Peress li l-Ministru f'bosta diskorsi pubbliċi tkellem dwar school clusters, jista' jgħid jekk hemmx xi proposta li diġa' ġiet diskussa fil-kabinett?
Jista' jgħid jekk sarux stimi ta' kemm se tiġi tiswa?
Meta hu maħsub li din is-sistema se tibda?
Response (GALEA, LOUIS)
Proposti dwar riformi fil-qasam ta' l-edukazzjoni għad iridu jiġu preżentati lill-kabinett u wara jiġi publikat dokument għad-diskussjoni.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji tuża l-Universita' ta' Malta sabiex tintroduċi korsijiet ġodda kemm full time kif ukoll part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tindroduċi korsijiet ġodda meta jkun hemm xi talba speċifika minn xi entita' governattiva jew meta b'mod ieħor isir magħruf li hemm il-ħtieġa ta' xi speċjalizazzjoni partikolari. Korsijiet ġodda jistgħtu jkunu introdotti wkoll b'inizjattiva ta' xi Dipartiment akkademiku. Kull proposta tiġi eżaminata u diskussa l-ewwel fi ħdan id-Dipartiment li jkun qed jipproponiha, wara fil-Bord tal-Fakulta u mbagħad ma sotto-kumitat tas-Senat u finalment titressaq għal approvazzjoni tas-Senat biex jittieħdu inkonsiderazzjoni kemm fatturi akkademiċi kif wkoll fatturi ta' finanzi u l-ħtieġa tal-kors propost.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw exemptions lil studenti barranin mill-ħlas ta' tariffi ta' l-Universita' f'dawn l-aħħar erba' snin?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena b'mod separat?
Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw għal dawn l-eżenzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li applikazzjonijiet għal eżenzjoni kien hekk:
2000/2001 - 8 Eżenti
2001/2002 - 11 Eżenti
2002/2003 - 25 Eżenti
2003/2004 - 41 Eżenti
Il-kriterja mogħtija mill-Ministeru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid f'liema korsijiet?
Jista' jgħid ukoll ta' liema nazzjonalita' huma u kemm hemm minn kull pajjiż?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-Universita' ta' Malta kors b'kors u mill-liema nazzjonalita' ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min jeżerċita kontroll fuq korsijiet universitarji li jiġu offruti lill-Maltin, anke permezz ta' reklami fil-gazzetti, fuq il-kontenut tal-korsijiet offruti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Onor. Membru konċernat qed jsemmi 'korsijiet offruti lill-Maltin permezz ta' reklami fil-gazzetti', nassumi li qed jirreferi għall-korsijiet offruti minn Universitajiet barranin. Ninsab informat li l-Universita' ta' Malta ma għandiex taqsam ma' dawn l-Universitajiet.
Il-liġi dwar l-edukazzjoni bħalissa ma tipprovdix b'mod adegwat għall-kontrolli meħtieġa. Hu maħsub li din il-kwestjoni tiġi trattata fil-proposti ta' tibdil fil-liġi konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Institute of Health Care fl-ewwel sena akkademika?
Jista' jgħid ukoll dawn l-istudenti ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 242 student daħlu fl-Institute of Health Care din is-sena, inkluż żewġ barranin ta' nazzjonalita' Niġerjana.
X'inhi eżattament il-ħatra tal-persuna indikata separatament il-lum fil-PBS? Jaħseb il-Ministru li għadu mhux fl-interess tal-poplu li jiżvela x'kien qed jiswa lit-taxpayer dan il-konsulent tal-PBS? Jista il-Ministru jħabbar ir-remunerazzjoni, u vantaġġi oħra li jieħdu l-memmbri tal-Bord Editorjali.
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuna ndikata kienet oriġinarjament ingaġġata bħala konsulent editorjali tal-Bord tad-Diretturi. Illum tokkupa wkoll il-pożizzjoni taċ-Chairperson tal-Bord Editorjali u dan wara r-riformi li saru fil-PBS.
Iż-żewġ pożizzjonijiet huma "full time". Iċ-Chairman tal-Bord Editorjali jitħallas l-istess bħaċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi. Kumplessivament, jiġifieri fiż-żewġ funzjonijiet tiegħu, il-persuna ndikata titħallas Lm684 fix-xahar u għandu rifużjoni tal-ispejjeż tat-telefon bħal membri tal-Bord tad-Diretturi.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l-istudenti li minkejja li kien intqal lilhom li kif ilestu s-sentejn fil-prevocational school se jibdew id-diploma fl-Institute of Health Care, s'issa baqgħu barra?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 7929.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7516, il-Ministru jqis li t-trasport eżistenti huwa biżżejjed meta wieħed iqis in-numru ta' tfal li għandhom bżonn it-trasport?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt assigurat li għan-numru ta' tfal li joqgħodu l-Qawra diġa jeżisti trasport u it-trasport li ġie provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jaqdi l-bżonnijiet tat-tfal li jagħmlu użu minnu.
Avukat Ġenerali — Inkjesta maġisterjali dwar l-FTS
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' l-Avukat Ġenerali fejn tidħol l-inkjesta maġisterjali dwar l-FTS?
Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li din tiġi ppubblikata?
Response (BORG, TONIO)
Jiena infurmat li wara li l-Avukat Ġenerali eżamina l-inkjesta maġisterjali li għaliha rrefera l-Onor. Interpellant, huwa talab li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li waslu biex jiġu konklużi. Appena jintemmu dawn l-investigazzjonijiet, l-Avukat Ġenerali jkun f'pożizzjonili jagħti l-pariri ulterjuri tiegħu fir-rigward.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, l-ħsieb hu li hekk kif l-Avukat Ġenerali jagħti l-pariri tiegħu u ma jkunx hemm aktar ostaklu ghal daqshekk, ir-rapport tal-inkjesta jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li weħlu fl-eżamijiet tal-MATSEC fid-diversi suġġetti? (A level)
Jista' jgħid ukoll kemm minnhom għamlu resit u kemm għaddew?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-ewwel ġimgħa fl-Universita' ta' Malta wasluli diversi rapporti li kien hemm numru ta' lectures li ġew kanċellati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li kien hemm numru sostanzjali ta' lectures li ġew ikkanċellati fl-ewwel ġimgħa ta' l-Universita', iżda wieħed irid jikkonsidra li fl-ewwel ġimgħa l-istudenti l-ġodda ikollhom bosta laqgħat in konnesjoni mal-Ġranet ta' Orjentament organizzat mill-Universita'.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Educational officers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm educational officers fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-preżent u x'inhi r-responsabbilta' tagħhom?
Jista' jgħid ukoll jekk hux għaddej xi proċess biex il-complement ta' l-EO's jintlaħaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 48 Educational Officers fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Ir-responsabbilitajiet tagħhom ivarjaw minn xogħol fl-oqsma ta' l-edukazzjoni inklussiva, operat, servizzi ta' l-istudenti, żvilupp u twettiq tal-kurrikulu, edukazzjoni għall-adulti, ippjanar u żvilupp u edukazzjoni fit-teknoloġija.
Informat ukoll li għadu kif spiċċa l-proċess biex jintlaħaq in-numru sħiħ ta' Education Officers għax ma' applikawx uffiċjalment għall-postijiet kollha vakanti li hawn u wkoll għax żewġ Education Officers magħżula ma' aċċettawx.
Jista' il-Ministru jelenka min għandu d-dritt li jixtri diesel, petrol u pitrolju mingħajr dazju? Kemm imbiegħ (f'litri u flus) minn dawn il-prodotti separatament s'issa f'din is-sena finanzjarja? Kemm inxtara minn kull grupp/sezzjoni/persuna li għandu d-dritt jagħmel dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-eżamijiet orali u bil-miktub ta' l-eżamijiet tal-MATSEC u SEC is-sena d-dieħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-eżamijiet bil-miktub tas-Sec u taċ-Ċertifikati tal-Matrikola ser isiru bejn is-26 t'April u it-28 ta' Mejju 2005 waqt li l-eżamijiet orali u prattiċi hemm il-ħsieb li jsiru matul April u l-bidu ta' Ġunju bħas-snin ta' qabel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet tal-kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn? Kull klassi kemm fiha studenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' klassijiet tal-Kindergarten fl-iskola ta' Wied il-Għajn huma :
Kinder 1 - 3 Klassijiet : B' 13, 14, 14 il-student rispettivament
Kinder 2 - 6 Klassijiet : B' 15, 13, 17, 14, 15 u 13 il-student rispettivament
Jista' il-Ministru jgħid, wara r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan, kemm inġabru flus lura s'issa?
Jista' jgħid ukoll meta saret it-talba u lil min, sabiex dawn il-flus jiġu mogħtija lura lill-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s’issa il-kuntrattur konċernat, min jeddu iddepożita il-Qorti is-somma ta’ Lm24,865.25 li hu qiegħed isostni li hu l-bilanċ dovut minnu lill-Gvern.
L-ex Dipartment ghaż-Żgħażagħ u Sport fit-23 ta’ Marzu 2003 kien talab lill-Avukat Ġenerali biex jibda’ jieħu il-passi li jidhirlu meħtiega biex tinġabar lura is-somma kollha ta’ Lm60,000 mingħand il-kuntrattur. Infetħet kawża kontra l-kuntrattur konċernat li ser tibda tinstema quddiem il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħajra jiġu Malta fix-xitwa biex jagħmlu t-taħriġ tagħhom hawn meta f'pajjiżhom ikun hemm temp ħażin? L-awtorita' tat-turiżmu qed tgħin biex ikompli jiġi żviluppat it-turiżmu sportiv fl-hekk imsejħa shoulder months? X'passi konkreti ħadet l-MTA f'dan il-qasam matul din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għal ħafna snin l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ila taħdem mill-viċin mal-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll ma' organizzazjonijiet sportivi, sabiex tippromwovi t-turiżmu sportiv, kif ukoll lil Malta bħala destinazzjoni għal ġrajjiet sportivi, kif ukoll l-użu ta' Malta għal training camps.
Fir-rigward ta' training camps, l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ħadmet bi sħiħ mal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex tipproduċi CD ROM, li tiġbor fiha l-faċilitajiet sportivi li joffru il-Gżejjer Maltin. Din is-sena is-CD ROM tqassmet lill-uffiċini barranin ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu bħala mezz promozzjonali, filwaqt li l-Kumitat Olimpiku Malti kellu jibgħat l-istess CD ROM lil diversi Kumitati Olimpiċi Nazzjonali, sabiex jippromwovi l-użu ta' Malta bħala training grounds.
Kien hemm assoċjazzjonijiet li kisbu suċċess sostanzjali f'dan ir-rigward fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.