Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Waqt li nifraħ lit-Taqsima ta’ kontra d-Droga għas-suċċessi li għamlet matul din is-sena, jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema droga u f’liema kwantita` nqabdet s’issa din is-sena? F’liema nħawi? Kemm tressqu nies il-qorti fuq kazi ta’ drogi din is-sena? Minn liema lokalitajiet kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 546 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati mad-droga, filwaqt li l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-Pulizija huwa kif ġej: Cocaine 116 grms Heroin 740 grms Cannabis plants 293 plants Cannabis grass 2.347 kg Cannabis resin 35.560 kg Cannabis seed 2,281 seeds Cannabis joints 11 joints Ecstacy 5,853.5 tablets Amphetamine 69.4 grms Dalmain 4 tablets Methadone 1 lt Infurmat ukoll illi l-lokalitajiet involuti huma kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati — Persuni akkużati b'pussess/traffikar ta' droga

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid s’issa matul din is-sena kemm kien hemm persuni, rġiel u nisa separatament, li tressqu l-Qorti u ġew akkużati b’pussess ta’droga jew bi traffikar ta’droga, u b’pussess u traffikar tad-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, kien hemm 410 persuni (353 irġiel u 57 nisa) li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq pussess ta' droga, filwaqt li n-numru ta' dawk imressqa l-Qorti mill-Pulizija fuq traffikar, liema akkuża tinkludi wkoll il-pussess, kienu 136 (127 irġiel u 9 nisa).

CCF — Persuni li qed jiskontaw xi tip ta' sentenza

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kemm hemm nies li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs wara li nstabu ħatja fuq akkużi konessi mad-droga? Jista’ jagħti n-nazzjonalita` tagħhom? Kemm minnhom huma nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjon mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher fit-tabella hawn taħt:- Sentenzjati fuq reati konnessi ma' droga Nazzjonalita' Irġiel Nisa Maltija 36 1 Bulgara 1 0 mir-Renju Unit 3 1 Olandiża 3 0 Taljana 1 1 Libjana 26 1 Tuneżina 1 0 Torka 0 4 TOTAL 71 8

CCF — Priġunieri

Question

Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin għaliex ma ngħatawx pleġġ fuq akkużi konnessi mad-droga? Ta’ liema nazzjonalita` huma? X’inhi l-eta’ ta’ l-iżgħar u dik ta’ l-akbar wieħed? Kemm hemm nisa akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif jidher hawn taħt:- Persuni taħt arrest preventiv fuq reati konnessi mad-droga Nazzjonalita' Irġiel Nisa Taljana 1 0 Libjana 9 0 Torka 0 1 Maltija 9 1 TOTAL 19 2 Hemm priġunieri oħra li bħalissa qegħdin iservu sentenza fuq xi reat, u għandhom każi oħra fuq droga u li ma għandhomx pleġġ fuqhom. L-iżgħar priġunier għandu 18-il sena filwaqt li l-akbar wieħed għandu 75 sena.

Qorti ta' l-Appell Kriminali — Kawżi ta' l-appell

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta’ l-appell pendenti quddiem il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali? Kemm minn dawn jinvolvu Maltin u kemm barranin? F’kull każ jista’ jgħid kull wieħed kemm ilu jistenna biex jiġi deċiż l-appell? Kull wieħed minn dawn qed jiskonta sentenza ta’ ħabs? Jekk le, kemm hemm li huma barra jistennew is-sentenza ta’ l-appell?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija s-segwenti:- Qorti ta’ l-Appell Kriminali Appell Superjuri (minn ġurijiet) Hemm tmienja u tletin (38) appell pendenti quddiem din il-Qorti. Hemm tmienja u għoxrin (28) persuni Maltin u għaxar (10) persuni barranin involuti. Dawn l-appelli ġew introdotti fis-snin: 1997 1998 1999 2000 2001 2002 2003 2004 1 0 2 3 2 5 9 16 Hemm persuna li appellat minn sentenza ta’ priġunerija sospiża u għalhekk mhix arrestata. Hemm ukoll żewġ persuni li appellaw minn deċiżjoni preliminari. Dawn diġa’ kienu qegħdin fuq ħelsien mill-arrest pendenti il-ġuri, u baqgħu hekk pendenti l-appell preliminari. Il-ħamsa u tletin (35) l-oħra, kollha qegħdin jiskontaw is-sentenza ta’ ħabs inflitta fuqhom. Qorti tal-Appell (Inferjuri) Hemm mija u sitta u għoxrin (126) appelli pendenti minn deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Maġistrati. Mija u tnejn u għoxrin (122) persuna huma Maltin waqt li erba’ (4) persuni huma barranin. Dawn l-appelli ġew introdotti: Tlettax (13) fis-sena 2003, u Mija u tlettax (113) fis-sena 2004. Għaxra (10) minn dawn il-persuni qed jiskontaw is-sentenza ta’ ħabs inflitta fuqhom għalkemm appellaw minnha. Waqt li mija u sittax (116) –il persuna l-oħra, is-sentenza kontra tagħhom ġiet sospiża pendenti l-appell. L-informazzjoni dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) hija s-segwenti:- · Appelli Kriminali pendenti quddiem il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali (Inferjuri) hemm 17. · Kollha kemm huma jinvolvu Maltin. · Minn dawn, appell wieħed biss jinsab differit għas-sentenza u ilu hekk differit mill-5 ta’ Novembru 2004. · Ħadd minn dawn m’hu qed jiskonta sentenza ta’ ħabs. · Hemm wieħed li qiegħed barra jistenna s-sentenza ta’ l-appell.
Leg 10 PQ #9410 Sitting 200 2004-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill tal-Kultura u l-Arti — Esebizzjonijiet minn Maltin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu jsir mill-Kunsill tal-Kultura u l-Arti sabiex jgħin u jinkoraġġixxi esebizzjonijiet minn Maltin kemm f’Malta kif ukoll barra? Jista’ jgħid ukoll kif għen u lil min f’din is-sena finanzjarja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-policy tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fir-rigward ta' eżibizzjonijiet minn Maltin hija li, wara li jkun ġie evalwat il-livell artisitiku tal-eżibizzjoni, il-Kunsill jipprovdi l-għajnuna kollha possibli. Dan isir b'diversi modi għalkemm ma jiġux applikati kollha f'kull każ. Jingħataw grants, jinbnew stages, jiġu mislufa boards u siġġijiet. Ġieli wkoll tittella eżibizzjoni sħiħa mill-Kunsill f'isem l-artist. Hekk sar per eżemju, fil-każ tal-Aboriginal Art Exhibition ta' Dr Giuseppe Schembri Bonaci. Fil-każ ta' l-artisti li jtellgħu installation barra minn Malta, l-Kunsill iħallas il-passaġġi ta' l-ajru ta' l-artisti. Hekk sar fil-każi ta' Norbert Attard li tela installation f'Ateni; Vince Briffa li tella eżibizzjoni f'Cork u Raphael Vella li tella eżibizzjoni f' The Hague. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra tabella li telenka każi li ngħataw għajnuna biex itellgħu eżibizzjonijiet f'Malta.
Leg 10 PQ #9411 Sitting 200 2004-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm applikaw din is-sena għal-liċenzja bħala ‘host families’ biex jospitaw studenti barranin? Kemm ġew aċċettati? X’kienu r-raġunijiet li għalihom xi wħud ma ġewx aċċettati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi din is-sena saru 1,698 applikazzjoni biex familji jkollhom liċenza ta' host family. 1,688 ġew aċċettati u, wara l-proċess tal-applikazzjoni, nħarġitilhom il-liċenza mitluba. 10 ma ġewx aċċettati għax l-applikazzjoni kienet nieqsa mill-informazzjoni jew dokumenti meħtieġa.
Leg 10 PQ #9412 Sitting 200 2004-12-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm host families li tteħditilhom il-liċenzja minħabba xi nuqqasijiet? F’liema lokalitajiet? Kemm kien hemm ilmenti minn barranin għax ma kinux kuntenti bil-familji li kienu qed jgħixu għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 kien hemm host family waħda li ttieħditilha l-liċenza, erba' ġew immultati talli kienu qed jaħdmu mingħajr liċenza u sebgħa ġew immultati talli kisru l-kundizzjonijiet tal-liċenza. Dawn kienu ħames familji minn Pembroke, tlieta mis-Swieqi u familja mill lokalitajiet ta' Birkirkara, Ta' Xbiex, Gżira u Buġibba. Total ta' tnax-il familja. Ġew irreġistrati u investigati 43 ilment minn barranin li ma kienux kuntenti għal xi raġuni jew oħra bil-familja li kienu qed jgħixu magħha.

Pembroke — Junior Lyceum Sir Adrian Dingli

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-lift il-ġdid li ġie nstallat fi tmiem il-vaganazi tas-sajf fi New Block fil-Junior Lyceum tal-Bniet, Sir Adrian Dingli, Pembroke għadu ma jaħdimx, u dan wara li għaddew aktar minn xahrejn mill-bidu ta' l-iskola? Meta huwa previst li jaħdem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lift ta' Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum qieġħed jiffunzjona.

Ċentri tas-saħħa — Siringi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8480 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru siringi wżati f’kull ċentru tas-saħħa separatament matul din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena 2002, l-Aġenzija Sedqa pprovdiet apparat u żewġ tipi ta’ kontenituri apposta għal ġbir protett ta’ siringi. Il-kontenituri tqassmu liċ-ċentri tas-Saħħa kollha u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Kontenituri żgħar tal-plastic tqassmu għall-użu personali tal-klijenti biex jarmu s-siringi wżati fihom; u kontenituri kbar tal-metall tpoġġew fiċ-ċentri tas-Saħħa, fejn il-klijenti setgħu jarmu il-kontenituri tal-plastic. L-apparat ta’ ġbir tqassam lill-Kunsilli Lokali, il-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Ministeru tal-Ambjent, biex jinġabru siringi wżati li jinstabu f’postijiet pubbliċi, bħal ġonna. Għall-aħħar tas-sena 2002, fuq talba miċ-ċentri tas-Saħħa, l-Aġenzija sedqa kienet gabret il-kontenituri mimlija minn dawn iċ-ċentri u ddisponiet minnhom hi. Iżda ma kienx possibbli li dan il-ġbir jibqa isir. In-numru ta’ kontenituri tal-plastic li nġabru kien kif ġej: Ċentri tas-Saħħa TOTAL Cospicua 13 Floriana 22 Gzira 21 Mosta 23 Paola 43 Qormi 4 Rabat 20 Mhux magħruf kemm kien hemm siringi fil-kontenituri tal-plastic.

Pulizija — Persuni li nqabdu bid-droga

Question

Jikkonferma l-Vici Prim Minstru li fost dawk li nqabdu bid-droga fi tmiem il-ġimgħa tat-13/14 ta’ Novembru kien hemm żewġ żgħażagħ ta’ 15–il sena? Jista’ jgħid jekk dawn hux se jitressqu l-Qorti jew le? Jekk iva, biex se jkunu akkużati? Kemm kienu b’kollox dawk li ġew arrestati f’dawk il-jiem meta kienu qed jattendu l-party li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? X’akkużi sarulhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, b'riżultat tas-sorveljanza li t-Taqsima ta' kontra d-Droga tal-Pulizija kienet qed tagħmel waqt il-party imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, kienu ġew miżmuma tmien żagħżagħ fuq suspett ta' abbuż mid-droga. Erba' kienu ġewwa l-post u l-erba' l-oħra, fosthom wieħed ta' 15-il sena, kienu fl-inħawi. Peress li l-investigazzjoni dwar dan il-każ għad mhix konkluża, ma nħossx li huwa opportun li jingħataw aktar dettalji.

Klandestini — Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġiet ordnata l-inkjesta maġisterjali dwar il-klandestini mill-Eritrea? Meta tlestiet u meta ġiet ippubblikata? Jista' jgħid ukoll taħt liema sezzjoni tal-liġi ġiet ordnata din l-istess inkjesta?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-inkjesta ġiet ordnata fil-25 ta' Mejju 2004 meta l-Onorevoli Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern ħatar lill-Maġistrat Dr A Lofaro bħala Bord ta' l-Inkjesta skond l-Artikolu 4 ta' l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273). Din l-inkjesta għalqet fit-3 ta' Settembru 2004.

Qrati — Inkjesta Maġisterjali - Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra x-xhieda kollha ta' l-inkjesta maġisterjali dwar il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada? Jista' jgħid ukoll jekk is-sinjuri - isimhom qed jintbagħat separatament - li tqabbdu mill-qorti bħala esperti għamlux xi rapporti wkoll? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tagħom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Il-pubblikazzjoni ta' kull dokument in konnessjoni ma' inkjesta maġisterjali hi fid-diskrezzjoni ta' l-Avukat Ġenerali li, bil-Kostituzzjoni, igawdi l-awtonomija li jiddeċiedi hu dwar materji bħal din.

Introduzzjoni tal-Munita Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar l-introduzzjoni tal-munita euro u ż-żmien li din għandha tidħol bħala l-munita ta' pajjiżna? Jista' ipoġġi kopja ta' dawn l-istudji fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 8552 dwar dan is-suġġett.

Kunsill Malti għall-Isport — Ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8233, jista’ il-Ministru jinnota li ridt infisser ‘attivi f’xi sport’ u allura jista’ jgħid jekk għadhomx jieħdu sehem attiv f’xi dixxiplina sportiva?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati tal-KMS li jippratikaw xi dixxiplina sportiva b'mod regolari huma :- Stephen Bonniċi - Fitness Edwin Buttiġieġ - Fitness David Carabott - Player tal-Futbol William Chetcuti - Tiratur Rachid Chouchal - Atletika Malcolm Galea - Player tal-Boċċi Michael Micallef - Fitness Joe Saliba - Underwater fishing Diversi impjegati oħra jipprattikaw sport u eżerċizzji fiżiċi bħala delizzju.

Skejjel — Proġett Comenius

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti li qed jieħdu sehem fil-proġett Comenius? Ma’ liema skejjel ta’ pajjiżi oħra qegħdin f’kuntatt?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Cellular phones — 3 generation masts

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju xjentifiku f’Malta dwar il-possibbilta’ ta’ ħsara għas-saħħa ta’dawk li jissejħu ‘3 generation masts’ (3g) għat-tisħiħ tat-telefon ċellulari u dan speċjalment meta jitpoġġew f’bini magħluq u ħdejn skejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn ta’ xi permess speċifiku biex dawn jitwaħħlu fl-abitat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema toroq u lokalitajiet jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Xgħajra — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħatar kap ġdid għall-iskola primarja tax-Xgħajra minħabba li l-kap preżenti mhux qed jidħol għax-xogħol għar-raġunijiet personali? X'inhi r-raġuni li l-assistent kap li kien hemm ftit taż-żmien ilu tneħħa? Jaf li fil-preżent hemm għalliema li hija senior li filwaqt li qed tgħallem qed tieħu ħsieb l-iskola hi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa intbagħtet persuna biex tmexxi l-iskola tax-Xgħajra fl-assenza tal-Kap ta' l-Iskola.

Rapport ta' Roderick Chalmers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport ta' Roderick Chalmers? Kemm tħallsu l-membri kollha, inkluż min serva ta' konsulent, għal dan ir-rapport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport ta' Roderick Chalmers ġie jiswa Lm10,831. Informat ukoll li l-membri kollha inkluż minn serva ta' konsulent għal dan ir-rapport tħallsu hekk : Roderick Chalmers - Nil Prof. Rev. Peter Serracino Inglott - Nil Mr Jacques Sciberras - Lm5,027(inc.VAT) Mrs Ann Marie Thake - Lm2,050(inc.VAT) Riċerka u analiżi - Lm3,573 Stationery, Photocopies, Binding - Lm181 Total - Lm10,831(inc. VAT).