Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għall-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin? Jista' jgħid ukoll jekk sarx environmental impact assessment dwar dawn l-istess pjanijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għal liema impjant tar-riċiklaġġ qed jirreferi, jekk hux għal dak ta’ l-iskart solidu, jew dak ta’ l-iskart likwidu.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sajjieda qed joġġezzjonaw għar-regolamenti l-ġodda tas-sajd? Jista' jgħid ukoll għalfejn il-logbooks il-ġodda li ġew mogħtija lis-sajjieda ma jistgħux jintużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kien hemm fost is-sajjieda min oġġezzjona minħabba li uħud minnhom jista’ għandhom problema ta’ qari u kitba. Ġie miftiehem metodu mal-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd ta' kif min mhux kapaċi jaqra u jikteb jista' xorta waħda jimla dawn il-"catch logbooks" (Reġistri tal-Qabda) bl-għajnuna ta’ l-uffiċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga għaliex qed jiġi permess li xi ħwienet tax-xorb f'Paceville qed jitħallew ibiegħu buqari (pitchers) mimlija bil-vodka mħallat mar-Redbull għall-prezz ta' bejn il-Lm5 u Lm6? Jafu l-pulizija li ġieli dan jinbiegħ lil żgħażagħ li jkunu għalqu 16-il sena u jinxtorob minn dawk taħt l-eta' eżatt barra l-ħwienet u xi drabi quddiem il-pulizija li jkunu għaddejja minn hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-bejgħ ta' alkoħol lill-persuni taħt is-sittax-il sena huwa reat, il-konsum ta' alkoħol minn persuni ta' din l-eta' mhux. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel ħilitha sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm tali konsum, speċjalment f'lokalitajiet fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' żgħażagħ, billi fejn jiġu osservati żgħażagħ li jkunu qed jixorbu l-alkoħol, dawn ikunu mitkellma sabiex isir magħruf minn fejn ikun inkiseb l-alkoħol. Pero' bħal ma naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija trid topera fil-parametri tal-liġi.
Postijiet ta' divertiment — Sorveljanzi mill-pulizija
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija li tkun għassa f'lokalitajiet ta' divertiment bħal Paceville, Buġibba, Wied il-Għajn u postijiet oħrajn, għandhomx l-obbligu li jwaqqfu lil żgħażagħ, speċjalment jekk ikun ċar li jkunu taħt l-eta' u li jkunu qed jixorbu l-alkoħol? Il-pulizija għandha l-obbligu li titlob informazzjoni minn dawn iż-żgħażagħ bħal minn fejn inxtara x-xorb u tieħu l-passi? Jekk fl-affermattiv, dan qed isir?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8703 f'din l-istess Seduta.
Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena minn meta ddaħħlet il-liġi li tipprojbixxi għal kollox it-tipjip fl-iskejjel, kien hemm xi rapporti ta' tipjip mill-istaff jew studenti fl-iskejjel? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni rilevanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena minn meta ddaħħlet il-liġi li tipprojbixxi għal kollox it-tipjip fl-iskejjel, kien hemm disa' (9) rapporti ta' tipjip mill-istaff jew studenti fl-iskejjel. Għal kull każ ittieħdu l-passi meħtieġa li jinkludu riferenza lit-
Taqsima tal-Guidance, dixxiplina ma' l-istudenti, konfiska ta' sigaretti, esklużjoni ta' ġurnata. L-istaff ġie mwissi li jittieħdu l-passi dixxiplinari kontemplati mir-regolamenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk minn Jannar sal-31 ta' Ottubru ta' din is-sena kienx hemm każi ta' ksur tal-liġi li tipprojbixxi t-tipjip f'ċerti lokalitajiet bħalma huma karozzi tal-linja, sptarijiet, teatri, ristoranti fost l-oħrajn, li wasslu biex nies jittellgħu l-qorti? Il-pulizija hija obbligata li twaqqaf persuni taħt it-18-il sena milli tpejjep jew dawn ma jistgħux jixtru biss? Kien hemm każi minn Jannar fejn ittieħdu passi legali għaliex żgħażagħ taħt it-18-il sena nqabdu jixtru s-sigaretti jew prodotti oħra tat-tabakk?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2004, kien hemm 42 persuna li nqabdu jpejpu f'postijiet iprojbiti, pero' ma kienx hemm każi ta' bejgħ lill-persuni taħt it-tmintax-il sena. Infurmat ukoll illi l-artikolu 13 tal-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (Kap. 315) jipprojbixxi l-bejgħ, provvista jew tqassam b'kumpens jew b'kull mod ieħor, ta' sigaretti, sigarri, tabakk, prodotti tat-tabakk jew rekwiżiti tat-tipjip lil min ikun għadu ma għalaqx it-tmintax-il sena, jew b'xi mod tħajjar xi persuna bħal dik biex tpejjep.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-11-il persuna li tressqu l-qorti din is-sena minħabba ksur tal-liġi li kellhom tfal taħt is-16-il sena fil-ħanut tagħhom, f'liema lokalitajiet kien il-ħanut, kemm instabu tfal fil-ħanut f'kull każ u liema hu l-ħanut? Dawn il-każi għadhom pendenti? Il-pulizija tieħu passi kontra dawk iż-żgħażagħ taħt l-eta' li jkunu qed jiksru l-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena il-Pulizija sabet 79 persuna taħt is-sittax-il sena ġewwa postijiet ta' divertiment f'dawn il-lokalitajiet - B'Bugia, Fgura, M'Scala, Rabat, Sliema u San Ġiljan (Paċeville). B'riżultat ta' dan, inbdew proċeduri kriminali kontra 18-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti, liema proċeduri għadhom pendenti. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tipproċedi kontra l-proprjetarju li huwa responsabbli li jiżgura li ebda persuna taħt is-sittax-il sena ma tidħol f'lokal ta' divertiment.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-Teatru Manoel hux qed jieħu sehem f'xi proġetti ta' l-Unjoni Ewropea jew le? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti, min qed jipparteċipa fihom u min qed jikkordinahom? X'benefiċċju se jkun hemm għat-Teatru Manoel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-Teatru Manoel mhux qed jieħu sehem f'xi proġett ta' l-Unjoni Ewropeja .
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2004 in-nefqa fil-vot kapitali ta' l-istess ministeru naqset Lm1.1 miljun? Jista' jgħid xi proġetti kapitali kien hemm ippjanati għal matul din is-sena? X'sar minnhom u x'xogħol għadu għaddej? Kemm huwa stmat li jqum kull proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor.Membru fl-Estimi Finanzjarji 2004, taħt il-Vot Kapitali III, 7162 Foundation for Tomorrow's School - Capital Schools Programme kienet ġiet allokata is-somma ta' Lm3.1 miljun. F'April il-Ministeru tal-Finanzi irreveda din l-allokazzjoni għal Lm2 miljuni, iżda bl-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS, l-APS Bank Ltd. u l-Ministeru tal-Finanzi l-investiment kapitali f'bini u immodernizzar ta' skejjel tal-Gvern għal din is-sena hu kommess li joqrob il-Lm5 miljun lira.
It-tagħrif dwar l-aħħar tlett partijiet tal-mistoqsija għad irid jinġabru u jiġu verifikati.
Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu li wieħed mil-lecturers fil-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija fid-Dipartiment tal-Psikjatrija - ismu qed jintbagħat separatament - ilu ma jaqdi l-funzjonijiet tiegħu ta' lecturer ma' l-istudenti tal-kors tal-mediċina fil-ħames sena għal dawn l-aħħar snin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ir-raġuni u jekk ittieħdux passi biex is-sitwazzjoni tiġi rregolata speċjalment jekk dan il-lecturer kienx qed jitħallas xorta ta servizz li ma tax?
Response (GALEA, LOUIS)
Wara l-verifiki meħtieġa ġejt informat li l-persuna li tokkupa il-pożizzjoni ta' part-time lecturer twaqqfilha l-ħlas la darba ma kienetx qed tgħallem u l-Universita' għamlet arranġamenti.
Dipartiment tal-Psikjatrija — Studenti tal-mediċina
Question
Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu jew le li xi konsulenti fid-dipartiment tal-psikjatrija qegħdin jirrifjutaw li jżommu u jgħallmu studenti tal-ħames sena tal-mediċina waqt li dawn fil-mument preżenti qed jagħmlu kors tal-psikjatrija? Jista' jivverifika jekk konsulent impjegat fid-dipartiment tas-saħħa jistax jirrifjuta li jkollu studenti miegħu biex igħallimhom? Jekk fin-negattiv, ittieħdu xi passi biex l-istudenti tal-mediċina ma jibqgħux jitilfu tagħlim li għalih għandhom dritt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Minħabba li rċevejt numru ta' complaints mingħand diversi ġenituri, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li xi klassijiet li qed jitgħallmu l-Franċiż fil-junior lyceum ta' l-Imrieħel ġew maqsuma minn nofs bejn żewġ għalliema differenti ta' l-istess suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Junior Lyceum ta' l-Imrieħel, minbarra l-għalliema tal-Franċiż hemm ukoll Koordinatur tas-suġġett. Għalhekk setgħu isiru arranġamenti biex xi gruppi tal-franċiż ma jkunux kbar ħafna fin-numru. B'hekk l-għalliema jkunu jistgħu jagħtu aktar attenzjoni individwali lill-istudenti tagħhom.
Normalment il-ġenituri jilmentaw meta n-numru fil-klassi jkun kbir u mhux żgħir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti u ta' liema istituzzjoni edukattiva huma, li matul din is-sena skolastika se jieħdu l-istudents' maintenance grant? Jista' jgħid ukoll kemm huma dawk l-istudenti li ġejjin mhux minn skejjel ta' l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta’ studenti u ta’ liema istituzjoni huma, huwa kif jidher taħt:
ISTITUTZJONI EDUKATTIVA
STUDENTI
REMARKI
JUNIOR COLEGE
2819
GIOBVANNI CURMI (HSS)
878
M.A. REFALO (UL)
517
ST ALOYSIUS COLLEGE
428
MHUX SKOLA TA' L-ISTAT
DE LA SALLE COLLEGE
203
MHUX SKOLA TA' L-ISTAT
ST EDWARDS COLLEGE
50
MHUX SKOLA TA' L-ISTAT
UNIVERSITY OF MALTA
5360
INSTITUTE OF HEALTH CARE
110
MALTA COLLEGE OF ART, SCIENCE AND TECHNOLOGY
2695
BARRA L-APPRENDISTI
Sub Total
13,060
APPRENDISTI
STUDENTI
REMARKI
TECHNICIAN APPRENTICESHIP SCHEME (MCAST)
452
EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (MCAST)
347
EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (ITS) - MALTA
81
EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (ITS) - GOZO
26
Sub Total
906
TOTAL
13,966
Studenti qed jibbenifikaw
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju elettorali ppubblikax ir-rapport li normalment jagħmel wara kull elezzjoni ġenerali taħt forma ta' booklet, u dan wara li l-aħħar elezzjoni ġenerali ilha li saret aktar minn sena u nofs? Jekk dan ma sarx, hemm ħsieb li dan jiġi ppubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħwienet tax-xorb u/jew postijiet tad-divertiment li ngħalqu direttament mill-pulizija f’dawn l-aħħar erba’ snin, mis-sena 2000 separatament, talli kisru l-liġi dwar bejgħ ta’alkoħol lil persuni minuri jew ħallew żgħażagħ taħt l-eta` jidħlu fil-post tagħhom? Liema kienu dawn il-postijiet u f’liema lokalita’?
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Korp tal-Pulizija jingħatawx xi taħriġ speċjali biex jieħdu ħsieb l-immigranti illegali li jaslu f’pajjiżna u jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Minn żmien għal żmien, il-membri tal-Korp tal-Pulizija jattendu diversi seminars u laqgħat oħra li jittrattaw din il-materja, mill-liema laqgħat tinkiseb esperjenza vasta f'dan il-qasam. Barra minnhekk, tul dawn l-aħħar tliet snin li ilha magħna din il-kontinġenza, il-membri tal-Korp tal-Pulizija akkwistaw l-esperjenza neċessarja kif wieħed għandu jittratta bl-aħjar mod din il-problema, kemm fl-interess tal-Immigranti innifishom kif ukoll dwar l-imġieba tal-membri tal-Korp inkarigati mill-kustodja tagħhom.
AFM — Taħriġ lill-membri biex jieħdu ħsieb immigranti llegali
Question
Jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Forzi Armati jingħatawx xi taħriġ speċjali biex jieħdu ħsieb l-immigranti llegali li jaslu f’pajjiżna u jinżammu taħt il-kustodja ta’ l-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-konfront ta’ l-immigranti illegali, r-rwol prinċipali ta’ l-Armata huwa li tieħu ħsieb is-sigurtà tal-compound kif ukoll il-preparamenti ta’ ikel u bżonnijiet oħra f’dak li jirrigwardja assistenza immedjata. Fejn il-ħtiġijiet huma aktar akuti, l-Armata titlob l-intervent ta’ dipartimenti/entitajiet oħra, bħall-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u oħrajn.
Barra minn hekk, peress li huma l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu l-ewwel kuntatt ma’ dawn l-immigranti, l-Armata dejjem ħadet ħsieb li tħarreġ is-suldati tagħha fil-mod ta’ kif għandhom jaġixxu ma’ persuni li jkunu jeħtieġu l-għajnuna tant li minn żmien għal żmien, il-membri ta’ l-Armata jattendu
lectures
fuq il-liġi internazzjonali f’diversi oqsma nkluż l-għajnuna umanitarja.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti llegali bħalissa miżmuma f’pajjiżna? Kemm minnhom huma taħt it-18–il sena? Kemm minn dawn huma miżmuma f’ċentri magħluqa? Kemm hemm f’ċentri miftuħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 734 immigrant illegali li qed jinżammu mill-forzi tas-sigurta'. Minn dawn hemm 25 li qed jiddikjaraw li għandhom anqas minn 18-il sena. Infurmat ukoll illi kien hemm 750 immigranti oħrajn li ġew provduti akkomodazzjoni ġo open centres wara li ngħataw status ta' refuġjat jew status umanitarju.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta’ immigranti llegali li qed jattendu skejjel f’Malta bħalissa? Kemm hemm subien u bniet u f’liema skejjel qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
TFAL TA' IMMIGRANTI LLEGALI
SENA SKOLASTIKA 2004/2005
Skejjel Primarji Subien Bniet Total
B'Buġia 2 1 3
Floriana 3 3 6
Lija 5 3 8
Paola A 1 1 2
Paola B 1 0 1
Valletta 5 3 8
Żurrieq B 0 2 2
Skejjel Sekondarji
Lily of the Valley GSS 0 2 2
M'Assumpta GSS 0 1 1
Total 17 16 33
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8079, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet kollha ta' l-impjegati msemmija bħalma kien ġara f'entitajiet simili?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.