Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4453 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Regolamenti dwar xiri ta' sigaretti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma eżattament ir-regolamenti dwar ix-xiri ta' sigaretti? Minn liema eta' jista' xi ħadd jibda jixtri prodotti tat-tabakk? Hemm xi regolamenti li jgħidu li tfal taħt ċerta eta' ma jistgħux ipejpu?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk - Kap. 315.

Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu bħalissa t-tunnellaġġ totali rreġistrat taħt il-bandiera Maltija? Jista' jgħid kif inhuma mqassma skond tankers, vapuri tal-merkanzija, jottijiet, eċċ.?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa l-aħħar tas-sena 2003 kien hemm 3,368 bastiment reġistrati Malta b'tunellaġġ gross totali ta' 25,755,705. Minn dawn 1,568 kienu jottijiet, 325 kienu dgħajjes tas-sajd u 1,475 kienu bastimenti merkantili. L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tista' tinġabar biss mid-database eletroniku li mhuwiex ir-rekord uffiċjali. Għalkemm dan jibqa' wieħed validu xorta hu suġġett għal xi varjazzjoni mir-reġistru miżmum bil-kitba li huwa dak uffiċjali. Fil-fatt it-tweġiba moħtija għal din id-domanda turi xi differenzi mill-informazzjoni mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari 3924.
Leg 10 PQ #4443 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti tas-sixth form — Stipendji

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika, kemm kien il-ħlas li l-gvern ta fi stipendji lill-istudenti tas-sixth form ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament? Dawn jinkludu wkoll l-istudenti li qed jattendu l-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammonti li tħallsu fi stipendju dovuti għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003 fi stipendji fis-settur Post-Sekondarju kienu dawn: Skejjel ta' l-Istat Lm427,779.87 MCAST Lm179,726.43 Skejjel tal-Knisja Lm 69,502.32 Skola Privata Lm 6,968.97
Leg 10 PQ #4444 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti tas-sixth form/MCAST — Stipendji

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li tnaqqas lill-istudenti tas-sixth form u tal-MCAST fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika għaliex ma attendewx regolarment? Kemm kien in-numru ta’ studenti nvoluti u kemm kien mis-sixth forms tal-gvern, tal-Knisja u privati separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus imnaqqsa minn stipendji ta' l-istudenti minħabba assenza mill-iskola u n-numru ta' studenti li tnaqqsilhom l-istipendju għal dan l-istess skop huma kif ġej: Skejjel ta' l-Istat Lm14,158.64 tnaqqsu lil 737 student MCAST Lm12,423.03 tnaqqsu lil 1,159 student Skejjel tal-Knisja Lm 172.66 tnaqqsu lil 76 student Skola Privata Lm 87.03 tnaqqsu lil 29 student
Leg 10 PQ #4445 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth form — Studenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid wara l-ewwel term ta' din is-sena skolastika u sa l-aħħar ta' Jannar 2004, kemm kien hemm studenti li kienu jattendu s-sixth form ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati u issa ma komplewx bil-kors? Jista’ jagħti l-figuri għall-iskejjel separatament? Kemm kienu qed jattendu għall-ewwel sena u kemm għat-tieni sena? Kemm kienu tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4446 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth form — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li qed jattendu s-sixth forms ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati li huma ta' nazzjonalita` barranija? Minn liema pajjiż huma? Jista’ jagħti l-figuri għall-iskejjel separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4447 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet SEC u MATSEC

Question

Jista’ il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex isir tibdil fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC? X' konsultazzjonijiet qed isiru jew saru, skond il-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser jinħatar core group biex imexxi evalwazzjoni ta' l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC. Din l-evalwazzjoni ser tinvolvi l-għalliema, il-ġenituri, l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla u l-employers. L-evalwazzjoni għandha twassal għat-tibdil meħtieġ biex ikollna sistema ta' eżamijiet aħjar.
Leg 10 PQ #4448 Sitting 104 2004-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti barranin li bħalissa qed jattendu skejjel primarji u sekondarji separatament? Kemm huma bniet? Kemm qed jattendu fi skejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u privati? Kemm minnhom huma minn pajjiżi li huma diġa` membri jew se jsiru membri ta’ l-EU fl-1 ta' Mejju? Ta' liema nazzjonalita` huma l-oħrajn?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #4064 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada mpjegatx lil xi ħadd matul is-sena li għaddiet u jekk għandhiex il-ħsieb li timpjega lil xi ħadd fil-futur qarib? Jekk iva, f’liema karigi u min huma? Jista’ jgħid jekk saritx sejħa pubblika jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-2003 il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada impjegat il-persuni elenkati hawn taħt: Albert Ellul - Engineer Andrew Ellul - Architect & Civil Engineer Sergio Mule' Stagno - Draughtsman Gaetano Zammit - Architect & Civil Engineer Mariella Ferrante - Clerk Samuel Dimech - Draughtsman Paul Micallef - Architect & Civil Engineer Joseph Briffa - Secondment minn CMC Co. Ltd. Il-proċeduri stabbiliti mill-ETC ġew osservati f'kull każ.

MEPA — Talbiet għall-permessi - Skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħol ta' kostruzzjoni / tibdil fil-bini eżistenti fi skejjel indipendenti? Jista’ jgħid meta saret kull applikazzjoni, minn min u għal liema xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Talbiet għall-permessi - Skejjel tal-knisja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħol ta' kostruzzjoni / tibdil fil-bini eżistenti fi skejjel tal-Knisja? Jista’ jgħid meta saret kull waħda, minn min u għal liema tip ta' xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Talbiet għall-permessi - Skejjel ta' l-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet il-MEPA minn skejjel ta’ l-Istat għal xogħol ta' kostruzzjoni / tibdil fil-bini eżistenti? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min saret u għal liema xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Ħaddiema li jmorru għax-xogħol bir-rota

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-MEPA li jmorru għax-xogħol bir-rota? Jista' jgħid ukoll il-lokalitajiet li minnhom ġejjin il-ħaddiema ta' l-istess awtorita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m' għandhiex informazzjoni ta’ dan it-tip.
Leg 10 PQ #4263 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Skola Lorenzo Gafa'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni rċevewx ilmenti dwar problemi eżistenti fl-iskola Lorenzo Gafa' ta' Bormla? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu dawn l-ilmenti u x'passi ttieħdu? Jekk le, jista' il-Ministru jinvestiga x'inhu jiġri f'din l-iskola minħabba li rċevejt numru ta' lmenti dwar diversi problemi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li xi studenti minn din l-iskola li dwarhom waslu dawn l-ilmenti qegħdin jingħataw attenzjoni speċjali biex il-problemi tagħhom ikunu solvuti kemm għall-ġid tagħhom stess kif ukoll għall-andament aħjar ta' l-iskola. Din l-iskola barra l-'complement' normali ta' għalliema, skond il-popolazzjoni tagħha, ingħatat sitt (6) 'midday-break' supervisors aktar milli hi intitolata għalihom, intbagħtet għalliema żejda biex tgħin lill-istudenti l-aktar fil-qasam ttal-letteratura u ntbagħat ukoll Assistent Kap aktar milli hi intitolata l-iskola.
Leg 10 PQ #4025 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema li ħarġu bil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw għalliema minħabba li jkunu laħqu l-eta' pensjonabbli mill-iskejjel primarji u sekondariji separatament matul din is-sena? Kemm minnhom huma nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema li ser jirtiraw ta' 61 sena matul din is-sena hu ta' 23 li minnhom 10 huma nisa. L-għadd ta' għalliema li matul din is-sena ser jagħlqu 60 sena hu ta' 77, li minnhom 43 huma nisa. S'issa ikkonferma li ser jirtiraw ta' 60 sena żewġ għalliema rġiel u disa' nisa.
Leg 10 PQ #4026 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diretturi u Assistent Diretturi — Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-grad ta' Direttur u Assistent Direttur li se jispiċċaw din is-sena għaliex ikunu laħqu l-eta' pensjonabbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena 2004 hemm żewġ Assistenti Diretturi u Direttur li ser jirtiraw għax laħqu l-eta' pensjonabbli. Hemm ukoll żewġ Assistenti Diretturi oħra li matul din is-sena ser jagħlqu 60 sena. S'issa għadu ma ġiex ikkonfermat jekk hux ser jirtiraw din is-sena jew le.

Kumpless sportiv tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi waslu l-pjanijiet biex isir it-tibdil meħtieġ fil-kumpless sportiv tal-Marsa? Jista jgħid x'ser isir matul din is-sena finanzjarja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed iħejji pjan fit-tul għal dan il-kumpless. Iżda minkejja dan, qed ikompli x-xogħol fuq il-bini ta' car park, dressing rooms, faċilitjiet amministrattivi u sub station li jikkonsisti fi frame structure li fuqha l-quddiem ikun jista jsir il-bini ta' sports hall u jsiru x-xogħolijiet kollha li jibqa' ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi kif ukoll ta' finitura.
Leg 10 PQ #4028 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfal emigranti — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' emigranti li rritornaw Malta u li daħlu fi skejjel sekondarji tal-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Triq tal-barrani — Sejħa biex isiru traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-kuntratti ħariġx is-sejħa sabiex isiru t-traffic lights fi Triq tal-Barrani hekk kif toħroġ miż-Żejtun?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti fis-27 ta' Jannar 2004 ħareġ sejħa għall-offerti għal provista u tqegħid ta' traffic lights fit-Triq tal-Barrani, Zejtun taħt l-Avviż Numru CT 13/04. L-offerta tagħlaq fit-9 ta' Marzu 2004.
Leg 10 PQ #4063 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liċenzji — Ftuħ ta' sixth forms ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet pendenti għal-liċenzji għal ftuħ ta' Sixth Forms oħra? Jista’ jgħid meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemm l-ebda talba pendenti għall-ftuħ ta' Sixth Forms oħra fis-sezzjoni tan-Non State Schools.