Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4469 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Attivitajiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli skolastiċi jistgħux jorganizzaw book fairs u plants week, anke bi skop ta’ fund raising?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsilli Skolastiċi jistgħu jorganizzaw book fairs u plants week bi skop ta' fund raising.
Leg 10 PQ #4506 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

FTS — Ħlasijiet pendenti

Question

Nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3668, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi? Jista' jgħid ukoll kemm għad fadal kontijiet pendenti u min huma dawk li għadhom ma tħallsux?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja qed tiġi konsidrata fil-livell tal-Ministeru.
Leg 10 PQ #4507 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema korsijiet ta' l-Universita' ta' Malta l-Malti mhux mitlub bħala wieħed mis-suġġetti? Jsita' jgħid ukoll minn meta ġara dan għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-rekwiżiti tad-dħul fi kwalunkwe kors fl-Universita' jinkludu il-Malti fil-livell SEC. Il-Malti hu wkoll rikjest għad-dħul fil-Junior College.

Spezzjonijiet ta' pontijiet u mini pubbliċi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl-istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass? Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #4461 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk is-saħħa ta’ l-elettriku hux biżżejjed biex iħaddem l-apparat kollu f’Robert Sammut Hall, Floriana? Jekk le, huwa previst li tiġi rranġata l-qawwa ta’ l-elettriku? Jekk iva, meta se jibda x-xogħol u kemm se jqum? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent Robert Sammut Hall hija moqdija tajjeb bl-installazzjoni ta' l-elettriku. Minħabba żieda ta' apparat fil-futur qarib, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet rikjesta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiżdied il-qawwa ta' l-elettriku għal din is-ala. Il-Fondazzjoni qiegħdha tistenna l-istima ta' dan ix-xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 10 PQ #4462 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq kemm jiflaħ is-saqaf ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, qabel ma tressaq l-orgni, kif ukoll qabel ma sar l-air conditioning ma’ l-art u l-flooring fuqu? Jekk iva, min kien li għamel dan l-istudju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-saqaf ta' Robert Sammut Hall, li kienet knisja, hu maħsub li jiflaħ għall-piż ta' kongregazzjoni sħiħa. Informat li minn studju li sar fuq kemm jiflaħ dan is-saqaf, ġie konfermat illi dan, bi struttura li ġiet iddisinjata apposta, jiflaħ għall-piż ta' l-orgni. Informat li ġie stabbilit ukoll li dan is-saqaf jiflaħ ukoll l-air-conditioning u r-raised flooring.
Leg 10 PQ #4463 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-orgni ta’ Robert Sammut Hall, Floriana, li kien jaħdem perfettament għadux jaħdem issa li tressaq fil-post il-ġdid? U jekk iva, kemm sewa biex jerġa’ jiġi jaħdem? U jekk le, kemm se tiġi l-ispiża biex dan jiġi kif kien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhu xejn korrett l-Interpellant li l-orgni li ġie spustat u kien jaħdem perfettament. Stima għar-restawr ta' l-orgni tammonta għal Lm 17,000. Ġie deċiż li l-orgni jiġi mmexxi għal fejn huwa llum u mnaddaf. Huwa fil-ħsieb li dan l-orgni jiġi eventwalment restawrat.
Leg 10 PQ #4464 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm se jiswa l-proġett tas-Sala Robert Sammut, Floriana meta l-proġett ikun tlesta? Jista’ jgħid ukoll għal xiex se tintuża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-nefqa totali tal-proġett taċ-Ċentru Robert Sammut hija stmata għal Lm 400,000. Iċ-Ċentru ser jintuża għal ħidma fil-qasam tal-litteriżmu u bħala Multipurpose Hall għal konferenzi.
Leg 10 PQ #4465 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’aċċess hemm ġewwa Robert Sammut Hall, Floriana għal persuni b’diżabilita`? U jekk hemm, kemm ġie jiswa? Fir-rigward ta’ aċċess għal persuni b’diżabilita`, jista’ jgħid jekk il-kummissjoni persuni b’diżabilita` ġietx konsultata dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aċċess taċ-Ċentru Robert Sammut ġie rivedut sentejn u nofs ilu minħabba li kien instab li dan ma kienx skond il-liġi ta' l-aċċessibilita'. Ġie installat lift apposta u tmexxa wkoll l-orgni. Il-lift ġie jiswa madwar Lm 15,440. Il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' ġew ikkonsultati għall-pariri rigward l-installazzjoni ta' dan il-lift.
Leg 10 PQ #4466 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana — Robert Sammut Hall

Question

Jista’ il-Ministru jgħid f’każ ta’ inċident f’Robert Sammut Hall, Floriana, x’inhu l-aċċess ta’ evakwazzjoni? Jista’ jgħid jekk il-post ġiex ċertifikat jew assigurat li huwa skond ir-regoli tas-sigurta` maħruġa mill-awtorita` konċernata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'każ ta' emerġenza hemm żewġ aċċessi għas-sigurta' (security exits) fis-Sala Robert Sammut. Ittieħdu wkoll prekawzjonijiet fil-proġett tar-raised flooring kontra in-nirien. L-orgni ġie immexxi minħabba li wieħed minn dawn l-aċċessi kien ingumbrat mill-orgni u seta' jkun ta' periklu f'każ ta' emerġenza.

Vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid, matul is-sena 2003, kemm-il vapur reġistrat Malta kien involut f'inċident fuq il-baħar? Kemm minn dawn il-vapuri għerqu, liema kienu u fejn? X'kienet il-kawża f'kull każ? Kien meħtieġ li l-gvern jidħol f'xi każ minnhom? Jekk iva, liema kien/u ċ-ċirkostanzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi matul is-sena 2003 kien hemm 119-il inċident li jinvolvu bastimenti merkantili reġistrati Malta. Tnejn minn dawn, il-Junior M u l-Ogan għerqu, l-ewwel wieħed fil-baħar l-Iswed u l-ieħor 70 mil il-bogħod mill-Greċja. L-Awtorita` Marittima ta' Malta tinvestiga kull inċident li jinvolvi bastimenti Maltin.

Bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija — Baħrin li tilfu ħajjiethom

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fost baħrin li kienu qed iservu fuq bastimenti rreġistrati f’Malta fl-2003 minħabba xi inċident? Fuq liema bastimenti kienu qed iservu? Ta' liema nazzjonalita` kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi matul is-sena 2003 disa' persuni ta' erba nazzjonalitajiet differenti li kienu qed iservu fuq ħames bastimenti reġistrati Malta tilfu ħajjithom kawża ta' xi inċident. Tlett persuni oħra ta' tlett nazzjonalitajiet differenti li kienu qed iservu fuq tlett bastimenti Maltin intilfu l-baħar. Wieħed minnhom instab mejet.

Bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija — Baħrin Maltin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' baħrin Maltin li qed iservu fuq bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Jista’ jgħid kemm minnhom huma speċjalisti fix-xogħol tagħhom u f’liema xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi mhux possibli li jingħata n-numru eżatt ta' persuni Maltin li qed iservu fuq bastimenti merkantili reġistrati taħt il-bandiera Maltija u li jbaħħru f'ibħra internazzjonali. Probabbli dan in-numru mhux iktar minn mija, li madwar nofshom huma uffiċjali ċċertifikati u tletin oħra huma deck jew engine room ratings.
Leg 10 PQ #4458 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti li qed jistudjaw is-sengħa marittima

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm studenti fl-MCAST li qed jistudjaw is-sengħa marittima? F’liema qasam? Jista’ jgħid jekk kienx hemm minn iggradwa f'dawn l-aħħar jiem f'dan il-qasam? Jekk iva, kemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm dawn in-numri ta' studenti jattendu il-korsijiet fl-Istitut Marittimu ta' l-MCAST. Kors: Officer-in-Charge of a Navigational Watch Fl-ewwel sena: 15 Fit-tieni sena (fuq bastimenti jbaħħru): 6 Fit-tielet sena: 6 Kors: Officer-in-Charge of an Engineering Watch Fl-ewwel sena: 0 Fit-tieni sena: (fuq bastimenti jbaħħru): 1 (fuq l-art): 3 Kors: Chief Mate Fl-ewwel sena: 5 Kors: 2nd Engineer Fl-ewwel sena: 1 Total: 37 F'dawn l-aħħar jiem ma ggradwa ħadd.
Leg 10 PQ #4459 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universitaż — Vot rikurrenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kif inhu maqsum il-vot rikurrenti ta’ l-Universita`, jigifieri kemm minnu jmur għal pagi, kemm għal ħwejjeg amministrattivi, eċċ? Jista’ jagħti dan it-tagħrif kemm għal din is-sena li ninsabu fiha kif ukoll għas-sentejn ta’ qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4460 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Flus lill-fakultajiet

Question

Jista’il-Ministru jgħid kemm ħadu flus il-fakultajiet rispettivi ta’ l-Universita` ta’ Malta f’dawn l-aħħar tliet snin separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4449 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu nazzjonali — Kunsilli skolastiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4022, jista’ il-Ministru jgħid għaliex iż-żewġ skejjel imsemmija m'għandhomx kunsill skolastiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġenituri membri irriżenjaw u għad iridu jittieħdu l-passi biex il-vakanzi jimtlew.
Leg 10 PQ #4450 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu nazzjonali — Kunsilli skolastiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4022, jista’ il-Ministru jgħid huwiex sodisfatt li kull skola tal-Knisja u dawk privati għandhom kunsilli skolastiċi? Jekk m'għandhomx, jista’ jara li dawn jimxu skond il-liġi fl-aqsar żmien possibbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skola tal-Knisja jew Indipendenti m'hix obbligata bil-liġi li jkollha Kunsill Skolastiku. Taqsima 4, paragrafu 27 ta' l-Att Nru XXIV ta' l-1988 tgħid hekk: 'Kull min japplika u jingħata liċenzja sabiex jiftaħ skola skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 8 ta' dan l-Att għandu jagħmel kull sforz sabiex, mingħajr obbligu legali, jagħmel tiegħu is-sistema ta' tmexxija minn Kunsill ta' Skola kif maħsub f'din it-Taqsima ta' dan l-Att'. Diversi skejjel għandhom Board of Governors filwaqt li l-biċċa l-kbira minnhom għandhom Parent/Teachers Associations. Hemm skejjel li għandhom tnejn.
Leg 10 PQ #4451 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel — Regolamenti dwar it-tipjip

Question

Jista’ il-Ministru jara li fir-regolamenti dwar it-tipjip li se jidħlu fis-seħħ fil-5 ta' April, fejn ġie skedat li ma jistax isir titjib fl-iskejjel, iżid ukoll li f'kull bini edukattiv ma jkunux jistgħu jiddaħħlu sigaretti kemm minn għalliema kif ukoll minn studenti u dan għax hemm tendenza li jsir tipjip, speċjalment minn studenti fis-sixth form?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Leg 10 PQ #4452 Sitting 105 2004-02-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti ta' nazzjonalita' b arranija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Universita` ta' Malta? Liema huma dawn il-korsijiet? Kemm minnhom huma tfajliet? Jista’ jgħid kemm minn dawn għandhom nazzjonalita` ta' pajjiż li hu jew li se jsir membru ta’ l-UE fl-1 ta' Mejju li gej? Ta' liema nazzjonalita` huma l-oħrajn?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.