Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7456?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġetti Ewropej li l-MCST qed tmexxi bħalissa huma : Boost MT - proġett maħsub biex isaħħaħ il-parteċipazzjoni ta' entitajiet Maltin fil-Programm ta' Riċerka Ewropew (FP6). Proġett fuq 3 snin u li beda f'April 2004. Ideal-IST - proġett maħsub biex jgħin kumpaniji involuti fl-IT biex ikunu jistgħu jixtħu proposti għal-Ewropej taħt l-FP6. Proġett fuq sentejn u li beda f'Mejju 2004. IST-Mentor - proġett maħsub biex jgħin kumpaniji ta' l-IT li jkunu ħadu fondi Ewropej taħt l-FP6 biex ikunu jistgħu jisfruttaw aħjar il-benefiċċji ta' dawn il-fondi. Proġett fuq sentejn u li beda Frar 2004. FOR-Society - proġett li jgħin biex jiġu żviluppati metodi ta' pjannar fit-tul imsejħa Foresight. Proġett fuq sentejn u li beda f'Awissu 2004. Innovation Relay Centre (IRC) - Proġett maħsub biex jipprovdi għajnuna lil SMEs biex jiksbu teknolġija ġdida. SMEs go life science - proġett maħsub sabiex jgħin SMEs li huma involuti f'riċerka fil-qasam biex jiksbu teknoloġija ġdida. Train-net futures - proġett maħsub sabiex jgħati taħriġ lil min ikun qed imexxi proġetti ta' riċerka fl-oqsma tas-saħħa. Proġett fuq sentejn u li beda f'Lulju 2004. Hemm ukoll xi proġetti żgħar oħra li qegħdin fl-aħħar tagħhom u li ilhom għaddejin madwar sentejn. Il-proġetti msemmija hawn fuq, (minbarra l-IRC) huma kollha finanzjati mill-Kummisjoni Ewropea u Malta ma toħroġ xejn għalihom. L-IRC huwa finanzjat mill-Kummisjoni Ewropea (50%) u Malta (50%). Is-sehem ta' Malta huwa ta' madwar Lm35,000 fis-sena għal-erba snin. In-naħa Maltija hija magħmula mill-MCST u mill-Malta Enterprise. Fuq livell Nazzjonali : RTDI Programme - programm maħsub biex jiffinanzja proġetti ta' riċerka, kemm dik basika kif wkoll dik applikata. Dan il-programm huwa maqsum fi tlett kategoriji u minnu jistgħu jibbenefikaw kemm akkademiċi kif wkoll l-industrija.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Chairman

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7454, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx milqugħa t-talba tas-Sur Peter Diacono li ma jkomplix fil-kariga? Fil-każ li din ġiet milqugħa, jista' jgħid min inħatar minfloku?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fl-affermattiv. Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jimla l-vakanza maħluqa.
Leg 10 PQ #7736 Sitting 172 2004-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Edukattiv

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7465, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-imsemmija rapporti annwali? Tista' tgħid ukoll min huma l-membri fil-kunsill ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-Rapport ta' Ħidma tal-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali għal Għawdex huwa magħmul minn: Prof Lino Briguglio Co-Chairperson u bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' Għawdex Is-Sur Gordon Cordina Co-Chairperson Is-Sur Philip Mifsud Segretarju Is-Sinjura Claudia Cassar bħala rappreżentant tal-Ministru għal Għawdex Is-Sur Carmel Attard Assistent Direttur (Operations) Edukazzjoni Is-Sur Godwin Grech bħala rappreżentant tal-MCAST Is-Sur Anthony Said bħala rappreżentant ta' l-Iskola Post Sekondarja Is-Sur Edwin Borg bħala rappreżentant ta' l-ITS (Għawdex) Is-Sur Joe Attard bħala rappreżentant taċ-Ċentru ta' l-Arti u Snajja Is-Sur Michael Bajada bħala rappreżentant ta' l-Adult Training Centre Rappreżentant mill-Employment and Training Corporation Is-Sur Paul Scicluna bħala rappreżentant tal-Gozo Tourism Association Is-Sur Anthony Bezzina bħala rappreżentant tal-Gozo Business Chamber Is-Sur Joe Grech bħala rappreżentant tat-Taqsima tas-Snajja tal-Gozo Business Chamber Rappreżentant mill-Koperattivi Agrikoli Rappreżentant mill-Kunsilli Lokali

Sixth Framework Programme — National Contact Points

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7463?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li jwettqu l-NCPs jikkonsisti fid-disseminazzjoni ta' informazzjoni li toħroġ mill-Kummissjoni Ewropea dwar opportunitajiet fi ħdan il-proġett ta' Riċerka FP6. L-NCPs ukoll iservu ta' konsulenti għal kull min jikkwalifika biex jipparteċipa fl-FP6. Dan jagħmluh billi jipprovdu informazzjoni u iservu ta' gwida sabiex jiffaċilitaw il-partiċipazzjoni ta' entitajiet lokali. L-NCPs iservu wkoll ta' sensara u jressqu Partners Ewropej lejn entitajiet lokali u viċi versa sabiex jinħolqu Consortia li jipparteċipaw fi proġett ta' riċerka. F'dan l-aħħar 4 snin saru numru ta' attivitajiet pubbliċi ta' disseminazzjoni u numru akbar ta' laqgħat ma' entitajiet individwali li kellhom l-iskop li jinfurmaw u jħeġġu aktar parteċipazzjoni fil-programm. Sal-lum, bejn l-FP5 u l-FP6, entitajiet Maltin issieħbu f'mhux anqas minn 75 proġett, bi dħul ta' aktar minn 5 miljun Euro.

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn waħda mill-għalliema fl-iskola, li isimha qed ngħaddih separatament, għandha d-desk permanenti tagħha fl-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet ta' l-iskola meta din m'għandhiex il-grad ta' assistent kap, u għalfejn din il-persuna tippreżenta lilha nnifisha bħala xi assistent kap ta' l-iskola, liema pożizzjoni tagħtiha aċċess għall-informazzjoni personali dwar għalliema oħra, liema informazzjoni tinsab fl-uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, kif ukoll tagħmilha possibbli li tieħu sehem f'deċiżjonijiet amministrattivi li jolqtu għalliema oħra, meta din m'għanda ebda dritt li tagħmel dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema konċernata hi koordinatriċi tas-suġġett fi grad ekwivalenti għal dak ta' Kap Assistent. Ma jirriżultax li hi qatt ma ppreżentat ruħha bħala Assistent Kap ta' l-iskola jew li għandha xi aċċess għall-informazzjoni personali dwar l-għalliema. Din l-informazzjoni tinżamm fl-uffiċju tal-Kap ta' l-iskola. Il-Kap hi responsabbli biżżejjed biex tagħraf tmexxi fit-tehid ta' deċiżjonijiet amministrattivi li jolqtu l-għalliema.

Karwija — Xogħlijiet fit-toroq ta' madwar l-iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada hux se tagħmel xi xogħlijiet fit-toroq ta' madwar l-iskola u l-kumpless li qed jinbena ġewwa l-Karwija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux kompitu tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li tagħmel ix-xogħolijiet fit-toroq imsemmija.

Karwija — Skola

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li l-junior lyceum San Ġużepp ġewwa Corradino jiġi trasferit għall-iskola ġdida fil-Karwija, hekk kif din tkun lesta? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li din l-iskola tkun lesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-użu ta' l-iskola l-ġdida tal-Karwija l-Ministru u d-Diviżjoni għad iridu jiddeċidu l-aħjar użu. Peress li għad iridu jiġi mogħtija numru ta' kuntratti wara proċess ta' tenders għadni m'hinix f'pożizzjoni ngħid id-data meta l-iskola ser tkun lesta.

Ħal Kirkop — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministrui jgħid meta se jsir ix-xogħol tant meħtieġ fil-ground ta' l-iskola primarja San Benedittu ta' Ħal Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-ground ta' l-iskola primarja San Benedittu f'Ħal Kirkop diġa nbeda u qiegħed isir bi ftehim mal-Kap ta' l-iskola sabiex ma jkun hemm l-ebda tfixkil għal l-operat ta' l-iskola.

Programm għal riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7459, jista' il-Ministru jgħid jekk it-Lm300,000 li ngħataw ġewx meħuda lura u allura effettivament l-applikanti ma ħadu xejn? Jista' jgħid x'inhu t-titlu ta' kull waħda mit-30 proposta?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ammont ta' flus imsemmi ser jinqasam bejn il-proġetti magħżula meta tiġi finalizzata l-evalwazzjoni li trid issir bl-għajnuna ta' esperti barranin. Tagħrif dwar it-titolu ta' kull proposta ser jitpoġġa fuq il-Mejda ral-Kamra f'xi Seduta oħra.

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7458?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'Malta membru fl-EU, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija ser jibqa' jgħati l-kontribut tiegħu fl-oqsma tar-riċerka u innovazzjoni. L-amministrazzjoni tal-Programm ta' Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea (FP6) tibqa' l-aktar parti li fiha l-MCST jinvolvi ruħu. Apparti minn dan, l-MCST ikompli jikkollabora ma l-Kummissjoni Ewropea fejn jidħlu diskussjonijiet u attivitajiet konnessi ma' l-istrateġija ta' Lisbona. L-MCST ukoll iħejji dokumenti li jservu bħala bażi għall-interventi ministerjali fid-diversi laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri meta fuq l-aġenda hemm suġġetti relatati.

Maltacom — Sistema tal-Giraff

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W101 u t-tweġiba li ngħatat, filwaqt li nifhem it-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sa dak il-perjodu li l-Maltacom ġiet ikkwotata fuq l-istock exchange?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi jidhirli li l-interess fir-risposta hu biss wieħed storiku u fi kwalunkwe każ id-dokumentazzjoni relattiva hi f'idejn il-Maltacom, jiddispjaċini li ma nistax nagħti risposta dettaljata.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi pprovdut trasport għal numru ta' tfal li joqogħdu l-Qawra u li jmorru l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li trasport mill-Qawra għall-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, diġa jeżisti. Hemm madwar 75 tifel u tifla li jużaw da it-trasport.

MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti sabiex jidħlu fl-MCAST fid-diversi istituti? Għal liema korsijiet applikaw? Kemm kienu bniet u kemm subien? Jista' jgħid ukoll kemm ġew magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat kif ġej: Istitut Nru. Applikanti Irgiel Nisa Inġinerija Mekkanika 184 159 15 Inġinerija Elettrika u Elettronika 284 273 14 Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni 243 229 14 Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Kommunikazjoni 504 390 114 Kummerċ u Negozju 640 224 416 Arti u Disinn 158 67 91 Marittimu 13 10 3 Servizzi fil-Komunita 525 60 465 Agrikummerċ 27 20 7 Għawdex 121 56 65 2702 1488 1204 Ġejt informat li l-MCAST għadu mhux f’pożizzjoni jagħti figura definittiva ta’ dawk li ġew magħżula minħabba li numru ta’ studenti li ġew offruti post f’xi kors fl-MCAST baqgħu ma irreġistrawx u lanqas informaw il-Kullegg jekk għadhomx interessati jew jekk għażlux xi istituzzjoni oħra post-sekondarja (p.e. Junior College). Ser jintbagħat l-aħħar avviż lil-istudenti biex f’qasir żmien jagħtu l-informazzjoni meħtieġa.

Skejjel — Għalliema ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema ġodda u f'liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru tal għalliema ġodda li ġew impjegati fil-livell Primarju huwa ta' 59 għalliema, filwaqt li fil-livell Sekondarju in-numru huwa ta 78 għalliema u qegħdin jgħallmu f'dawn is-suġġetti: Arti, Studji fil-Kompjuter, Ġoġrafija, Ġermaniż, Edukazzjoni Fiżika, Bijoloġija, Studji Soċjali, Kimika, Matematika, Ingliż, Franċiż, Taljan, Storja, Reliġjon, Malti, Fiżika, Xjenza Integrata, Ekonomoija tad-Dar, Żvilupp Personali u Soċjali, Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni , Kommunikazzjoni Grafika.

Stazzjon Nazzjonali tar-Radju — Programmi

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw dwar għażla ta' programmi fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju? Min qed jieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet? Jista' jgħid ukoll b'mod partikolari x'kienet ir-raġuni li persuna nazzjonali bħal Mons Victor Grech ġie mwaqqaf milli jkompli jagħmel il-programm tiegħu fuq l-istazzjon nazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kriterji użati għall-għażla tal-programmi mxandra fuq l-istazzjonijiet tal-PBS jinsabu fil-Programme Statement of Intent u fin-National Broadcasting Policy. Iż-żewġ dokumenti kienu pubblikati f'Mejju li għadda. Il-proċess ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar programmi u l-organi responsabli għalihom huma ukoll imsemmija fid-dettal fl-istess dokumenti. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninfurmak li għal dan il-gvern ilu li għadda ż-żmien li jindaħal fil-meriti ta' kif jintgħażlu l-programmi, anzi il-policy dikjarata hi li l-PBS għandu jkun indipendenti mill-gvern editorjalment u kemm jista' jkun anke finanzjarjament. Għalhekk ma nħossx li għandi nidħol fir-raġunijiet tekniċi u professjonali li jkun hemm u li a bażi tagħhom regolarment isiru bidliet fl-iskedi tal-PBS. Fir-rigward, tal-programm imsemmi jien infurmat illi ma saret ebda applikazzjoni biex dan il-programm isir.

Sixth Framework Programme — National Contact Points

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' nies li qed iservu ta' National Contact Points (NCP) fuq is-Sixth Framework Programme (FP6)? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li bih ġew magħżula dawn il-persuni? Tista' persuna li m'għandhiex bażi akkademika jew anke esperjenza mibnija fuq xogħol f'xi industrija tkun NCP ta' suġġett partikolari?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sixth Framework Programme — National Contact Points

Question

Jista' il-Ministru jispjega x-xogħol li jwettqu l-NCP's? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-attivitajiet li saru u li huma ppjanati mill-NCP's f'dawn l-aħħar erba' snin, b'mod separat għal kull NCP?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għawdex — Kunsill edukattiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma ssir bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew il-ministeru u l-kunsill edukattiv għal Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-sistema edukattiva f'Għawdex hija integrata ma dik ta' Malta u għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi il-ħidma edukattiva f'Għawdex bl-istess mod akkurat kif tagħmel f'Malta. Għal dan l-iskop hemm numru ta' uffiċjali għolja tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jsegwu u jirrapurtaw fuq dawn il-qasam, uħud minnhom rappreżentati fl-insemmi kunsill.
Leg 10 PQ #7465 Sitting 169 2004-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsill edukattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il darba iltaqa' il-kunsill edukattiv għal Għawdex mill-bidu tas-sena 2002 sal-lum? X'ġie diskuss u x'deċiżjonijiet ħa? Tista' tgħid ukoll jekk dan il-kunsill jippreżentax rapport annwali? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja tar-rapporti annwali sa mit-twaqqif ta' dan il-kunsill, jiġifieri mis-sena 2001 sas-sena 2003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni ghal Ghawdex iltaqa' erba' darbiet matul is-sena 2002. Il-Kunsill iddisuktat materji li jirrigwardaw l-edukazzjoni f'Ghawdex u kien bord konsultattiv. Matul il-hidma tieghu il-Kunsill ipprezenta rapport li jkopri l-perijodu minn Jannar 2001 sa Gunju 2002. Il-Kunsill gie xolt u gie rikostitwit bhala Kunsill ta' l-Edukazzjoni u Tahrig Vokazzjonali ghal Ghawdex fl-1 ta' Settembru 2004.