Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm suppost hemm karozzi għad-dispożizzjoni ta' l-għassa tal-pulizija taż-Żejtun? Jikkonferma li minn xi żmien ilu sal-preżent din l-istess għassa tinsab b'karozza anqas? X'inhi r-raġuni għal dan u meta se tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Distrett tal-Pulizija Nru. 5 li jinkludi ż-Żejtun, fil-preżent hemm assenjati tliet karozzi. Kien hemm ukoll karozza oħra, pero' din kienet involuta f'inċident tat-traffiku, b'konsegwenza li ġarrbet ħsarat kbar. Dwar dan, il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun qed isegwu l-każ sabiex il-ħsara tkun imsewwija permezz tal-kumpanija ta' l-assigurazzjoni tal-parti l-oħra li kkawżat l-inċident. Ma' dawn il-vetturi hemm ukoll numru ta' vetturi mill-Iskwadra tal-Mobile sabiex jassistu lill-Pulizija tad-Distrett, f'każ ta' ħtieġa. Ta' min iżid ukoll li fil-Korp tal-Pulizija kontinwament għaddej proċess ta' xiri ta' vetturi sabiex kemm jista' jkun il-bżonnijiet ta' transport ikunu moqdija.
Leg 10 PQ #8550 Sitting 191 2004-11-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Cultural agreements

Question

Jista' il-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha cultural agreements u meta saru jew ġew imġedda skond il-każ? Min hu responsabbli minn dawn il-cultural agreements?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' pajjiżi li Malta għandha ftehim ta' koperazzjoni magħhom fl-oqsma tal-Kultura, Edukazzjoni u Xjenza. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għan-negozjar ta' dawn il-ftehim filwaqt li l-Ministeru tal-Kultura huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tagħhom.
Leg 10 PQ #8584 Sitting 191 2004-11-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Orkestra Nazzjonali — Chairman tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għar-riżenja ta' Dr. Mario Tabone Vassallo minn chairman tal-bord ta' l-Orkestra Nazzjonali? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rappurtat fil-gazzetti, b'mod partikolari f'The Malta Independent on Sunday u The Malta Today ta' l-10 ta' Ottubru, 2004? Jista' ipoġġi kopja ta' l-ittra tar-riżenja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Dr. Mario Tabone Vassallo ma ta l-ebda raġuni għar-riżenja tiegħu minn Chariman tal-bord ta' l-Orkestra Nazzjonali. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' riżenja ta' Dr Mario Tabone Vassallo.

Sptar San Luqa — Infezzjoni ta' l-MRSA

Question

Jista' il-Ministru jgħid it-teatru ta' l-ortopedija kemm ilu limitat biss għal trawma u operazzjonijiet minuri minħabba l-infection ta' l-MRSA? Jista' jgħid ukoll jekk hux l-istaff kollu ġie ttestjat minħabba din l-infection?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport — Attivitajiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati matul din is-sena fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport? Jista' jgħid ukoll min ħa ħsieb li jorganizza dawn l-attivitajiet, meta u fejn saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġew organizzati diversi attivitajiet biex ifakkru s-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport fosthom seminar ta' Ġimgħa bit-tema "Move Your Body, Stretch Your Mind", esibizzjonijiet u avvenimenti fi skejjel diversi. Is-seminar sar fil-Curriculum Centre, f'Santa Venera bejn id-19 u l-23 ta' April. L-attivitajiet l-oħra li saru mill-iskejjel saru matul is-sena skolastika 2003/2004. Informat ukoll li ġie mwaqqaf board apposta biex jieħu ħsieb dawn l-attivitajiet.

Postijiet tad-divertiment

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm u liema kienu l-ħwienet tax-xorb u/jew postijiet tad-divertiment li ngħalqu wara deċiżjoni tal-Qorti minħabba li ħallew persuni taħt is-16-il sena jidħlu fihom u/jew biegħu prodotti alkoħoliċi lil persuni taħt is-16–il sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba mis-sena 2000 ’il quddiem, sena b’sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu indikat ma kienx hemm każijiet fejn il-Qorti ordnat is-sospensjoni tal-liċenzji kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

ADT — Rotot tal-karozzi tal-linja matul il-lejl

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu xi rotot tal-karozzi tal-linja anke bil-lejl? Fejn huwa ppjanat li dawn isiru u meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi preżentament diġa teżisti skeda ta’ rotot li joperaw bil-lejl. Dawn ir-rotot qed jiġu moniterjati sabiex inkunu nafu l-partonaġġ li għandhom u sabiex eventwalment integrati fl-iskeda normali. Huwa mifhum li meta jiġi terminat dan il-moniteraġġ, l-Awtorita' tkun f’ posizzjoni li tiddeċiedi jekk dawn ir-rotot għandhomx jiġu miżjuda u jekk hemmx il-htiega li jkunu introdotti rotot ta' bil-lejl lejn destinazzjonijiet ohra.

Għaqdiet sportivi — Doping tests

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi li din is-sena talbu għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping fl-isport rispettivi tagħhom? Liema kienu? X’għajnuna ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport kellu dawn it-talbiet : Malta Amateur Athletic Association Malta Amateur BodyBuilding Association Mlata Football Association Malta Judo Federation & Associate Disciplines Informat ukoll li sal-lum il-Kunsill Malti għall-Isport ħallas Lm3000 lill-Malta Football Association għad-Doping Tests u qed jivverifika t-talbiet l-oħra.

Skejjel — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jimtela l-post vakanti ta' għalliema ta' Year 2 fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar minħabba li din l-għalliema ser tispiċċa boarded-out?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li waħda mill-għalliema ta' Year 2 fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar ħarġet bis-sick leave fit-18 ta' Ottubru 2004. Għalliema ġdida intbagħtet tagħti servizz fl-istess skola fl-4 ta' Novembru 2004 eżatt wara l-vaganzi tal-mid-term.

Skejjel — Santa Luċija - Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-junior lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Luċija fil-Form 4 għad m'hemmx għalliema tal-computer? Meta se jintbagħat għalliem ieħor tal-computer ħalli l-istudenti ma jkomplux ibatu l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-Computer Studies intbagħtet l-iskola Margaret Mortimer fl-4 ta' Novembru 2004. Il-lezzjonijiet ta' dan is-suġġett issa qegħdin isiru b'mod regolari.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7974, jista' il-Ministru jinnota li t-trasport eżistenti qed jaqdi l-bżonnijiet tat-tfal minħabba li numru ta' ġenituri kellhom jinqdew bi trasport privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-trasport li qed jiġi pprovdut huwa organizzat wara li tinkiseb informazzjoni mill-iskejjel. Fil-każ ta' l-iskola ta' San Pawl il-Baħar in-numru tat-tfal mill-Qawra li jattendu huwa hekk : Tfal Kinder Minn fejn jinġabru it-tfal Qawra 23 4 Coast Line Hotel / Għassa tal-Pulizija / All Saints Bar Buġibba 45 14 Pjazza ta' Buġibba / Holiday Complex / Knisja tal-Qawra / Bandli Buġibba 54 12 Pioneer Road / Housing Estate / Canberra Informat ukoll li għal dawn it-tfal, it-Taqsima tat-Trasport qed tipprovdi sitt (6) xarabanks kull filgħodu u wara nofs in-nhar. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq il-ġenituri li jridu jikru trasport privat.

Perit Richard England

Question

B'riferenza għal dak li ntqal fuq ix-xandir ta' l-istat dwar l-Lm400,000 li tħallas il-Prof. Richard England, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn kienux taxxabbli jew le?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, kull ħlas dovut fuq servizzi mogħtija huwa dejjem taxxabli.

Kurrikulu Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3546, jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward tat-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali minn Diċembru 2003 sal-lum? Jista' jgħid jekk sarx assessment ta' xi twettiq mill-kurrikulu nazzjonali minn mindu daħal fis-seħħ? Jekk iva, jista' ipoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCC) wettaq programm ta’ ħidma ta’ twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Parti min dan il-programm ta’ twettiq kien il-finanzjament ta’ diversi proġetti kurrikulari fl-iskejjel. Dawn il-proġetti kienu jittrattaw diversi aspetti tal-Kurrikulu fosthom dawn l-oqsma: il-litteriżmu, l-inklużjoni, il-valuri, twettiq ta’ edukazzjoni ta’ kwalità kif ukoll proġetti dwar ix-xjenza u t-teknoloġija. Il-Kunsill Nazzjonali (NCC) qed iwettaq ukoll programm dwar l-inklużjoni permezz tal-grupp immexxi minn Dr Paul Bartolo. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jgħin lill-iskejjel jiżviluppaw kultura u politika ta’ inklużjoni u riżorsi biex jissapportjaw l-inklużjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet speċjali (IEN) f’edukazzjoni regolari. Il-Kunsill ħadem ukoll mal-grupp tax-Xjenza Ko-ordinata dwar sillabu tax-Xjenza Ko-ordinata. Sar ukoll ħafna taħriġ mid-Dipartiment tal-Kurrikulu fuq il-Level Descriptors li ġew introdotti aktar kmieni din is-sena. Dawn il-Level Descriptors huma pass ieħor lejn it-twettiq tal-Kurrikulu. Din is-sena n-numru ta’ parteċipanti għal dawn il-korsijiet ta’taħriġ kienu ferm akbar minn tas-snin ta’ qabel peress li ngħata taħriġ lil gruppi differenti għal perjodu iqsar mis-soltu. Matul is-sena 2004 saru wkoll żewġ Konferenzi Nazzjonali, waħda f’Marzu u l-oħra f’Ottubru. L-ewwel waħda kienet iffokata fuq it-tagħlim ta’ l-Ingliż u l-oħra fuq it-tagħlim tal-Matematika. Saru wkoll laqgħat preliminari dwar il-Konferenza Nazzjonali fuq il-tagħlim tal-Malti. Il-kors li wassal għal ċertifikat fil-Community Learning, li sar mill-Kunsill tal-Kurrikulu (NCC) bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Università ta’ Malta, ġie fi tmiemu f’Settembru li għadda. It-twettiq tal-Kurrikulu huwa proċess kontinwu li ma jsirx mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jew mill-Kunsill tal-Kurrikulu (NCC) biss. Huwa l-obbligu ta’ kull skola li twettaq il-Kurrikulu Nazzjonali. Assessjar ta’ xi twettaq mill-Kurrikulu seta’ sar mill-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi (AKS) u mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.

Ċentri tas-saħħa — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid s’issa matul din is-sena kemm tqassmu siringi b’xejn mic-ċentri tas-saħħa? Jista' jagħti l-figuri għal kull ċentru separatament? Tinżamm statistika ta’ kemm-il persuna talbet siringa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-total ta' siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa lil dawk li jabbużaw, mid-droga (minn Jannar sa Settembru 2004) huwa: Furjana Qormi Gżira Raħal Ġdid Bormla Mosta Rabat 34750 13931 33130 48900 11599 14549 5141 Ma tinżamm l-ebda statistika ta' kemm il-persuna talbet siringa.

Ċentri tas-saħħa — Siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru siringi wżati f’kull ċentru tas-saħħa separatament matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx statistika fuq kemm inġabru siringi. Dan il-ġbir ta siringi jsir mill-Aġenzija Sedqa. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-Domanda lill-Ministru li taħtu taqa' l-Aġenzija Sedqa.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi u mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7858 u cioe' jista' jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phonesużati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz? Min jużahom? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is-sena finanzjarja? Rigward il-mobile phones, min huwa ntitolat biex jużahom u kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 8355, f'Seduta 188.

Dwana — Ħlas ta' dazju fuq xorb u sigaretti

Question

Peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti rigward il-fatt li uffiċjali tad-dwana qed jikkonsfiskaw jew jitolbu ħlas ta’dazju fuq prodotti tax-xorb u sigaretti li jdaħħlu passiġġieri minn barra l-pajjiż, jista' il-Prim Ministru jara li fl-ajruport u fil-port jitwaħħlu listi ta’ kemm suppost huwa intitolat li jdaħħal kull passiġġier? Huwa minnu li jekk passiġġier Malti jkun ġej minn pajjiż ieħor membru ta’ l-Unjoni Ewropeja jitħalla jdaħħal kwantita` aktar ta’xorb u sigaretti milli kien jista' qabel ma Malta daħlet fl-UE? Kemm-il flixkun ta’xorb alkoħoliku, inbid u sigaretti jista' jdaħħal kull passiġġier? Tapplika s-sistema li minflok kwantita` fissa jista' jiddaħħal xorb u sigaretti basta dan ikun għall-użu personali kif hemm f’pajjiżi oħra ta’ l-UE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ passiġġieri li ġew mitluba jħallsu t-taxxi fuq prodotti alkoħoliċi jew sigaretti jew inkella kellhom l-oġġetti kkonfiskati kien ftit ħafna, u għalhekk il-premessa tal-mistoqsija m’hijiex korretta. Fl-ajruport hemm avviż fejn jindika l-kwantità ta’ oġġetti li wieħed jista’ jdaħħal mingħajr taxxi meta jkun ġej minn xi pajjiż barra l-Unjoni Ewropea waqt li fis-Seaport ser isir avviż simili għalkemm ftit li xejn jaslu passiġġieri minn barra l-Unjoni Ewropea f’dan il-port. Passiġġieri li jkunu ġejjin minn pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jġibu magħhom dawn l-oġġetti li jkunu xtraw bit-taxxi mħallsa: Prodotti tat-Tabakk Sigaretti 800 Cigarillos 400 Sigarri 200 Tabakk 1 kilogram Xorb Alkoħoliku Spirti 10 litri Prodotti Intermedjarji 20 litru Inbejjed (sa massimu ta’ 60 litru 90 litru sparkling Wines) Birra 110 litri Fil-każ ta’ passiġġieri li jġibu dawn il-kwantitajiet sikwit jew ikollhom kwantitajiet aktar minn dawn ta’ hawn fuq ikun irid jiġi aċċertat li dawn l-oġġetti huma veru għall-użu personali tagħhom.

ADT — Introduzzjoni ta' uniformi għax-xufiera

Question

Jista' il-Ministru jgħid x’inhi l-istruttura li twaqqfet biex jiġi żgurat li l-ftehim bejn il-gvern u s-sidien tal-karozzi tal-linja jiġi implimentat kif suppost? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal l-uniformi għax-xufiera?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-ftehim li sar bejn l-ADT huwa maqsum f'erbgħa stadji. Kull stadju huwa marbut ma' deliverables diferenti li għandhom isiru u jitlestew sa ċertu dati stabbiliti. L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qegħda tara li dawn ix-xogħolijiet jitlestew qabel ma tapprova is-sussidju relatat sabiex jitħallas. L-Awtorita' dwar it-Trasport inkarigat lid-Dipartiment tat-Trasport Pubbliku sabiex isegwi il-ftehim iffirmat. L-Enforcement Officers fi ħdan l-istess direttorat qiegħed isegwi it-tħaddim tar-rotot u l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta meta dan jidħol fis-seħħ. Twaqqaf ukoll Monitoring Committee bejn il-Ministeru u l-Awtorita' sabiex jirrapporta l-progress u t-tħaddim tal-ftehim. Jien infurmat ukoll illi x-xufiera diga' għandhom uniformi illi tikkonsisti f'qalziet u pullover blu u qmis ħadra.

Kiri ta' Postijiet tal-Privat

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex legali jew le li jingħataw "rigali" f'każ ta' postijiet li jinkrew mill-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-liġi ma tipprojbixxix l-għoti ta' "rigal" fil-każ ta' kiri ta' postijiet mill-privat.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7848, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-flus li ngħataw f'għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi mill-Lm582,234 imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 8239.