Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li bħalissa qed jingħataw xi forma ta' għajnuna? F'din is-sena kemm ingħataw f'children's allowance u benefiċċji oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallas s'issa matul din is-sena f'children's allowance? Kemm-il familja qed tibbenefika? Kemm hu maħsub li se tkun is-somma totali li se titħallas f'din is-sena finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl fil-Matthew Micallef St. John Stadium fil-Marsa mhux qed jixgħel u ħafna atleti u dilettanti qed ikollhom jagħmlu t-taħriġ tagħhom fid-dlam? Min hu responsabbli minn din id-deċiżjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-faċilitajiet sportivi tal-Marsa jinsabu biswit il-kanal tal-ilma tax-xita li jinżel mill-Wied ta' Ħal-Qormi għax-xatt tal-Marsa.
Dan il-kanal qed jiġi mwessa' bħala parti mill-proġett kontra l-għargħar li qiegħed jitwettaq mid-Dipatiment tax-Xogħolijiet fil-Ministeru ta' l-Insfrastruttura.
Minħabba din il-ħidma kif ukoll bħala sigurta għall-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett, il-Kunsill Malti għall-Isport ġie mitlub mill-istess Dipartiment sabiex jiġu żarmati il-cables tad-dawl eżistenti.
Huwa ttamat illi l-provista u servizz tad-dawl tirritorna għan-normal fil-ġranet li ġejjin meta jitlesta x-xogħol fuq il-kanal.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest il-pitch tal-ħaxix fil-Matthew Micallef St. John Stadium fil-Marsa? Jista' jgħid min qed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol taż-żriegħ tal-Matthew Micallef St.John Athletic Stadium tlesta. Ix-xogħol sar mill-ħaddiema, inkuż wieħed mill-IPSL, li jaħdmu mal-Kunsill Malti għall-Isport stazzjonati ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Marsa.
Peress li t-team tar-rugby ta' Malta m'għandux post addattat biex jittrenja minħabba li m'għadx għandu l-faċilitajiet li kellu fil-Marsa, jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir biex l-għaqda li tmexxi dan l-isport ikolha l-faċilitajiet meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kunsill Malti għall-Isports flimkien mal-Ministeru konċernat qed jgħinu t-tim nazzjonali tar-rugby biex takkwista training slots f'ground tal-futbol li jinsabu taħt it-tmexxija ta' Għaqdiet Sportivi oħra.
Jista' il-Ministru jinvestiga u jara għaliex studenti li għamlu r-resits tal-MATSEC irċevew fuq SMS li weħlu mill-eżamijiet u ftit wara rċevew li dan kien żball? Kemm kienu dawn l-iżbalji?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-Ġimgħa , 24 ta' Settembru 2004, meta l-operaturi tas-sistema li tibgħat r-riżultati tal-MATSEC bl-sms kienu qed jiċċekkjaw is-sistema xi jiem qabel ma kellhom jintbagħtu r-riżultati ta' Settembru, bi żball huma bagħtu xi riżultati ta' Mejju lil kandidati li kienu qagħdu għall-eżami taċ-Ċertifikati tal-Matrikola. B'kollox intlaqtu xi 500 kandidat. Fil-pront dawn il-kandidati kienu avżati biex jinjoraw l-sms li kienu rċevew u li r-riżultat ta' Settembru kellhom joħorġu kmieni l-ġimgħa ta' wara. Fil-fatt ir-riżultati nbgħatu t-Tlieta, 28 ta' Settembru 2004 kif kien ippjanat minn qabel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel ta' l-istat fil-livell primarju u sekondarju ? Kemm hemm fil-livell ta' kindergarten? Jista' jagħti l-istess figuri għall-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Fil-livell Numru ta' studenti Numru ta' studenti Numru ta' studenti fl-Iskejjel ta' l-Istat fl-Iskejjel tal-Knisja fl-Iskejjel Indipendenti
Primarju 18,554 7,392 4,294
Sekondarju 18,306 7,656 2,334
Kindergarten 4,620 1,448 1,901
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell ta' Sixth Form li qed jattendu l-iskejjel ta' l-ista, l-iskejjel tal-knisja u skejjel indipendenti? Kemm huma subien u kemm bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li fil-livell tas-Sixth Form,
fl-iskejjel ta' l-Istat qed jattendu hekk :
Subien: 2091 Bniet: 3078 Total: 5169
fl-iskejjel tal-Knisja qed jattendu hekk :
Subien: 167 Bniet: 162 Total: 329
fl-iskejjel Indipendenti qed jattendu hekk :
Subien: 39 Bniet: 28 Total: 67
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li qed jattendu l-MCAST? Jista' jgħid kemm qed jattendu għal kull kors u kemm kienu dawk li applikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-MCAST u l-applikazzjonijiet li nġabru fl-ewwel sejħa huma hekk :
Institute Populazzjoni Applikazzjonijiet li
nġabru fl-ewwel sejħa
Institute of Information and Communication Technology 560 504
Institute of Business & Commerce 780 640
Institute of Building & Construction Engineering 481 243
Institute of Electrical and Electronics Engineering 575 287
Institute of Community Services 407 525
Agribusiness Institute 45 27
Institute of Mechanical Engineering 314 184
Institute of Art & Design 266 158
Maritme Institute 41 13
Gozo MCAST Centre 173 121
Totali 3642 2702
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet u għalliema separatament li huma mistennija jirtiraw matul din is-sena skolastika? F'liema livell huma impjegati bħalissa?
L-għalliema huma kollha intitolati li jirtiraw tliet xhur qabel jilħqu l-eta' ta' 60 sena fil-każ ta' nisa u 61 sena fil-każ ta' l-irġiel u dan bi ħlas ta' paga sħiħa? Din tapplika għall-għalliema fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Dettalji dwar kemm hemm kapijiet ta' skejjel, assistenti kapijiet u għalliema u f'liema livell huma mpjegati bħalissa li huma mistennija jirtiraw matul din is-sena skolastika, ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li fl-iskejjel tal-Knisja kollha, bħal dawk ta' l-iskejjel Statali, huma ntitolati għall pre-retirement leave, kemm jekk jirtiraw ta' 60 sena kif ukoll jekk jirtiraw ta' 61 sena u b'paga sħiħa. L-ammont ta' pre-retirement leave jiddependi minn kemm ikunu utilizzaw is-sick leave u minn numru ta' snin servizz. Il-massimu ta' pre-retirement leave hu ta' tlett xhur.
Informat ukoll li l-iskejjel Indipendenti għandhom arranġamenti differenti, skond il-kuntratti li jkollhom ma' l-għalliema jew bħala gruppi.
Segretarjat privat tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi u mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phonesużati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz? Min jużahom? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is-sena finanzjarja?
Rigward il-mobile phones, min huwa ntitolat biex jużahom u kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sixth Framework Programme — National Contact Points
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7461?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lista ta' nies li qed iservu ta' National Contact Points (NCPs) fuq is-Sixth Framework Programme (FP6) li ġejjin mill-kamp akkademiku, mis-settur pubbliku u minn dak industrijali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-NCPs jintgħażlu abbażi ta' għarfien tas-settur patikolari kif ukoll ta' kompetenza fil-kommunikazzjoni. Mhux mitlub li min jokkupa din il-kariga jkollu esperjenza diretta fis-suġġett, għalkemm din tgħin. Dawk li jintgħażlu jingħataw taħriġ mill-Kummissjoni Ewropea u anki mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi persuni mill-kamp akkademiku, mis-settur pubbliku u minn dak industrijali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ħlas għax-xogħol li membri tal-korp tal-pulizija wettqu fil-grounds tal-football? Kemm irid jitħallas mill-awtoritajiet tal-footballf'Malta għax-xogħol extra li sar mill-pulizija? Jista' jgħid jekk dawn il-membri tal-korp hux qed jitħallsu fi żmien raġonevoli jew inkella qed ikun hemm xi dewmien biex isir dan il-ħlas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed ikun hemm dewmien mill-awtoritajiet tal-football sabiex iħallsu l-kontijiet għal xogħol li jsir minn membri tal-Korp tal-Pulizija bħala extra duty, li bħala regola dan in-numru ikun terz tan-numru tal-Pulizija li jkunu attwalment meħtieġa, peress li l-istess awtoritajiet tal-football qed idumu sabiex iħallsu l-ammonti dovuti. Fil-fatt, preżentament hemm dovuta is-somma ta' Lm6,109.50, lil 84 membru tal-Korp tal-Pulizija, li jkopri minn Lulju ta' din is-sena l'hawn, filwaqt li l-aħħar ħlasijiet kienu saru f'Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il membru tal-korp tal-pulizija għandhom jieħdu ħlasijiet mill-awtoritajiet tal-football imqassma f'ranks differenti?
Response (BORG, TONIO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7844 f'din l-istess Seduta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija bħalissa mqassma f'ranks differenti? Kemm hemm li diġa' għalqu 25 sena servizz? Kemm hemm li se jispiċċaw/diġa' spiċċaw din is-sena għaliex għalqu l-61 sena? Kemm hemm vakanzi bħalissa f'kull rank?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,788 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kif ġej:
Kummissarju
1
Deputat Kummissarju
1
Assistent Kummissarju
9
Supretendent
23
Spettur
94
Surġent Maġġur
1
Surġent
312
Kuntistabbli
1,347
Minn dawn hemm 160 li għalqu il-25 sena servizz, filwaqt li ma spiċċa ħadd għaliex għalaq il-61 sena. Infurmat ukoll illi beda l-proċess ta' reklutaġġ ta' kuntistabbli.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet li l-kunsill Malti għall-isport qiegħed jamministra? Kemm hemm impjegati mal-kunsill fil-preżent u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed jamministra l-Kumpless Sportiv Kottonera, il-Kumpless Sportiv Marsa u l-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq. Il-lista tal-ħaddiema ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ġew allokati lill-kunsill Malti għall-isport għal din is-sena finanzjarja? Kemm intnefqu s'issa matul din is-sena? Jista' jelenka fiex intnefqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-fondi allokati huma dawk kif jidhru fl-Estimi u sa l-aħħar ta' Settembru 2004 intefqu Lm582,234 f'pagi u salarji, spejjeż operattivi u għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jiġix kkonsidrat li xogħlijiet ta' restawr, b'mod partikolari/anke restawr fi knejjes, jiġi meħlus mill-ħlas tal-VAT anke minħabba l-fatt li dan ix-xogħol isir wara ġbir li jsir minn fost il-poplu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tip ta’ xogħolijiet imsemmija ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-ħelsien mit-taxxa fil-kuntest tal-liġi tal-VAT.
(Tweġiba mogħtija: 13/10/2004PM)
(Seduta Numru: 172)
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-ħitan ta' l-imtalli, ix-shelters u l-katakombi fl-inħawi tal-Karwija, fejn qed tinbena skola ġdida, jiġu mħarsa u konservati tajjeb? Saru xi spezzjonijiet fuq il-post minn dawk konċernati? Jekk iva, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f’Ottubru ta’ l-2001, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien għamel rakmandazzjonijiet lil MEPA fuq dan il-każ. Dawn ir-rakomandazzjonijiet għadhom meqjusa validi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu li:
a) Il-Ħajt storiku tal-matla għandu jiġi protett u konservat;
b) Ix-shelters tal-gwerra għandhom jiġu protetti u integrati fil-proġett;
c) Il-katakombi kienu il-barra minn dan il-proġett. Minkejja dan, kellhom ikunu imnadfa u protetti.
Dawn il-rakkmandazzjonijiet kienu aċċettati mill-MEPA u inklużi fil-kundizzjonijiet tal-permess. Kienu imposti ukoll garanziji finanzjarji biex dawn il-kundizzjonijiet ikunu rispettati.
Waqt li jkun qed isiru x-xogħolijiet marbuta ma’ dan il-permess, monitors magħzula minn kumitat tal-MEPA ser ikunu fuq il-post biex iżommu lill-awtoritajiet konċernati infurmati .
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7457?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) uża dawn is-servizzi ta' konsulenti barranin matul dawn l-aħħar erba snin :
PREST - Institute of Research in Science and Technology, fl-Universita' ta' Manchester. PREST kienu tqabbdu sabiex jgħinu lil MCST fl-eżerċizzju ta' awditjar tar-riżorsi nazzjonali fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija. Ix-xogħol sar fl-2002 u kien jinkludi rapport dwar l-operat ta' l-istess MCST.
Tħallsu : Lm9,239
BIT - Kumpanija Awstrijaka li tispeċjalizza fit-taħriġ ta' preparazzjoni ta' proposti għall-fondi Ewropej. Tqabbdu sabiex jgħatu taħriġ fil-kitba ta' proposti u fl-immaniġjar ta' proġetti Ewropej.
Tħallsu : Lm1,838
HYPERION - Kumpanija ta' konsulenza u taħriġ fil-qasam ta' l-immaniġjar ta' proġetti Ewropej. Tqabbdu biex jgħatu taħriġ lil entitajiet lokali u persuni involuti fil-Programm ta' Riċerka Ewropea (FP6).
Tħallsu : Lm1,605
ZENITH Gmbh - Zenith tqabbdu sabiex jgħinu fit-twaqqif ta' l-ewwel Innovation Relay Centre (IRC) f'Malta. Huma kienu ġew rakkomandati mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-aktar IRC li kien għamel suċċess fl-Ewropa. Ix-xogħol sar bejn April ta' l-2002 u Marzu ta' l-2004.
Tħallsu : Lm19,311