-il sena, li nqabdu għal kaċċa f`postijiet fejn il-kaċċa mhix permessa. Ħadd minn dawn ma irriżulta li ma kellux liċenzja sabiex ikun jista` jġorr arma tan-nar għal skop ta` kaċċa. Il-lokalitajiet fejn dawn inqabdu kienu Raħal Ġdid, Buskett, Marsaxlokk u Salini. Inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra dawn is-sitt persuni, filwaqt li s-snieter ġew sekwestrati mill-Pulizija.
Leg 10 PQ #2354 Sitting 60 2003-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jikkonferma l-Ministru li minn din is-sena skolastika l-iskejjel ġew mogħtija struzzjonijiet sabiex in-numru ta' studenti fil-klassi jkun akbar u dan billi tnaqqsu n-numru ta' klassijiet, bħalma ġara fl-iskola primarja 'B' fiż-Żejtun u f'bosta skejjel oħra? X'inhi r-raġuni għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta' studenti fil-klassi huwa, u dejjem kien, kif miftiehem bejn il-Gvern u l-Union ta' l-Għalliema fid-diversi 'Agreements' li saru bejniethom, jiġifieri tletin (30) student fil-klassijiet Primarji u l-ewwel sentejn ta' skola Sekondarja jew Junior Lyceum u ħamsa u għoxrin (25) student fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames klassi ta' l-iskejjel tas-settur sekondarju. In-numru ta' tfal fil-Kindergarten I huwa ta' (15) ħmistax-il tifel u tifla u fil-Kindergarten II huwa ta' għoxrin (20). Fl-iskola primarja ta' Żejtun 'B' in-numru ta' studenti fil-klassijet huwa ferm inqas minn numri imsemmija aktar il-fuq (Average: Year 4 - 23, Year 5 - 25 u Year 6 - 27).