Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq it-traffic lights fit-triq tal-Barrani hekk kif toħroġ miż-Żejtun għadu ma bediex? X'inhu jżomm biex dawn isiru ġaladarba hemm il-permessi meħtieġa aktar u aktar meta kellhom ikunu lesti kważi sentejn ilu? Min se jkun responsabbli f'każ ta' inċident serju tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5100.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskola San Ġużepp Ħaddiem ġewwa l-Marsa hux se tingħalaq jew le? Jekk iva, meta se jiġri dan u x'se jiġri mill-istudenti u mill-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva l-iskola San Ġużepp Ħaddiem ġewwa l-Marsa ser tingħalaq minn Settembru 2004. L-istudenti ser ikomplu l-kors tagħhom fiż-żewġ skejjel l-oħra ta' l-istess tip li hemm fil-Floriana u n-Naxxar. L-għalliema ser ikunu allokati fl-iskejjel biex ikomplu fil-qadi ta' dmirijiethom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' STD (mard li jittieħed mis-sess) fl-2003 u fl-ewwel tlett xhur ta din is-sena? Liema tipi ta' mard ġie rrappurtat? Minn dawk il-każi rrappurtati, jista' jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li kienu taħt il-21 sena? Għaliex mhuwiex obbligatorju li dan it-tip ta' mard jiġi rrappurtat uffiċjalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stallazzjoni ta' apparat minħabba dħaħen tas-sigaretti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu u kif jaħdem l-apparat li jrid jiġi stallat minn ristoranti, ħwienet, eċċ., minħabba dħaħen tas-sigaretti? Jista’ jgħid jekk il-Malta Standards Authority ħarġitx speċifikazzjonijiet fuq dan l-apparat? Il-GRTU għamlet xi suġġerimenti speċifiċi fuq dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Malta Standards Authority taqa' taht il-kompetenza tal-Ministru ghal Kompetittivita' u Kommunikazzjoni. Pero' l-Ministeru Tas-Sahha, l-Anzjani u L-Kura fil-Komunita' talab lill-MSA biex jigu stabbiliti standards li iridu jigu segwiti minn kull min irrid jipprovdi "smoking areas" fil-bar jew restaurant.
L-ewwel laqgha saret diga.
Jista’ il-Ministru jgħid meta uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa jagħmlu spezzjonijiet f'tuck shops, canteens, etc. ta’ l-iskejjel, isegwux is-suggerimenti tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward ikel u xorb li jgħodd għat-tfal? Fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika nstab xi ħadd li ma kienx qed jipprovdi ikel u xorb kif suppost?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Spezzjonijiet li jsiru fl-iskejjel minn uffiċjali tas-Saħħa Pubblika jsiru sabiex jiġi aċċertat li tali tuckshops/canteens qegħdin joperaw skond il-liġijiet sanitarji w mhux dwar kundizzjonijiet imposti minn Dipartiment ieħor- dan kif titlob l-Att dwar l-Edukazzjoni. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi wkoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 4553.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi li din tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm operaturi ta' tuck shops, canteens, etc., fl-iskejjel li matul dawn l-aħħar ħames snin separatament nstab li kienu qed ibiegħu prodotti ta' l-ikel u xorb li ma kienux tajbin għat-tfal jew ma kienux skond l-ikel u xorb rakkomandat? X'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Dan, in vista li rapporti dwar kundizzjonijiet ta' tali tuckshops jingħataw lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif titlob il-Liġi.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm operaturi mill-1999 ’l hawn, kull sena separatament, li ma ngħatawx kuntratt biex joperaw tuck shops, canteens, etc., għax qabel ma kienux iservu ikel u xorb lill-istudenti kif suppost? Kien hemm min twaqqaf mill-kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat illi mis-sena 1999 l'hawn, ma kienx hemm każi fejn operaturi ma ngħatawx kuntratt biex joperaw tuck shops għax qabel ma kienux iservu ikel u xorb lill-istudenti kif suppost. Lanqas ma kien hemm każi fejn operaturi twaqqfu mill-kuntratt minħabba f'hekk.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkun hemm spejjeż addizzjonali minbarra s-somma ta’ Lm235,000 li hemm ivvotata fil-budget għaċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm sponsorships sabiex jagħmlu tajjeb għal dawn l-ispejjeż addizzjonali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Huwa maħsub li l-ispiża finali għall-festi li ser isiru tlaħħaq għal madwar Lm 415,000. Hemm xi attivitajiet li l-ispejjeż għalihom ser isiru mill-privat.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux informat b’ittri li kapijiet ta’ l-iskejjel qed jibagħtu lill-ġenituri sabiex jinfurmawhom li l-bibien ta’ l-iskola se jinfetħu għaxar minuti qabel u dan minħabba direttiva ta’ l-union ta’ l-għalliema wara ċirkolari maħruġa mid-diviżjoni? Ma jarax il-Ministru li dan se jwassal, u qed iwassal diġa`, sabiex studenti li qed jaslu ħafna qabel jispiċċaw barra mill-iskola u allura esposti għall-periklu anke minħabba l-fatt li m’hemmx superviżjoni magħhom? X’passi se jieħu l-ministeru biex din il-kwestjoni b’mod jew ieħor tiġi solvuta u rranġata fl-interess ta’ l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Naħseb li mid-data tal-Mistoqsija fit-23 ta' Marzu,2004 il-kwestjoni ġiet iċċarata bl-istqarrija tas-26 ta' Marzu. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija li ħarġet id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni flimkien mal-Malta Union of Teachersdwar is-suġġett. L-istqarrija turi li ttieħdu passi sabiex din il-problema , li dwarha qatt ma kien hemm policy stabilita, tiġi riżolta qabel il-ftuħ tas-sena skolastika 2004/2005.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant permanenti jew warrant temporanju u kemm hemm barranin f'dawn l-iskejjel li ġejjin: - il-Kulleġġ San Alwiġi, il-Kulleġġ De La Salle, il-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira, il-Kulleġġ St.Edwards, il-Kulleġġ San Albert il-Kbir, il-Kulleġġ St.Elias, l-iskola San Martin, l-iskola San Anton u l-iskola San Andrea?
Jista' jgħid ukoll kemm hemm għalliema nisa u rġiel? Kemm hemm għalliema reliġjużi?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għandhom warrant permanenti u warrant temporananju f'dawn l-iskejjel li ġejjin: - l-iskola tad-Dorotej, l-iskola tas-Sacred Heart, l-iskola ta' St.Joseph Blata l-Bajda u l-iskola ta' St.Joseph f'Ħal Tarxien?
Kemm hemm għalliema rġiel u nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'politika ta' dixxiplina tiġi wżata fl-iskejjel ta’ l-Istat għal ksur gravi tar-regolamenti? Jeżisti xi kodiċi ta' dixxiplina?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-dixxiplina minn studenti fl-iskejjel hi regolata fid-dokument "Politika Dwar l-Inġieba Tajba u d-Dixxiplina fl-Iskejjel" ippublikat mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fi Frar 2002. Kull skola ġiet mħarrġa dwar kif tfassal il-kodiċi ta' Dixxiplina applikabbli fiċ-ċirkostanzi tagħha, fil-parametri indikati fid-dokument imsemmi. Kopja tad-dokument ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid f'Jannar, fi Frar, u fl-ewwel 15–il ġurnata ta' Marzu separatament, kemm hu magħruf li mietu nies direttament jew indirettament minħabba t-tipjip? Kemm kienu nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' każijiet ta' mwiet reġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-imwiet matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u fl-ewwel 15-il ġurnata ta' Marzu tas-sena 2004 u li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 93, residenti f'Malta u Ghawdex. Dan in-numru huwa mqassam kif ġej.
Xahar
Irġiel
Nisa
Total
Jannar
32
13
45
Frar
23
11
34
1-15 ta' Marzu
11
3
14
Total
66
27
93
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jaġixxi fuq is-suġġeriment tiegħi li ma jħallix għalliema, studenti u anke staff ieħor ta’ l-iskejjel idaħħlu pakketti tas-sigaretti fl-iskejjel fejn jaħdmu jew jattendu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġeriment huwa tajjeb pero impossibli li jiġi attwat minħabba li jirrekjedi tfiċċija fuq il-persuna.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li, fin-nuqqas ta’ ftehim fil-preżent mal-kunsill lokali, id-dipartiment ikunx jista’ jagħmel xi xogħol fil-librerija li tinsab fl-iskola primarja taż-Żejtun, bħal ngħidu aħna xkaffar aktar adegwat għall-ħtiġijiet ta’ din il-librerija?
Institute of Health Care — Honours degree in nursing
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi problemi u diffikultajiet inħolqu għall-istudenti li qed jagħmlu honours degree in nursing ma’ l-Institute of Health Care u li jinsabu fl-aħħar sena? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għall-problemi li nħolqu fejn tidħol id-dissertation fejn ir-regolamenti nbidlu darbtejn? Kif se jolqot l-impjieg futur tagħhom jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba li kien hemm xi dewmien min-naħa tal-Bord ta' l-Etika, u dewmien ieħor li kien kawża diretta ta' l-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida dwar id-Data Protection, kien hemm xi problemi dwar il-ħruġ ta' l-approvazzjoni għall-istudji li kienu qed jiġu proposti mill-istudenti. Dawn il-problemi ġew risolti u l-istudenti kienu nfurmati b'dawn l-iżviluppi.
Ma kienx hemm l-ebda tibdil fir-regolamenti kif preskritti.
Informat ukoll li l-Universita' hija responsabbli mill-lat akkademiku. Ma jirriżultax li din il-kwestjoni ser ikollha xi rifless fuq il-kwestjoni ta' l-impjieg.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’restawr u xogħlijiet simili fl-Imdina mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti u/jew kunsilli jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid x’kienet in-natura tax-xogħol, fejn saret u kemm intnefqu flus għal kull wieħed?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-
Sena
Natura tax-xogħ
ol
Nefqa
1999
Nil
Nil
2000
Nil
Nil
2001
Restawrazzjoni tal-bibien prinċipali ta' barra tal-Palazz Vilhena, Mdina
Lm3,970.00ċ
2001
Restawrazzjoni tal-
Vilhena Bronze
Medallion
fl-entratura prinċipali tal-Palazz Vilhena, Mdina
Lm4,877.50ċ
2001
Restawrazzjoni ta' ġewwa tat-
Torre
dello Standardo
, Mdina
Lm4,134.50ċ
2001 - 2003
Studju ġeoloġiku u strutturali - Palazz Vilhena u Swar
Lm127,682.30ċ
2002
Konservazzjoni tal-ġebel tat-
Triumphal Ensemble
fil-faċċata tal-Palazz Vilhena
Lm10,945.00ċ
2002
Xogħol ta' tisbiħu titjib tal-
forecourt
tal-Palazz Vilhena, Mdina
Lm124,050.00ċ
2003
Rfid ta' strutturi perikolużi fil-Palazz Vilhena
Lm15,808.00ċ
2003
Restawr tal-Bieb tal-Griegi
Lm10,000.00ċ (b'kollaborazzjoni mal-MTA)