Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar rapport uffiċjali dwar l-istat tal-bini tal-palazz Vilhena fl-Imdina? Jista' ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li x-xogħol ta’ moniteraġġ fuq l-istat tal-Palazz Vilhena u l-inħawi ta’ madwaru sar mill-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura, għalhekk nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi żgurat li l-palazz Vilhena ma jkomplix jikkrolla u fiż-żmien jispiċċa fix-xejn? Minn fejn hu mistenni li jinġabu l-fondi għal dan il-għan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3205 għar-rigward il-parti teknika. Fir-rigward tal-fondi nista nassigura lil Onor. Interpellant li għadhom qed isiru studji dwar kif jistgħu jinstabu l-fondi meħtieġa.

Mdina — Palazz Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid minħabba l-istat perikoluż li jinstab fih il-palazz Vilhena fl-Imdina hemmx bini tal-privat li huwa wkoll fi stat ta' periklu direttament minħabba f'hekk? Liema bini hu? Min huma s-sidien? Saret xi konsultazzjoni bejn il-gvern u s-sidien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura hemm unit apposta li tieħu ħsieb strutturi perikolużi, għalhekk nitlob lil Onor. membru jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3169 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-MCAST li ħadmu matul is-sajf, l-ewwel qalulhom li se jitħallsu Lm36 f'Ottubru jew f'Novembru u issa ġew mgħarrfa li mhux se jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Għotjiet ta' Manteniment għall-istudenti huma speċifikati bil-liġi fl-Avviż Legali rilevanti u id-drittijet ta' l-istudenti huma ċari skond dawn ir-regolamenti. Informat li jirriżulta li s-sajf li għadda, numru ta' studenti ta' l-MCAST ħadmu għal xi ġimgħat. Iżda dan l-eżerċizzju ma kienx faċilitat mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti, kif ikun dak ta' l-istudenti universitarji, iżda mill-MCAST stess jien infurmat li bħalissa qed issir ħidma biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni.

Żejtun — Triq Tal-Barrani - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'żamm il-proċess tat-tendering għat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun? Jista' jgħid meta se jkun lest il-proċess ta' tendering ħalli x-xogħlijiet jibdew mill-aktar fis possibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi id-dokumenti neċessarji ntbagħtu lid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex tkun tista' tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti.
Leg 10 PQ #3171 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Instructors/għalliema

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2056 u cioe' kemm hemm għalliema jew instructors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandna xejn x'inżidu mat-tweġiba oriġinarjament mogħtija.
Leg 10 PQ #3200 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żjajjar fi ħwienet/canteens

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm saru żjajjar fi ħwienet/canteens fi skejjel ta' l-istat, indipendenti u dawk tal-knisja? F'liema skejjel saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li spezzjonijiet sanitarji fi ħwienet/tuck shops ta' skejjel mhumiex responsabbilta' diretta tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Spetturi sanitarji tad-Diviżjoni tas-Saħħa jieħdu ħsieb dawn iż-żjajjar.
Leg 10 PQ #3201 Sitting 76 2003-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bejgħ ta' junk food

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar bejgħ ta' junk food mill-ħwienet/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat f'din is-sena skolastika? Liema kienu dawn l-iskejjel u x'kien il-junk food? Kien hemm xi rapporti dwar skejjel indipendenti/tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm l-ebda rapport dwar bejgħ ta' 'junk food' fl-iskejjel ta' l-Istat. Fi skola waħda bdiet tinbiegħ iċ-chips iżda ittieħdu l-passi u dan twaqqaf fil-pront. Informat ukoll li is-sezzjoni tan-Non State Schools tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma kellha l-ebda rapport ta' bejgħ ta' 'junk food' minn skejjel tal-Knisja jew Indipendenti.

Attivita' tal-Young Enterprise — Żgħażagħ li nqabdu bid-droga

Question

Jikkonferma l-Ministru li waqt il-weekend imsejjaħ Take Off Weekend li sar f'Ħal Ferħ dan l-aħħar bħala parti ta' l-attivita' tal-Young Enterprise issejjħu l-pulizija meta nstabet id-droga għand xi żgħażagħ li kienu qed jattendu din l-attivita'? Jista' jgħid x'instab? Ittieħdu xi passi ulterjuri? Kemm kellhom żmien iż-żgħażagħ involuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-Pulizija dwar is-suġġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Persuni jonsbu llegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2003 kemm inqabdu nies jonsbu llegalment f'Malta u Għawdex? F'liema inħawi? L-apparat dejjem ġie kkonfiskat? Jista' jgħid ukoll jekk dawk li allegatament kisru l-liġi ittellgħux il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena nqabdu mill-Pulizija 24 persuna li b`xi mod kienu qed jonsbu llegalment. Dawn il-każi kienu fil-Magħtab, Bengħajsa, Mġarr, San Tumas, Raħal Ġdid, Ħal Miellieri, San Martin, Marsaxlokk, il-Bombi, Salini, Mqabba, Sta. Venera, Qawra, Qrendi, Żabbar u Rabat. Meta jinstab apparat ta` l-insib li l-użu tiegħu huwa projbit, dan jiġi elevat mill-Pulizija sabiex ikun esebit quddiem il-Qorti matul il-proċeduri kriminali. Il-persuni nvoluti ittellgħu, jew fil-każijiet riċenti għad iridu jittellgħu l-Qorti.

Postijiet ta' divertiment li ngħalqu fuq ordni tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 2003 kemm-il post ta' divertiment/bars, eċċ. ingħalqu fuq ordni tal-pulizija talli kienu qed jiksru l-liġi? Għal kemm-il jum? F'kull każ, x'kien dan il-ksur? F'liema lokalitajiet ingħalqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm bar wieħed fiż-Żejtun li ġie ordnat jagħlaq nhar is-16 ta` Novembru 2003 sakemm sar it-transfer tal-liċenzji nhar l-24 ta` Novembru 2003. Dan ġara wara li nstab li fil-bar kienet qed tindaqq mużika b`volum għoli u li l-bar kien qed ikun ġestit minn persuna mhux liċenzjata.

Postijiet ta' divertiment — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-liġi fuq l-alkoħol, jiġifieri dwar l-eta' minima taż-żgħażagħ li jistgħu jidħlu jixorbu f'bars u postijiet ta' divertiment fid-dawl tal-fatt li l-għaqda tal-ġenituri qed tiġbor il-firem biex tagħmel pressjoni biex tinbidel din il-liġi, speċjalment dwar il-bejgħ ta' flixken tax-xorb ħalli minn 16-il sena l-eta' togħla għal 18-il sena u dan peress li l-gvern ilu jistudja din il-materja għal aktar minn sena?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, qed jiġu ikkunsidrati diversi proposti għal kontroll aħjar tal-konsum u l-abbuż ta` l-alkoħol. Meta tittieħed deċiżjoni, isiru l-emendi neċessarji.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Persuni eliġibbli biex jivvutaw

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġi ta' dawk bejn it-18-il sena u l-25 sena li kienu eliġibbli biex jivvutaw u li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fis-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull lokalita' separatament?

Response (BORG, TONIO)

Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċċju Elettorali nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kunsilliera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilliera f'Malta u Għawdex li huma bejn it-18-il sena u l-25 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor. Interpellant. L-informazzjoni mitluba tista` tintalab mill-Kummissjoni Elettorali. Sadanittant il-Kunsilli Lokali ser jiġu mitluba jiġbru din l-informazzjoni pero` bħalissa diġa` qed jiddedikaw ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar informazzjoni mitluba b`referenza għal żewġ Mistoqsijiet Parlamentari oħra.
Leg 10 PQ #3082 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attakk terroristiku internazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Malta hux imħejjija għal possibbilta' ta' attakk terroristiku internazzjonali? Kien hemm kuntatti ma' pajjiżi barranin dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-servizzi ta’ l-emerġenza u tas-sigurta` ta’ Malta huma mħejjija biex jirreaġixxu għal ċertu tipi ta’ atti terroristiċi u biex jipprovdu assistenza mmedjata. (Tweġiba mogħtija: 09/12/2003PM) (Seduta Numru: 74)

Kunsill Malti għall-isports — Lasti tal-football

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-kunsill Malti għall-isports hux se jmorru jaraw li fil-grounds ta' Malta u Għawdex il-lasti, speċjalment dawk li jintużaw għal-logħob tal-five a side u għat-taħriġ, humiex imwaħħla ma' l-art biex b'hekk jiġi żgurat li m'huma ta' l-ebda periklu kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għal kbar? Jaf il-Ministru jekk hemmx grounds li għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni minkejja l-inċident sfortunat u traġiku fejn miet żagħżugħ meta waqgħet lasta fuqu fl-iskola li kien jattendi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mhuwiex kompitu tal-Kunsill Malti għall-Isport li jiċċertifika l-attrezzaturi li jkun hemm fil-grounds tal-futbol jew xi sports ieħor jekk humiex safe biex jintużaw għax din hija responsabbilta’ purament ta’ dawk li jkunu qegħdin imexxu l-istess faċilitajiet. Il-Kunsill Malti għall-Isport kiteb lill-entitajiet sportivi ikkonċernati biex dawn jiżguraw illi l-Kumitati affiljati magħhom ħadu l-miżuri kollha neċessarji fil-faċilitajiet sportivi taħt ir-responsabilita’ tagħhom. Fil-fatt kien hemm risposta mingħand assoċċjazzjoni waħda fir-rigward tal-miżuri meħuda. Madanakollu l-Kunsill lest li joffri s-servizzi tiegħu ta’ parir lil xi assoċċjazzjoni li titlob dan.

Għaqda tal-bodybuilding — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2345, jista' il-Ministru jgħid meta rċieva r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport? Jista' jgħid meta ntbagħat lill-kunsill Malti għall-isport? Dan il-kunsill ingħata terminu ta' żmien biex ilesti r-rapport tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding ġie mibgħut nhar id-29 ta' Ottubru 2003. Ġie mgħoddi lil Kunsill Malti għall-Isport nhar il-11 ta' Novembru 2003, li qiegħed jieħu parir legali dwaru.

Kunsill Malti għall-isport — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jaħdem il-kunsill Malti għall-isport biex jiġbor it-tagħrif meħtieġ meta jinvestiga rapport dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. membru li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3084.
Leg 10 PQ #3086 Sitting 74 2003-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Programm GRANDSTAND — Investigazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dawk li qed jinvestigaw l-allegazzjoni li saret fuq il-programm GRANDSTAND u li saret riferenza dwarha fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2348? Kif se titmexxa din l-investigazzjoni? Ingħata żmien sa meta għandu jitlesta r-rapport finali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-terms of reference li ngħataw lill-uffiċċjali li qegħdin jinvestigaw l-allegazzjoni li saret referenza għalija fil-mistoqsija parlamentari numru 2348, huma li tittieħed azzjoni legali fejn jinstabu xi nuqqasijiet mill-proċeduri normali li titlob il-Liġi f'dan ir-rigward. L-investigazzjoni qiegħda tkun parti mill-ispezzjoni li s-soltu ssir għall-proċess verbal, f'dawk l-ispiżeriji li jbiegħu dawn it-tip ta' mediċinali. F'dan l-istadju mhux opportun li tingħata nformazzjoni dwar proċeduri u żmien allokat.

Persuni nvoluti fl-isports — Teħid ta' sustanzi llegali

Question

Għalkemm fil-mistoqsija parlamentari 2347 il-Ministru qal li l-pulizija mhux se jinvestigaw allegazzjonijiet pubbliċi dwar it-teħid ta' sustanzi llegali għaliex il-kummenti kienu ġeneriċi, ma jaħsibx li din mhux tweġiba konvinċenti għaliex fil-fatt saru dawn l-allegazzjonijiet u Ministri oħra ħadu azzjoni? M'huwiex id-dover tal-pulizija li jinvestiga kulma jkun hemm dwar id-droga, speċjalment meta dawn l-allegazzjonijiet saru minn żewġ tobba ggradwati fil-mediċina sportiva u president ta' għaqda sportiva nazzjonali?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba msemmija mill-Onorevoli Interpellant, fejn jirriżulta lill-Pulizija illi jkun hemm xi abbuż minn dawn is-sustanzi, jittieħdu passi skond il-liġi.