Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 38 (tmienja u tletin) impjegat li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Impjegati b’kuntratti indefiniti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Impjegati b’kuntratti indefiniti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru kienu mija u sitta għoxrin (126) l-impjegati li ngħataw kuntratt definittiv bejn Jannar u Marzu 2013. Infurmat li kien is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien, li iffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit.
Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 111-il impjegat fi ħdan dak li kien il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013. Fil-każijiet kollha, il-kuntratt definit tagħhom sar indefinit b’effett mill-14 ta’ Jannar 2013 skont il-Ftehim mal-Union Ħaddiema Magħqudin.
L-ittri ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti ta’ dak li kien il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, u l-impjegati kienu fil-karigi li ġejjin:
· Customer Care Official
· Dental Surgery Assistant
· Diabetes Nurse
· EU Funds Manager
· Hospital Planning Manager
· ICT Applications Officer
· Management Information Systems Officer
· Manager Medical Illustrations Unit
· Manager Ophthalmic Support Services
· National EESSI Manager
· Nuclear Medicine Nurse
· Ocular Prosthetist
· Pain Nurse
· Practice Development Nurse (Paediatrics)
· Practice Development Nurse (Palliative and Community Outreach)
· Practice Development Nurse (Psychiatry)
· Procurement Manager
· Programme Manager (Operations)
· Quality Assurance Administrator
· Research Officer
· Screening Nurse
· Senior Principal Health Inspector
· Senior Principal Physiotherapist
· Senior Principal Speech Therapist
· Specialist Dental Hygienist
· Specialist Dental Technologist
· Specialist Medical Laboratory Technologist
· Specialist Occupational Therapist
· Specialist Physiotherapist
· Specialist Podologist (Diabetes)
· Specialist Radiographer Diagnostic
· Specialist Speech Therapist
· Urology Nurse (Theatre)
Dawn l-uffiċjali ġew kollha mogħtija l-istatus ta’
Officer in Scale
fl-iskala rispettiva tagħhom, bil-provvediment li jibqgħu jgawdu mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom dment li jibqgħu jagħmlu xogħol relatat ma’ tali kuntratt.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 189 impjegat fejn il-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu tal-2013. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Bank Ċentrali ta’ Malta mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fl-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati Aġenti Segretarji Eżekuttivi bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013? F’liema ġurnata saret kull ħatra? Min approva dawn il-ħatriet? Kif ġew magħżula l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi partikolari li ġew maħtura?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ Aġenti Segretarji Eżekuttivi li kienu appuntati fil-perjodu msemmi. Dawn inħatru mill-Ministru konċernat, skont Artiklu 49 (4) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kapitlu 363 tal-Liġijiet ta’ Malta), fl-24 ta’ Jannar 2013 u fis-7 ta’ Marzu 2013 rispettivament.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija – rakkomandazzjonijiet minn rapport dwar ir-riżorsi umani
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6873, fejn intqal li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija ‘bagħat jinforma lid-Dipartiment bir-rimedji li kien se jieħu, liema rimedji daħlu fis-seħħ f’Novembru stess’, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija bagħat din l-informazzjoni lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li qed issir referenza għaliha fir-risposta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parir li ttieħed mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija mingħand id-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali fil-konfront tal-impjieg tat-tifla tal-ex-Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill ta’ Ħal Lija fiż-żmien meta dan l-ex-Segretarju Eżekuttiv kien għadu jaħdem f’dan il-Kunsill? Minkejja li dan il-kunsill ilu b’Aġent Segretarju Eżekuttiv mis-7 ta’ Marzu 2013, jista’ jgħid kif dan il-Kunsill żamm ‘maż-żmien ta’ tletin ġurnata sakemm jasal għal nominazzjoni ta’ segretarju eżekuttiv fuq bażi permanenti’ skont ir-rapport dwar ir-riżorsi umani maħruġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u kkomunikat mid-Direttur tal-Gvern Lokali fis-16 ta’ Novemrbu 2012? Jista’ jgħid jekk sal-lum dan il-Kunsill għadux b’Aġent Segretarju Eżekuttiv? Jista’ jgħid kif ġiet magħżula din il-persuna partikolari biex tkun Aġent Segretarju Eżekuttiv meta din diġà hija Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali tal-Belt kif ukoll Segretarju Ġenerali fil-European Walled Towns, kariga li teħodha barra minn xtutna bosta drabi matul is-sena? Jista’ jgħid kif ‘id-Dipartiment ħa l-passi li jidhirlu xierqa skont l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Att dwar Amministrazzjoni Pubblika’ kif isemmi fir-rapport dwar ir-riżorsi umani maħruġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Jekk ma ttieħdu l-ebda passi, min ħa din id-deċiżjoni li ma jittieħdu l-ebda passi u fuq liema bażi ttieħdet din id-deċiżjoni?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija bagħat l-informazzjoni msemmija f’komunikat lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz ta’ email nhar it-23 ta’ Novembru 2012, liema email poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ korrispondenza oħra relatata fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6873.
Intant jien infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu kemm kien infurmat mill-Kunsill ta’ Ħal Lija li ma talabx parir mingħand id-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. F’dan id-dawl il-Monitoring Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab għar-rispons tal-Kunsill dwar dan.
Dwar l-għażla tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv f’Novembru 2012, ninsab infurmat li din kienet intgħażlet mill-Ministru skont Artiklu 49 (4) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kapitlu 363 tal-Liġijiet ta’ Malta), wara li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija ma kienx ħatar Segretarju Eżekuttiv kif kien meħtieġ. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien konxju li l-persuna in kwistjoni qed taqdi dmirijietha f’żewġ karigi oħra msemmija mill-Onor. Interpellant.
Dwar il-funzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill, jien infurmat mill-istess Kunsill Lokali li l-Kunsill stenna li jkun konkluż il-proċess tal-għażla tal-persuni fil-pool tas-Segretarji Eżekuttivi u saru l-interviews għal Segretarju Eżekuttiv ġdid. Is-Segretarju Eżekuttiv ġdid iżda għadu ma ntgħażilx wara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali waqqaf lill-Bord tal-Għażla. Dan wara allegazzjonijiet li rċieva d-Dipartiment għall-Gvern Lokali u fuq parir li ħa mingħand il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant sallum il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija għadu qed jopera bl-Aġent Segretarju Eżekuttiv li kellu.
Għall-aħħar żewġ mistoqsijiet nirreferi mill-ġdid lill-Onor. Interpellant għar-rapport dwar ir-riżorsi umani li qed isemmi. L-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-estratt li qed jirreferi għalih jgħid hekk b’mod in toto: “Għalkemm jidher li fejn irriżulta li ma kienx hemm aderenza mal-Liġi u r-regolamenti li joħorġu minnha dan seħħ buona fede, id-Dipartiment jieħu l-passi li jidhirlu xierqa skont l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Att dwar Amministrazzjoni Pubblika.” Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħass li n-nuqqas ta’ aderenza mal-Liġi u r-regolamenti seħħ tassew in buona fede u għaldaqstant id-Dipartiment ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill sabiex jirrimedja, iżda ħass li ma kellux għalfejn jieħu xi passi ulterjuri oħrajn.
Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija – passi kontra l-ex Segretarju Eżekuttiv
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6872, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li kienet żvelat dan l-abbuż qatt ma ġiet mitluba tagħti l-verżjoni tagħha mid-Dipartiment? Huwa konxju l-Ministru li in vista tal-fatt li bil-paniku li qabdu l-ex Segretarju Eżekuttiv meta nkixef dan l-għemil, fl-ittra li qed issir referenza għaliha fit-tweġiba għal din il-mistoqsija, l-ex Segretarju Eżekuttiv ipprova jimplika għemil ħażin min-naħa ta’ din il-persuna?
Response (VELLA, KARMENU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nmru 6872, infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali illi jirriżulta li din l-“implikazzjoni” kienet tirrigwardja “idea” u mhux “għemil”.
Għaldaqstant la darba ma kenitx allegazzjoni vera ta’ “għemil ħażin”, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħass li la kellu għalfejn jistaqsi aktar lis-Segretarju Eżekuttiv dwarha u lanqas lil min kien implikat biex jagħti l-veduti tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li tneħħa l-meter tad-dawl mill-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Iermu fejn ikun hemm il-ħaddiema tal-IPSL li huma mislufa mad-Dipartiment tal-Artijiet, u li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba, kif miġbura mingħand il-kumpanija Air Malta plc.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti ħlas il-Ministeru għas-Saħħa lill-ISMETT (Sqallija) u Pisa għal trapjanti li saru f’dawn iż-żewġ entitajiet mill-2011 sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sal-lum il-Ministeru tas-Saħħa għandu jagħti ħlas ta’ €415,724.60 għal trapjanti jew assessments lill-ISMETT (Sqallija) li saru qabel Marzu 2013. Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda kont pendenti għal trapjanti li saru ġewwa Pisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan l-eks Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull wieħed jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li kien hemm xejn inqas minn 84 impjegat fi ħdan l-eks Minsiteru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li l-kuntratt tagħhom inqaleb minn definit għall-wieħed indefinit matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2013. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7678 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji konċernati.
Bank Ċentrali ta’ Malta – xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji konċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7678 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpanijia kkonċernati.