Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Eta' ta' l-iskola obbligatorja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib l-eta' ta’ l-iskola obbligatorja titla’ għal 18–il sena?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa ma jidhirx li hemm ħsieb li titla' l-eta' obbligatorja tal-iskola għal 18-il sena fil-futur qarib. Iżda l-Gvern irid jinkoraġixxi liż-żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni anki wara is-16 il-sena.

Studenti li jkunu temmew l-edukazzjoni sekondarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'qed tagħmel id-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni biex tħajjar aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom wara li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed isir kull sforz biex titjieb il-kwalita' ta' l-edukazzjoni bażika u jitjiebu is-servizzi ta' pariri vokazzjonali li jgħinu l-istudenti jifhmu l-importanzi ta' żvilupp edukattiv sħiħ.

Skejjel statali — Fifth formers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw tfal mill-iskejjel statali (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm minnhom huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' studenti (Form 5) illi huwa stmat li se jispiċċaw mill-iskejjel statali fl-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa: Subien Bniet Total Malta 1,610 1,716 3,326 Għawdex 168 241 409 Total 1,778 1,957 Total Malta u Għawdex: 3,735

Skejjel tal-Knisja — Fifth formers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel tal-Knisja wara li jkunu temmew il-Form 5 fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li mill-iskejjel tal-Knisja (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastika sa jispiċċaw 1470 student minnhom hemm 653 bniet.

Skejjel privati — Fifth formers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mill-iskejjel privati (Form 5) fl-aħħar ta' din is-sena skolastika? Kemm huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li mill-iskejjel Indipendenti Privati (Form 5) huwa smat li fl-aħħar ta' din is-sena skolastiku se jispiċċċaw 397 student minnhom hemm 189 bniet.
Leg 10 PQ #4870 Sitting 122 2004-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti ta' l-arti u l-kultura — Membri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Malti ta' l-Arti u l-Kultura? Kemm-il darba ltaqa' l-Kunsill fl-aħħar tnax–il xahar, jiġifieri bejn Marzu 2003 u Frar 2004? Kemm attenda kull wieħed min dawn il-membri għal-laqgħat li żamm il-Kunsill? Kemm jitħallas kull membru? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus għal kull laqgħa li attenda kull membru tal-Kunsill?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti huwa ffurmat mis sinjuri: Prof. Joe Friggieri - Chairman Josef Camilleri - Vice Chairman Prof. Richard England Rev. Prof. Peter Seraccino Inglott Prof. Mro. Charles Camilleri Lara Strickland Norbert Attard George Glanville Charles Stroud Dr Paul V. Mifsud huwa d-Direttur Eżekuttiv. Il-membri jirċievu honorarium ta' Lm 1,200 fis-sena waqt li ċ-Chairman jirċievi honorarium ta' Lm 6,000 fis-sena. Bejn Marzu 2003 u Frar 2004 il-Kunsill iltaqa' 11-il darba. L-attendenza tal-membri f'dawn il-laqgħat tinsab elenkata fit-tabella segwenti: Laqgħat tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti - Marzu 2003 - Frar 2004 * Irriżenja f'Awissu 2003 ** Appuntat f'Awissu 2003 X = Preżenti E = Skużat/a

Pontijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk il-pontijiet prinċipali f'Malta u Għawdex li ġew spezzjonati biex jiġi żgurat li huma strutturalment tajba f'dawn l-aħħar għaxar snin jew mill-1994? Meta nbena kull pont? Meta kienet saret l-ispezzjoni ta' qabel? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi ma jeżistux records dettaljati ta' inspections li kienu saru fil-passat. Fil-preżent l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tibni database dwar dawn l-istrutturi sabiex ikunu jistgħu jinżammu records dettaljati f'dan ir-rigward.

Pontijiet/mini pubbliċi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-Ministeru jispezzjonawx minn żmien għall-ieħor li kollox ikun sew fl-istrutturi tal-pontijiet u mini pubbliċi u li ma jkun hemm l-ebda periklu ta' xi kollass? Kull kemm isiru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda uffiċjal tal-Ministeru tiegħi m'għandu r-responsabilita' li jispezzjona strutturi tal-pontijiet jew mini pubbliċi.

Pixxina Nazzjonali — Xogħol fil-vaska l-kbira

Question

Jista’ il-Ministru jgħid xi problemi jeżistu biex ix-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali għadu mhux lest? Min qed jagħmel dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat illi x-xogħol fil-vaska l-kbira tal-Pixxina Nazzjonali tlesta u l-Pixxina qed tintuża regolari. Ix-xogħol ingħata wara ħruġ ta' tender lil Rea Ceramics Ltd. Infurmat ukoll li x-xogħol kollu tlesta il-Ġimgħa, 2 t'April 2004, iżda riedet tinxef iż-żebgħa tal-linji qabel il-vaska bdiet tintela bl-ilma nhar il-Ħadd, 4 t'April 2004. Rea Ceramics skond id-dokument tatt-tender kellu sitt ġimgħat biex ilesti x-xogħol. Dan fil-fatt ma żammx ma' l-iskeda tax-xogħol għal-diversi raġunijiet, fosthom maltemp, xogħol mhux skond it-tender li kellu jerġa jsir u kif ukoll dewmien biex tasal iż-żebgħa tal-linji minn barra minn Malta.

Pixxina Nazzjonali — Timijiet/għaqdiet barranin li jiġu għat-taħriġ

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm timijiet/għaqdiet barranin li bbukkjaw biex jiġu għat-taħriġ fil-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Marzu 2004 ’il quddiem? Jista’ jgħid min huma? Kemm minnhom diġa` ħassru l-mawra tagħhom għaliex il-Pixxina mhux lesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 29 booking għall-Pixxina Nazzjonali bejn Marzu u Lulju ta' din is-sena. Dawn huma kif ġej:- 1:Marzu: Richard Murgatord (Swimming Team) 2:April:Oulu Swimming Team Richard Murgatord (Waterpolo Team) Berlin Team Cardiff Swimming Team Il Varg Russian Team SKK German Team Sr 0504 Joerg Beherens Dr Malewski Mosey Team first team 3:Mejju: La Vallois Camdem Nichol Group France Sport Numkis Irish Team Swedish Team Mattinson Group Lohja Team Nichol Group Numkis 4:Ġunju: Bassi Group Swedish Team La Vallois 5:Lulju: Mosey Second Team Norwegian Team

Kunsill Malti għall-isport — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid issa li l-Pixxina Nazzjonali għaddiet f'idejn il-Kunsill Malti għall-Isport, kemm hemm ħaddiema li qabel kienu ma’ l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li issa ġew impjegati mal-Kunsill? Jista’ jgħid x’xogħol qed jagħmlu issa u x’xogħol kienu qed jagħmlu qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm dsatax-il ħaddiem li qabel kienu ma' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u issa ġew impjegati mill-ġdid mal-Kunsill. Ix-xogħol li kienu jagħmlu qabel u li qegħdin jagħmlu issa ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Fifth formers li komplew bl-istudji tagħhom

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li fl-aħħar tas-sena skolastika 2000/01 u dik tat-2001/02 komplew bl-istudji tagħhom wara li spiċċaw Form 5 tas-sekondarja? Kemm kienu mill-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk ir-rapport mill-Kumitat li twaqqaf apposta biex jistħarreġ l-użu ta' sustanzi abbużivi fl-isport tlestiex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid f’liema stadju wasal il-Kumitat fl-istħarriġ tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-rapport u policy dwar l-użu ta' sustanzi abbużivi qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu. Fil-preżent id-dokument finali qed jiġi ivverifikat mill-aspett legali. Informazzjoni Addizjonali: Dr.Stephen Żammit (Chairman tal-Kumitat) informani illi l-Kumitat lesta r-rapport u policy document. Il-materjal kollu ġie mogħti lill-Avukat Peter Fenech għal kummenti tiegħu mill-aspett legali. La darba l-Avukat Fenech ilesti l-kummenti tiegħu terġa jsir laqgħa tal-Kumitat u jkun jista' jinħareġ ir-rapport biex jiġi mogħti lill-Onor. Ministru. Wieħed irid jinnota illi dan il-Kumitat ma jaqax taħt id-dikasteru tal-Kunsill Malti għall-Isport iżda kien ġie maħtur direttament mill-Onor. Ministru Mugliett.

Imwiet kawżati mill-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kien hemm imwiet li kienu direttament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol? Kemm minnhom kienu nisa? X' kienu l-effetti ta’ l-alkoħol fuq il-ġisem tal-persuni li mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mwiet li kienu diretament jew indirettament ikkawżati mill-alkoħol kien ta' 25 mewt matul is-sena 2003 f'residenti ta' Malta u Æawdex. Kien hemm 18 irġiel u 7 nisa. Il-kawża ta' imwiet hija kif ġej. Kawż a ta' mewt Irġ iel Nisa Problemi mentali kaġunati minn abbużż ta' alkoħol 0 1 Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol 16 6 Avvelenament inċidentali ikkawzat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi 1 0 Æarqa u abbużż ta' alkoħol fejn mhux magħruf jekk kienx inċidentali jew premeditat 1 0 Total 18 7

Nies li qed jingħataw il-kura minħabba abbuża ta' l-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm nies li qed jiġu kkurati minħabba abbuż ta’ l-alkoħol? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa? Kemm minnhom għandhom bejn id-19 u l-25 sena? Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk jeżistux kuntatti bejn il-Ministeru tiegħu jew it-taqsima li tieħu ħsieb dawk il-pazjenti li jabbużaw mill-alkoħol u l-Alcoholics Anonymous? X'għajnuna tingħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Pembroke — Bini ta' skola primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena skola primarja ġdida ġewwa Pembroke? Jista’ jgħid ukoll minħabba li xi żmien ilu kienu twaħħlu anke karti tal-MEPA ma’ l-iskola eżistenti, fiex waslet l-applikazzjoni pendenti quddiem l-istess awtorita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għandha applikazzjoni għal żvilupp (Outline Application) quddiem il-MEPA għal skola primarja ġdida ġewwa Pembroke (PA6669/02) li għada pendenti. Bħalissa qed isiru preparamenti biex isir Environmental Impact Assessment (EIA).

Ambaxxatur Malti għall-Iran

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min hu l-ambaxxatur Malti għall-Iran? Min kien l-aħħar ambaxxatur Malti għall-Iran? Kemm ilu biex l-ambaxxatur Malti jmur jippreżenta l-kredenzjali tiegħu fl-Iran? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx rappreżentazzjoni jew komunikazzjoni mill-Ambaxxata Iranjana f'Ruma biex tinġibed l-attenzjoni li għad ma kienux ippreżentati l-kredenzjali?

Response (DALLI, JOHN)

Sa Ottubru 1985, is-Sur Alfred Falzon kien nħatar bħala Ambaxxatur Malti mhux residenti għall-Iran. Huwa qatt ma ippreżenta l-kredenzjali f'Teheran. F'Diċembru tas-sena 2002, il-Gvern Iranjan kien informa lill-Gvern Malti li kien aċċetta n-nomina ta' l-Avukat Joseph Cassar bħala Ambaxxatur Malti għall-Iran, residenti f'Moska.

Eżamijiet tas-SEC u MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3810 u cioe' jista' jagħti dettalji dwar kemm hemm studenti li applikaw għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC u MATSEC li jmiss separatament u kemm applikaw għal paper A u paper B?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Abbuż mill-alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fl-2003, sa tmiem is-sena skolastika 2002/03, kienx hemm rapporti ta' teħid u / jew abbuż ta' alkoħol fl-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk privati? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti n-numru ta' studenti, l-etajiet tagħhom u jekk humiex subien jew bniet? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn kienux imorru fl-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja jew fl-iskejjel privati? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika li għaddiet (2002/03), kien hemm 2 każi. Iż-żewġ każijiet kienu ta' 2 subien. Każ minnhom kien fi skola tal-Knisja u l-każ l-ieħor kien fi skola sekondarja ta' l-istat. Iż-żewġ subien ġew riferuti għall-counselling.