Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet sportivi — Anti-doping tests

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat mill-ministeru tiegħu biex jiġu megħjuna għaqdiet/assoċjazzjonijiet sportivi biex isiru testijiet anti-doping fl-2003? Liema kienu dawk l-għaqdiet li gew megħjuna? Fejn isiru dawn it-testijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru s-sena l-oħra għadda Lm 4,000 lill-Malta Football Association u Lm 400 lill-Malta Amateur Body Builders Association biex isiru testijiet anti-doping. It-testijiet saru ġewwa :- Institut fur Doping Analytik und Osortblockemle, Dresden, il-Ġermanja,

League tal-football tal-gvern/parastatali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid il-league tal-football tal-gvern/parastatali, bħalissa qed isir? Kemm hemm timijiet li qed jieħdu sehem? Fejn qed jintlagħab il-logħob ? Jista’ jghid jekk il-ministeru tiegħu joħroġx xi forma ta' finanzjament biex ikopru l-ispejjeż involuti bħal ħlasijiet ta' l-uffiċjali tal-logħba?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpella li l-Malta Employees Sports Association flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isports ikkonkludew l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jingħata bidu għall-Kampjonat tal-footbal tal-M.E.S.A. għall-istaġun 2003-2004. Il-logħob kollu ser jintlgħab fil-grounds tal-kumpless tal-Marsa. Dan l-istaġun il-kampjonat ser jibda jintlagħab fuq bażi ta’ 7-a-side u dan wassal biex żdiedu it-timijiet parteċipanti, tant li b’kollox ser jieħdu sehem 28 team, jiġifieri 9 fl-ewwel diviżjoni, 9 fit-tieni diviżjoni u 10 fit-tielet diviżjoni. Dan ifisser li ser jiżdied il-logħob, imma kif wieħed jista’ jara mill- fixtures li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, il-kampjonat ser jibda t-Tnejn, 2 ta’ Frar u jintemm nhar il-Ħamis, 29 ta’ April. Matul ix-xahar ta’ Mejju imbagħad ser issir il-kampjonat b’sistema ta’ knock-out. Il-Ministeru jagħti wkoll għajnuna finanzjarja biex ikopri l-ispejjeż involuti bħal ħlasijiet ta’ l-uffiċjali tal-logħob u oħrajn. Barra din l-għajnuna, il-Kunsill Malti għall-Isport jipprovdi il-grounds meħtieġa, changing rooms, u affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-logħba tal- football.
Leg 10 PQ #3811 Sitting 94 2004-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f'April/Mejju li ġej? Kemm huma subien u kemm huma bniet? Kemm huma minn skejjel statali, dawk indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3809.
Leg 10 PQ #3812 Sitting 94 2004-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC

Question

B'riferenza għall-eżamijiet tas-SEC u MATSEC li jmiss separatament, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw biex jiġu eżantati mill-ħlas ta' l-eżami? Kemm ġew aċċettati? X'kienu r-raġunijiet prinċipali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3809.
Leg 10 PQ #3813 Sitting 94 2004-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid għall-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC li jmiss separatament, kemm-il student talbu għal ħin żejjed waqt l-eżamijiet? Għal liema raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 94 talba għal ħin żejjed fl-eżamijiet tal-MATSEC imqassmin hekk : Eżamijiet tas-SEC 86 talba Eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Matrikola 8 talbiet Ir-raġunijiet għal dawn it-talbiet kienu minħabba dyslexia, epilessija, nuqqas ta' smigħ, nuqqas ta' dawl, ADD/ADHD, celebral palsy u difetti fiżiċi li jaffettwaw il-kitba. Dawn it-talbiet flimkien ma' 26 talba oħra għal arranġamenti speċjali fl-eżamijiet tal-MATSEC issa ser jidhru quddiem il-Bord ta' l-Universita' li jiddeċiedi fuq talbiet minn kandidati bi bżonnijiet speċjali.
Leg 10 PQ #3814 Sitting 94 2004-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Ingliż

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2336, jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn l-iskejjel jibqgħu miftuħin is-sena kolha u liema huma dawk li jagħlqu matul ix-xitwa? Għalkemm għandhom liċenzja, dawn kollha fil-fatt joperaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tletin mill-iskejjel elenkati fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2336, jibqgħu miftuħin is-sena kollha. Ħames skejjel jagħlqu matul ix-xitwa. Għalkemm id-disgħa u tletin skola li semmejt fit-tweġiba imsemmija għandhom liċenzja, dawn jinkludu erba' skejjel li fil-fatt għadhom ma bdewx joperaw.

CCF — Priġunieri

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm priġunieri residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Mit-total, kemm huma nisa u kemm minn dawn huma barranin? Jista' jgħid kemm mit-total huma sentenzjati u kemm hemm li qegħdin jistennew proċess ġudizzjarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-19 ta` Jannar 2004 il-popolazzjoni tal-ħabs kienet mitejn u ħamsa u sittin (265). Dawn huma mqassma kif ġej:- Total Irġiel Nisa Taħt arrest preventiv Sentenzjati Maltin 173 166 7 32 141 Barranin 92 82 10 32 60

Tal-Qroqq — Pixxina nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-2003 kemm intnefaq fuq fuel biex tiġi msaħħna l-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm tħallas s'issa lid-distributur u min hu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-2003 intefqu Lm 37,745 fuq fuel biex tiġi msaħħna l-Pixxina. Minn dawn tħallsu Lm 33,275. Id-distributur huwa is-Sur Mark Cassar.

Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2814 u cioe' minħabba li wara l-elezzjoni kien hemm tibdil fil-ministeri minn kif kienu fil-leġislatura li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid liema voti waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kemm kienu? Kemm intnefaq s’issa minn kull vot separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3615 f'seduta numru 87.
Leg 10 PQ #3779 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Venera — Skola tas-snajja' ex Umberto Colosso

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għal avviż nru. PS28/03 dwar bejgħ ta' affarijiet mill-iskola tas-snajja' ex Umberto Colosso ta' Sta. Venera? Kemm kienet kull offerta li daħlet u lil min ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li daħlet offerta waħda biss għall-Avviż Nru. PS28/03 dwar bejgħ ta' affarijiet mill-iskola tas-snajja ex-Umberto Calosso ta' Sta. Venera. L-offerta mitfugħa kienet mingħand is-Sur Carmel Cremona minn Sta. Venera għas-somma ta' Lm188.80ċ. Minħabba li l-offerta mitfugħa kienet ferm inqas mill-istima stabbilita mill-Bord appuntat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex jiddisponi minn dawn l-affarijiet, din l-offerta ma ġietx milqugħa mill-istess Diviżjoni.

World Heritage Fund — Kontribuzzjoni ta' Malta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1940 li saret lill-ministru ta' l-affarijiet barranin, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni ta' Malta għall-World Heritage Fund?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kontribuzzjoni tħallset fis-17 ta' Settembru 2003.

Għaqdiet sportivi — Tqassim ta' flus

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2787 u cioe' kemm tqassmu flus matul din is-sena lill-għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u oħrajn? Kemm ħadu kull wieħed u mil-liema vot tqassmu dawn il-fondi? Jista’ jgħid ukoll min iddeċieda kemm tkun l-għotja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onor. Membru jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija numru 3382 f'seduta numru 80.
Leg 10 PQ #3809 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru f'April/Mejju li ġej? Kemm hemm subien u kemm bniet? Kemm hemm minn skejjel statali, indipendenti u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba li d-Dipartiment għadu qiegħed jipproċessa l-applikazzjonijiet, l-informazzjoni tkun tista' tingħata lejn l-aħħar ta' Frar 2004.
Leg 10 PQ #3810 Sitting 93 2004-01-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm studenti li applikaw għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC u MATSEC li jmiss separatament u kemm applikaw għal paper A u paper B?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment għadu qiegħed jiproċessa l-applikazzjonijiet.
Leg 10 PQ #3669 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Xogħlijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fil-preżent mill-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada, fejn qed isiru u x’inhi n-natura tax-xogħol? Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jqum dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Rapport dwar il-ħidma ta' l-FTS joħroġ fil-mument opportun.
Leg 10 PQ #3670 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Assessment fl-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-assessment li kien qed isir fuq kull skola biex il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada tkun taf il-bżonnijiet ta’ kull skola, hux lest? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-technical assessments riferiti bħala data acquisition reports kommissjonati għall-iskejjel tal-Gvern, primarji u sekondarji, tlestew. Dawn ir-rapporti mħejjija minn diversi periti jindikaw l-istat fiżiku ta' kull skola. Mhux possibli li dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #3671 Sitting 92 2004-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Xogħol fl-iskejjel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid mit-twaqqif tagħha sal-lum, il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada, kemm issellfet flus mill-banek sabiex twettaq xogħol fl-iskejjel? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena u mil-liema banek sar dan is-self? Jista’ jgħid ukoll għal kull sena l-gvern kemm ħareġ flus għall-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ammonti mislufa mill-APS Bank mit-twaqqif tal-Fondazzjoni: Overdraft Bilanċ 31.12.01 - Lm 0 Overdraft Bilanċ 31.12.02 - Lm 450,408.33 Overdraft Bilanċ 31.12.03 - Lm 2,573,363.70 Il-Gvern ħareġ flus sena b'sena: Kapital: 2001 - Lm 100,000 2002 - Lm 3,100,000 2003 - Lm 3,100,000 Recurrent: 2002 - Lm 75,000 2003 - Lm 75,000

Dipartiment women in society — Ħaddiema

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x’se jiġri mid-dipartiment Women in society u mill-ħaddiema li jaħdmu f’dan l-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att ta’ l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, li ġie fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2003, jipprovdi li jkun hemm Kummissarju u Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa. Skond l-istess Att il-Kummissjoni tkun amministrata minn Direttur Eżekuttiv u uffiċjali oħra, li jistgħu jkunu uffiċjali pubbliċi assenjati mill-Prim Ministru biex jaqdu dmirijiethom mal-Kummissjoni.

Żejtun — Triq il-Fieres

Question

Jista’ il-Ministru jara x’inhi l-problema sabiex issir il-kumplament ta’ Triq il-Fieres fiż-Żejtun minħabba li hemm partijiet minnha li diġa` saru bit-tarmac u parti żgħira għadha ma saritx?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi x-xogħol fl-aħħar parti ta' din it-triq beda f'Diċembru u bħalissa jinsab għaddej sabiex it-triq tkun tista' tinfetaħ.

Żabbar — Buleben iż-Żgħir - Provvista ta' l-elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jara x’inhi l-problema li qed ibatu minnha numru sostanzjali ta’ residenti li joqogħdu f’Buleben iż-Żgħir ġewwa Ħaż-Żabbar, b’mod speċjali dawk li joqogħdu fi Triq l-1 ta’ Frar 1994 u fl-inħawi ta’ madwar, minhabba nuqqas ta’ vultaġġ elettriku? Jista’ jara li din il-problema, li ilha numru ta’ snin, kemm jista’ jkun tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx diġa' nbeda u għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.