Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħlijiet li ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament huma kif ġej:
Xogħlijiet mill-Ministeru jammontaw għal €26,713.24 li minn informazzjoni mogħtija lili kollha ingħataw permezz ta’ Direct Order.
Xogħlijiet minn dik li kienet l-Malta Maritime Authority (MMA) jammontaw għal €5,910.93 li mill-informazzjoni disponibbli ma jirriżultax li saret sejħa għall-offerti.
Xogħlijiet li ingħataw minn Transport Malta ileħħqu is- €16,391.39 li mill-informazzjoni disponibbli ma jirriżultax li saret sejħa għall- offerti.
Dawn ix-xogħlijiet jammontaw għal total ta’ €49,015.56 .
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-Maġistrati li jieħdu ħsieb il-kawżi ċivili u kemm għandhom kawżi pendenti kull wieħed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija numru 8341, il-Maġistrati li jieħdu ħsieb il-kawżi ċivili huma kif muri fit-tabella t’hawn taħt li tindika n-numru tal-kawżi pendenti quddiemhom:
Maġistrat
Qorti tal-Maġistrati
Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva
Bord dwar l-Arbitraġġ tal-Artijiet
Bord tal-Kera
Bord dwar il-Kontrol tal-Kera tar-Raba'
Maġistrat Dr Giovanni Grixti
22
136
8
428
Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera
144
Maġistrat Dr Doreen Clarke
15
Maġistrat Dr Gabriella Vella
192
432
Maġistrat Dr Marse-Ann Farrugia
389
Maġistrat Dr Francesco Depasquale
277
74
8
Maġistrat Dr Charmaine Galea
288
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandu kawżi differiti kull Maġistrat għas-sentenza kompetenza ċivili?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-kawżi ta’ kompetenza ċivili differiti għas-sentenza mill-Maġistrati huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Maġistrat
Kaw
ż
i differiti tas-Sentenza
Maġistrat Dr Giovanni Grixti
201
Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera
3
Maġistrat Dr Doreen Clarke
7
Maġistrat Dr Gabriella Vella
176
Maġistrat Dr Marse-Ann Farrugia
94
Maġistrat Dr Francesco Depasquale
14
Maġistrat Dr Charmaine Galea
1
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew differiti kawżi għas-sentenzi mill-maġistrati li jieħdu ħsieb iċ-Ċivil u ma ngħatawx sentenza fis-snin 2012, 2013 u 2014 ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8343 ma tinzammx statistika dwar kawżi li kienu differiti għas-sentenza u ma ngħatawx.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-maġistrati li jieħdu ħsieb il-collision sittings u kemm ħadu kawżi individwalment fis-snin 2012, 2013 u 2014 u kemm għad għandhom pendenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fil-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta), hemm zewġ maġistrati li jieħdu ħsieb il-collision sittings. Dawn huma il-Maġistrat Dott Consuelo Scerri Herrera u l-Maġistrat Dott Claire Stafrace Zammit.
Il-lista murija hawn taht turi il-kawzi li ġew introdotti quddiem kull Magistrat fis-snin 2012 sa 2014 u l-ammont ta’ kawżi li għadhom pendenti sal-31 ta’ Jannar, 2014.
KOLLIZZJONIJIET
Maġistrat
Introdotti 2012
Introdotti 2013
Introdotti Jan 2014
Pendenti
C. Scerri Herrera
165
266
13
153
C. Stafrace Zammit
323
147
13
137
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ċivili lil kull maġistrat li jieħu ħsieb il-kompetenza ċivili fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014 u kemm minnhom għadhom pendenti sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija 8345, in-numru ta’ kawżi ċivili li daħlu u li għadhom pendenti quddiem kull maġistrat għas-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014 huma skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni li d-direttorat tal-Qrati u Tribunali Ċivili għandu fir-rigward tal-Kawzi Ċivili, hija informazzjoni ġenerali ta’ kemm f’aħħar ta’ kull xahar kull Imħallef u Maġistrat ikollu Kawżi Ċivili pendenti quddiemu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għal meta hija differita l-aħħar seduta ta’ kull maġistrat li joqgħod f’kompetenza Ċivili?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8346, l-aħħar seduta appuntata sas-7 ta’ Marzu 2014, ta’ kull Maġistrat li joqgħod f’kompetenza ċivili hija kif ġej:
Maġistrat
Data tal-aħħar seduta
Maġistrat Dr Giovanni Grixti
2 ta’ Ottubru 2014
Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera
7 ta’ Mejju 2014
Maġistrat Dr Doreen Clarke
21 ta’ Marzu 2014
Maġistrat Dr Gabriella Vella
11 ta’ Diċembru 2014
Maġistrat Dr Marse-Ann Farrugia
1 ta’ Lulju 2014
Maġistrat Dr Francesco Depasquale
9 ta’ Lulju 2014
Maġistrat Dr Charmaine Galea
7 ta’ Mejju 2014
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W176 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi r-raġuni li tneħħa l-meter tad-dawl mill-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Iermu fejn ikun hemm il-ħaddiema tal-IPSL li huma mislufa mad-Dipartiment tal-Artijiet, u li jagħmlu xogħol ta’ sigurtà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-arloġġ imsemmi tneħħa minħabba li ma kienx qed jintuża.
Tajjeb wieħed iżid illi fil-post hemm ippjanata substation ġdida sabiex il-kumpless kollu tal-Forti Sant’Iermu jkun fornut bi provvista waħda li taqdi l-ħtiġijiet tal-kumpless kollu. Ix-xogħlijiet tal-bini ta’ din is-substation ġdida huma għaddejjin.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tagħha li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Tista’, għal kull impjegat tgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Tista’ tgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indefinite status ingħatha abbażi ta’ u skont it-termini tal-Memorandum of Understanding li ġie iffirmat mill-Gvern u l-UHM fl-14 ta’ Jannar 2013. Id-data ta’ meta l-kuntratt definit sar wieħed indefinit hija d-data tal-iffirmar tal-MOU – l-14 ta’ Jannar 2013. L-ittri tal-indefinit status ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u wara l-proċess mar għand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u ġiet l-approvazzjoni, l-ittri tal-appointment ta’ Officer in Scale ġew iffirmati mill-Ministru. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tagħha li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Tista’, għal kull impjegat tgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Tista’ tgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-misitoqsija parlamentari 8336.
Bank Ċentrali ta’ Malta – Impjegati b’kuntratti indefiniti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2013 l-ebda kuntratt definit ma nqaleb għal wieħed indefinit fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-MFSA li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hija l-inkjesta l-aktar antika li għandu kull Maġistrat għar-rigward tad-data meta ġiet reġistrata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-lista ta’ hawn taħt turi, Maġistrat Maġistrat, liema inkjesta hija l-aktar antika li kull wieħed għandu għar-rigward tad-data meta ġiet reġistrata. Din l-istatistika tirrigwardja inkjesti li nfetħu f’Malta u mhux neċessarjament li tkun daħlet għand il-Maġistrat li qiegħdha quddiemu imma li jista’ jkun li tkun ġiet għandu mingħand Maġistrat ieħor.
Maġistrat
Id-data meta ġiet reġistrata l-inkjesta
Magistrate Dr E Grima
15.03.2009
Magistrate Dr C Scerri Herrera
13.06.2013
Magistrate Dr. C Peralta
07.01.2000
Magistrate Dr G Grixti
18.03.2010
Magistrate Dr C Stafrace Zammit
29.09.2006
Magistrate Dr G Vella
7.12.1988
Magistrate Dr M. Hayman
28.12.1998
Magistrate Dr M Farrugia
07.03.1990
Magistrate Dr A Demicoli
20.02.2006
Magistrate Dr D Clarke
23.12.2009
Magistrate Dr A Micallef Trigona
27.05.2011
Magistrate Dr S Demicoli
10.09.2006
Magistrate Dr A Bugeja
28.12.1979
Magistrate Dr A Vella
25.12.1987
Magistrate Dr N Camilleri
17.01.2013
Magistrate Dr F Depasquale
24.12.2004
Magistrate Dr I Farrugia
11.02.2014
Magistrate Dr N Galea Sciberras
01.04.2013
Magistrate Dr C Galea
22.10.2013
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ Uffiċjali Pubbliċi li kellhom il-kuntratt definit tagħhom mibdul f’wieħed indefinit kien ta’ 30. F’kull każ id-data effettiva kienet dik tal-14 ta’ Jannar 2013, li hija d-data tal-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern u l-Union Ħaddiema Magħqudin. L-ittri lill-Ufiċjali ġew iffirmati mis-Segretarji Permanenti ta’ dak iż-żmien, l-Inġinier Christopher Ciantar (MRRA) u John Gatt (MITC) . Waħda mill-ittri biss ġiet iffirmata minn Direttur Ġenerali u dan presubilment kien minħabba każ ta’ parentela.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għal Għawdex — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ impjegati fi ħdan l-eks Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-kuntratt tagħhom inqaleb minn definit għal wieħed indefinit matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien ta’ 252.
Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.