Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Diċembru 2010.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet

Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, x-xogħlijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament jammontaw għall-€15,718.35.
Ninsab infurmat ukoll li x-xogħol kien jikkonsisti f’servizz ta’ konsulenza u xogħol anċillari ieħor ta’ riċerka kif jidher fit-Tabella mehmuża.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħol.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta dan il-Ministeru.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħolijiet la mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-anqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba .
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interprellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perijodu msemmi
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari numru 8429 minħabba li rriżulta li l-Kumpaniji msemmijin f'dawn il-Mistoqsijiet fil-fatt jirreferu għall-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpelant illi fil-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu ma kien hemm ebda impjegat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li l-kuntratt tiegħu jew tagħha nbidel minn kuntratt definit għal wieħed indefinit.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 ma kien hemm l-ebda xogħol li ngħata lil kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, x-xogħlijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament jammontaw għall-€2,505,510.74 li parti minn din is-somma huma marbutin ma’ kuntratt mgħoti lill-konsortium, li minnhu din il-kumpanija tagħmel parti, għall-proġett tal- “Mechanical and Biological Treatment Plant for the North of Malta” wara sejħa għall-offerti. Il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet l-oħra ingħataw b’Direct Order.
Ix-xogħol kien jikkonsisti f’konsulenza, assistenza teknika u dak ta’ riċerka kif jidher fit-Tabella mehmuża.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 l-kumpanija msemmija ngħatat studju ta’ Cost Benefit Analysis għaż-Żewwieqa waterfront, proġett li ġie ko-finanzjat minn fondi strutturali Ewropej.
Kienet ħarġet
service tender
fuq il-Gazzetta tal-Gvern. L-istudju oriġinali kien jiswa €22,000 (VAT inkluż) liema spiża ġiet ko-finanzjata mill-fondi Ewropej. Peress li l-proġett kellu jiġi ridimenzzjonat, dan l-istudju kellu jiġi modifikat biex jieħu in konsiderazzjoni dan it-tibdil. Din il-varjazzjoni swiet lill- Ministeru għal Għawdex is-somma ta’ €10,738 (VAT inkluż) u kienet imħallsa minn fondi nazzjonali.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li, mill-Ministeru u d-Direttorati u l-entitajiet kollha li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħi, ingħataw xogħlijiet lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant kif jidher fit-tabelli 'A' u 'B' li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba li tammonta għal € 24,780.04 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ tal-VAT, Treasury, NSO, MFSA, Lotto, Commissioner for Revenue, Inland Revenue, FIAU, EPD, Customs, Contracts u Stock Exchange, ir-risposta hija fin-negattiv.
Din l-informazzjoni ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri dwar in-numru ta' studenti Għawdxin li qed jagħmlu kors f'xi istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja f'Malta, fosthom l-Università ta' Malta, Junior College, MCAST u ITS (esklużi dawk li qed jattendu f'xi kampus f'Għawdex)? Jista’ jagħti dawn il-figuri skont is-sess u l-kors li qed jattendu f'dawn l-istituzzjonijiet pubbliċi? Jista' jgħid kemm hemm studenti Għawdxin li qed jagħmlu kors f'Malta taħt xi skema ta' boroż ta' studju li ġew mogħtija mill-Gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - l-Universita` ta' Malta (l-għadd ta' studenti murija fit-tabella jinkludu dawk l-istudenti kollha li jidhru bħala sudenti kurrenti fid-database tal-Universita` ta' Malta u li għandhom indirizz f'Għawdex. Mill-lista hemm esklużi dawk li qed jattendu fil-kampus ta' Għawdex).
Tabella 'B' - MCAST
Infurmat ukoll li filwaqt li fil-Junior College mhemmx studenti Għawdxin, l-iskola post-sekondarja Giovanni Curmi, n-Naxxar, din is-sena skolastika għandha żewġ studenti li r-residenza tagħhom hija f'Għawdex. Dawn iż-żewġ studenti, waħda femminili u l-ieħor maskili, qed jirrepetu l-kors tal-Matrikola.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-ITS taqa' taħt il-Ministeru għat-Turiżmu. Għaldaqstant, it-tagħrif fir-rigward ta' din l-istituzzjoni għandu jintalab lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li bħalissa b'kollox hemm 41 student Għawdxi li qed jagħmlu kors f'Malta taħt xi skema ta' boroż ta' studju li ġew mogħtija mill-Gvern. Dawn huma mqassma kif ġej:
Skema
Numru
STEPS
9
MGSS – Post Graduate
2
Master it!
14
MGSS – Undergraduate
16
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-tfittxija li saret f’dan il-Ministeru jirriżżulta li l-pagamenti li saru lill-'Europa Research Consultancy Services Ltd' jirreferu għall-kuntratt li sar mal-kumpanija Ganado Sammut Advocates u għaldaqstant il-pagamenti li saru lil dawn iż-żewġ kumpaniji qed jiġu kkompilati f’risposta waħda.
Il-kumpanija msemmija ingħatat kuntratt għal servizzi ta’ konsulenza liema servizzi ġew mogħtija mill-Avukat Simon Busuttil bħala Kap taċ-Ċentru tal-Informazzjoni Malta-EU (MIC). Dan il-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta’ Mejju 1999 u ġie estiż sena b’sena sat-30 t’April 2004. L-ispiża laħqet is-somma ta’ Lm82,144.13 kif maqsuma fit-tabella hawn taħt:
1999
Lm15,866.52
2000
Lm 17,966.45
2001
Lm 17,499.58
2002
Lm 17,490.40
2003
Lm 10,413.82
2004
Lm 2,907.86
Mill-informazzjoni disponibbli jirriżulta wkoll li lill-Avukat Simon Busuttil tħallset is-somma ta’ Lm1,130.45 liema somma ma tistax tiġi verifikata jekk tappartjenix għal Fringe Benefits (mobile telephony u fully expensed car) li hemm imsemmija fil-kuntratt imsemmi hawn fuq. Ġie ikkalkolat li l-imsemmi avukat kien intitolat għal massimu ta 1650 litru ta’ petrol liema spiża ma tistax tiġi verifikata jekk tħallsitx jew le. Ġiet innotata spiża ta’ Lm1,453.33 li saret lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates liema spiża ma tistax tiġi verifikata jekk hiex relatata mal-kuntratt imsemmi.
Mill-informazzjoni disponibbli ma rriżultax li saret sejħa għal offerti fl-1999. Estensjonijiet ta’ dan il-kuntratt sad-data tat-terminu dejjem saru b’ordni diretta (Direct Order).