Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imrieħel — Junior Lyceum

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9457, jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel u f'liema suġġetti jeżistu sitwazzjonijiet simili? Jista' jgħid x'inhuma l-pariri minn uffiċjali edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn ġdid x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

ETC — Programm Leonardo

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi rwol għandha l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ fit-tmexxija tal-Programm Leonardo? Liema kienu l-meetings li saru barra minn Malta u li għalihom attendew l-istaff ta' Leonardo jew ta' l-ETC? Hemm rapporti ta' dawn il-meetings? Jista' jgħid jekk dawn tqassmux lill-istakeholders?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ETC hija rappreżentata fuq il-kumitat tat-tmexxija tal-Programm Leonardo f'Malta. L-ebda uffiċċjal ta' l-ETC ma siefer fuq xogħol konness mat-tmexxija tal-Programm Leonardo.

Programm Leonardo

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu n-nies li bbenefikaw mill-programm Leonardo minn mindu beda l-programm f'Malta kull sena separatament? Min huma l-esperti indipendenti li jintużaw biex jeżaminaw il-proġetti minn Malta? Sar rapport fuq l-impatt soċjali u ta' impjieg f'Malta bl-użu tal-programm Leonardo? Liema kienu l-proġetti u l-individwi kollha li ntgħażlu fil-programm Leonardo matul dawn l-aħħar tliet snin? X'budget tqassam? Xi kriterji ntużaw biex jiġu rrifjutati l-proġetti, ta' min kienu u meta ġew ippubblikati? L-istakeholders Maltin, bħal unions u NGOs, huma parti mill-kumitati ta' l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kemm ibbenefikaw nies mill-programm Leonardo minn mindu beda ,kull sena separatament huwa hekk : 2000 -191 2001 -117 2002 -130 2003 -140 2004 -351 Informat ukoll li l-esperti indipendenti li jintużaw biex jeżaminaw il-proġetti minn Malta huma nies li applikaw biex jkunu evaluators wara Call li ħarġet fit-2003/2004. Ser isir rapport biex jeżamina l-impatt tal-proġetti tal-miżura tal-mobilita' fi ħdan il-Programm Leonardo fuq is-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'Malta. Dan ir-rapport ġie pproġettat għall dan iż-żmien minħabba li snin 2005-2006 jimmarkaw l-aħħar fażi tal-Leonardo da Vinci II. Għal dan ir-rapport ser toħroġ Call pubblika. Il-proġetti li jiġu sottomessi fiż-żmien (il-European Deadline) jiġu evalwati kollha – l-importanti li jissodisfaw il-kriterji ta’ eligibilita’: - L-applikazzjoni ġiet sottomessa fiż-żmien - Il-verżjoni illi fuqha ġiet sottomessa l-applikazjoni hija l-verżjoni uffiċjali - L-applikazzjoni hija ffirmata minn entita’ legali - L-applikazjoni għandha firma oriġinali ta’ persuni awtorizzata li tiffirma f’isem l-organizzazjoni - L-applikazjoni tissodisfa il-kriterji meħtiega ta’ dimensjoni transnazzjonali – li fiha minimu ta’ 2 pajjiżi, wieħed minnhom Membru ta’ l-EU - L-applikazzjoni għandha budget iddettaljat mgħamula fuq l-istatistika pprovduta fl-applikazzjoni - Il-proposta għandha letters of intent ta’ l-minimu ammont ta’ partners meħtiega - Hija miktuba f’waħda mill-lingwi ta’ l-EU Jekk l-applikazzjoni hija eligibbli, żewg evalwaturi jevalwaw il-proġett separatament fuq templates u bl-użu ta’ guidelines pprovduti mill-Kummissjoni Ewropeja. Laqgħa ta’ konsolidament issir bejn l-evalwaturi biex jikkonfermaw il-grad mgħoti. Jekk iż-żewg evalwaturi ma’ jaqblux jiġi magħzul evalwatur ieħor biex jevalwa il-proġett ukoll. Skond il-grad (minn 1 sa 4) li jirċievi l-proġett jingħata priorita. Skond kemm iservi il-budget ta’ dik is-sena tinqata’ il-linja. Informat li l-istakeholders bħal Unions u NGOs jiffurmaw parti mill-Kumitat tal-Leonardo da Vinci. Dan il-Kumitat jiġi nvolut fil-laqgħa ta’ konsolidament biex jgħati parir lill-Awtorita’ Nazzjonali fuq il-proċedura li ntużat biex jiġu evalwati l-proġetti kif ukoll fuq id-deċizjoni finali. L-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet li ġew approvati biex jieħdu fondi fl-aħħar tliet snin, bħal dawk ta' qabilhom huma pubbliċi u ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aġenzija tapprova biss numru ta' individwi li jissejħu benefiċjarji. L-individwi ġew mgħażula mill-organizzazjoni msemmija.

Sptar San Luqa — Infezzjoni ta' l-MRSA

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8586 u cioe' jgħid it-teatru ta' l-ortopedija kemm ilu limitat biss għal trawma u operazzjonijiet minuri minħabba l-infection ta' l-MRSA? Jista' jgħid ukoll jekk hux l-istaff kollu li ġie ttestjat minħabba din l-infection?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-teatru ta' l-ortopedija kien magħluq għal Elective Surgery bejn it-18 ta' Ottubru u t-30 ta' Ottubru 2004. Matul dan il-perjodu saru arranġamenti mal-Main Theatre biex isiru Trauma Cases. Ġew allokati 154-il siegħa fejn saru 58 Trauma Cases. Infurmat li kull persuna li kellha kuntatt mat-teatru u s-swali tal-ortopedija ġiet ittestjata minħabba l-infection ta' l-MRSA.

MCAST — Studenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 7517, jista' l-Ministru issa jagħti l-informazzjoni kollha li kienet intalbet, b'mod partikolari kemm ġew magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-MCAST daħlu 1977 studenti ġodda fil-korsijiet għas-sena 2004/2005. Minn fost dawk li ma daħlux f'xi kors fl-MCAST 70% komplew bl-istudji tagħhom fl-Universita', Junior College, ITS, Skejjel Privati, Giovanni Curmi Higher Secondary School u fi studju privat ieħor. 9.5% daħlu jaħdmu. L-oħrajn jew kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, jew id-dar, jew ifittxu x-xogħol.

Skejjel — Għalliema tal-PSD

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8352, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati minn dawk li għaddew u f'liema skejjel? Jista' jgħid f'liema snin qed jiġi mgħallem il-PSD?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għaddew 20 mill-interview għall-PSD. Sebgħa minnhom qegħdin jgħallmu dan is-suġġett, filwaqt li t-tlettax l-oħra kienu għamlu interviews f'suġġetti oħra u meta ġejna biex nimpjegawhom għall-PSD kienu diġa mpjegati f'suġġetti oħra li jidhru hawn taħt. Għalliema Skola Suġġett 3 St. Francis of Assisi, BSS – Sta. Venera Għalliem għall-PSD, għall-Ingliż u għall-Home Economics 1 Sir Luigi Preziosi, GSS – St. Andrews Għalliem għall-P. E. 1 St. Joseph, BJL – Corradino, Paola Għalliem għall-PSD, 1 Antonio Bosio, BSS – Gżira Għalliem għall-PSD, 3 Lorenzo Gafa’, BSS – Fortini, Vittoriosa Żewġ għalliema għall- PSD u għalliem għall-Ingliż 1 Guze Galea, BSS – Qormi Għalliem għall-Ingliż 1 Ninu Cremona, BJL/BSS – Victoria, Gozo Għalliem għall-PSD, 1 Guze’ D’Amato, BSS – Paola / Margaret Mortimer, GJL – Sta. Lucia Għalliem għall-Home Economics 1 Fra Diego Bonanno, GS – Marsa Għalliem għat-Taljan 1 Mikiel Anton Vassalli, BJL – Ħandaq, Qormi Għalliem għall-ICT 1 Erin Serracino Inlgott, GSS – Cospicua Għalliem għall-Malti 2 Mons. Pietru Pawl Saydon, BSS – Żurrieq Għalliem għall-PSD u għat-Taljan 1 Sta. Maria Goretti, GSS - Tarxien Għalliem għall-Home Economics 1 Sir Adrian Dingli, GJL – Sandhurst Għalliem għall-Home Economics 1 Vincenzo Borg Brared, BSS – B’Kara Għalliem għall-Home Economics

FTS — Acting Chief Administrative Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - kemm ilha Acting Chief Administrative Officer tal-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada? X'xogħol ieħor kien jew għadu jagħmel fl-istess fondazzjoni? Jista' jgħid ukoll kemm qed jitħallas għax-xogħol jew xogħlijiet li hu qed iwettaq? Jista' jgħid jekk l-FTS ħarġitx sejħa għal Chief Administrative Officer? Jekk iva, x'ġara minn din is-sejħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija ilha tokkupa l-kariga ta' Acting Chief Administration Officer minn l-4 ta' Ġunju ta' din is-sena. Informat ukoll li din il-persuna kienet iċ-Chairman tat-task-force inizjali u li b'riżultat ta' xogħol tagħha ġiet imwaqqfa l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada. Huwa baqa' jaħdem bħala management consultant ma' l-istess Fondazzjoni. Fil-bidu ta' din is-sena saret sejħa għal-Chief Administrator Officer u wara numru ta' intervisti intgħażlet persuna li sussegwentement ma aċċettatx l-impjieg.

Imrieħel — Junior Lyceum

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8673, l-ilment tal-ġenitur kien li t-tfal qed jinqasmu għal-lezzjoni tal-Franċiż biss u wara li kienu draw għalliema oħra. Fid-dawl tat-tweġiba mogħtija dan ifisser li se jsir l-istess f'suġġetti oħra u fi skejjel oħra wkoll? Dan jista' ifisser ukoll li l-gvern qed jikkonsidra li jnaqqas in-numru ta' studenti f'kull klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sitwazzjonijiet bħal dawn jeżistu wkoll f'xi skejjel oħra fejn arranġamenti simili jkunu jistgħu isiru. Mogħti l-parir minn uffiċjali edukattivi li dan ikun ta' gwadann edukattiv għall-istudenti.

Edukazzjoni — Vot Kapitali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8624, jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar tliet partijiet tal-mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor.Membru fl-Estimi Finanzjarji 2004, taħt il-Vot Kapitali III, 7162 Foundation for Tomorrow's School - Capital Schools Programme kienet ġiet allokata is-somma ta' Lm3.1 miljun. F'April il-Ministeru tal-Finanzi irreveda din l-allokazzjoni għal Lm2 miljuni, iżda bl-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS, l-APS Bank Ltd. u l-Ministeru tal-Finanzi l-investiment kapitali f'bini u immodernizzar ta' skejjel tal-Gvern għal din is-sena hu kommess li joqrob il-Lm5 miljun lira. It-tagħrif dwar l-aħħar tlett partijiet tal-mistoqsija għad irid jinġabar u jiġi verifikat. Tweġiba dwar dan tingħata meta din il-verifika tkun saret.

Naxxar — Skola Vincenzo Borg Brared

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8115, jista' il-Ministru jgħid jekk minn dak iż-żmien 'il hawn id-dawl li ma jinxtegħelx fil-btieħi ta' l-iskola Vincenzo Borg Brared fin-Naxxar ġiex irranġat jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li dan ix-xogħol diġa sar.

Socrates/Leonardo/Youth

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qiegħed imexxi l-programmi Socrates, Leonardo u Youth? Kemm ingħataw flus mill-Gvern Malti biex jitmexxew dawn il-programmi? Kemm hemm nies impjegati biex jaħdmu u jmexxu dawn il-programmi? Jista' jgħid ukoll x'titlu għandhom, kemm hu s-salarju tagħhom separatament u kif inhuma impjegati, jiġifieri jekk hux full- time jew part-time? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-kriterji ta' l-għażla ta' dawn il-persuni? X'taħriġ ingħataw dawn f'Malta u/jew barra minn Malta? Min hu responsabbli għall-finanzi tal-programmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull programm għandu Progamme Manager u numru ta’ Projects Officers li jmexxu l-programmi. In-numru ta’ nies impjegati direttament mal-programmi huma dawn: a. Socrates – Programme Manager u 4 Projects Officers. b. Youth - Programme Manager u 2 Projects Officers. ċ. Leonardo da Vinci – Programme Manager u Projects Officer u Projects Officer ieħor responsabbli mill-Euroguidance. Fi ftit ġranet oħra, ser jiġi impjegat Projects Officer ieħor. Il-Programme Manager jitħallsu bir-rata ta’ Lm6,520 fis-sena skond il-kuntratt tagħhom. Il-Projects Officers jitħallsu Lm5,750 fis-sena. Dawn kollha qegħdin fuq kuntratt ta’ xogħol fuq bażi full-time li jiġi mġedded sena b’sena. Min dawn 2 huma għalliema sekondati mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Dawn l-uffiċjali ntgħażlu wara sejħa pubblika għall-applikazzjoni minn bord tal-Public Service Commission. Dawn l-uffiċjali jieħdu t-taħriġ inizjali tagġħhom f’Malta u, wara, jkomplu jitħarrġu fl-UE waqt seminars u attivitajiet oħra. Il-kriterji tal-għażla huma mnizzla fis-sejħa tal-applikazzjonijiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, iżda, prinċipalment iridu jkunu gradwati. Il-finanzi ta’ dawn il-programmi huma responsabbilta` ta’ Financial Administrator. Barra dawn l-uffiċċjali, l-EUPU għandha impjegati oħra li joffru “common services” lill-uffiċċjali tal-programmi bħal, per eżempju, National Coordinator, staff amministrattiv, Travel Officer, Communications Officer u Financial Administrator. Rigward it-tieni mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika f’liema sena.

Sidien ta' ħwienet — Bejgħ ta' sigaretti lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati u/jew tressqu l-Qorti sidien tal-ħwienet talli biegħu sigaretti lil tfal taħt l-eta` ta’ 18–il sena? Isiru spezzjonijiet għall-għarrieda biex ikun żgurat li l-makni tas-sigaretti huma fejn jidhru u jistgħu jiġu kontrollati minn min ikun inkarigat mill-ħanut?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8706, ninsab infurmat illi l-ispezzjonijiet fil-ħwienet isiru għal kull ksur ta' regolamenti.

Skejjel — Għalliema b'warrant temporanju

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’differenza tgħaddi bejn għalliem/a li għandu/ha warrant temporanju li nħareġ qabel l-1998 u warrant temporanju li nħareg wara dik is-sena? Kemm hemm għalliema li jaqgħu taħt waħda minn dawn u jgħid jekk hux qed igħallmu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Att dwar l-Edukazzjoni (1988) li jirregola l-ħruġ ta' Warrant ta' Għalliem ma tispeċifika l-ebda data fil-kuntest ta' ħruġ ta' Warrant Tempornaju u għaldaqstant ma hemm l-ebda differenza bejn Warrant Temporanju li ngħata qabel jew wara l-1989. L-Att (parti II artiklu 12) speċifikament jgħid li Warrant Temporanju huwa validu biss għal sena u għalhekk kull min hu fil-pussess ta' Warrant Temporanju sew ikun fi skola ta' l-Istat u sew tal-Knisja jew Indipendenti għandu jġedded dan il-Warrant Temporanju kull sena. Informat ukoll li n-numru ta' għalliema temporanji fl-iskejjel mhux statali huwa hekk :- Qabel 31/03/1998 Wara 31/03/1998 Skejjel tal-Knisja 102 58 Skejjel Indipendenti 105 93 Total 207 151

Skejjel — Għalliema

Question

Jista’ il-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm għalliema nisa u rġiel separatament li se jispiċċaw bl-eta` din is-sena skolastika mill-iskejjel ta’ l-Istat? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskejjel ta' l-Istat n-numru ta' għalliema nisa u rġiel separatament, li ser jirtiraw din is-sena skolastika, ta' 61 sena hu hekk : - Irġiel - 27, Nisa - 24 u b'total ta' 51. Minn dawn li ser jgħalqu 60 sena, 20 għalliem/a diġa għarrfuna li ser jirtiraw. Dawn huma hekk : - Irġiel - 4, Nisa - 16 u b'total ta' 20. Informat ukoll li n-numru fi skejjel tal-Knisja huwa hekk : - Lay Teachers Religious Teachers 1944 1945 1944 1945 Irġiel Nisa Irġiel Nisa Irġiel Nisa Irġiel Nisa 2 12 4 22 0 4 0 6 Ninsab informat li fi skejjel Indipendenti n-numru huwa hekk :- Lay Teachers 1944 1945 Irġiel Nisa Irġiel Nisa 1 0 1 8

Skejjel ta' l-istat — Text books

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal kotba ġodda (text books) għal din is-sena skolastika fl-iskejjel statali fil-livelli differenti, primarja, sekondarji, eċċ? Jista’ jgħid liema kienu l-kotba u min ħa l-kuntratt biex jissuplixxi dawn il-kotba?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li għas-sena skolastika 2004/2005 l-ispiża għal kotba ġodda (textbooks) fl-iskejjel statali tammonta għal Lm191,052.19 għal Skejjel Primarji u Lm70,348.23 għal Skejjel Sekondarji. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tal-kotba u ta' min isuplixxa l-kotba permezz ta' sejħa għall-offerti .

Football grounds — Lasti

Question

Bħala Ministru responsabbli mill-Isport, jista’ jordna lill-uffiċjali tiegħu biex jagħmlu żjarat għall-għarrieda fi grounds tal-football fejn jitħarrġu ħafna żgħażagħ biex jiġi żgurat li l-lasti li jistgħu jinġarru minn post għall-ieħor ikunu mwaħħla ma’ l-art meta jintużaw u b’hekk jonqos ir-riskju u tiġi evitata xi traġedja oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-grounds tal-football fl-iskejjel saru l-ispezzjonijiet meħtieġa. Ninsab informat ukoll illi l-lasti fil-Grounds taċ-Ċentru Sportiv il-Marsa huma fi stat tajjeb u mhumiex ta' periklu. Uħud minn dawn il-lasti mhumiex fissi biex ikunu jistgħu jintużaw f'diversi partijiet tal-ground. Ara wkoll tweġiba għall PQ numru 3083.

Ħamrun — Skola primarja Salvinu Spiteri

Question

Jista' il-Ministru jara li ħsara eżistenti fl-iskola primarja tal-Ħamrun Salvinu Spiteri tiġi msewwija, speċjalment fejn hemm ċerti konsenturi fil-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat illi azzjoni qegħda tittieħed biex jiġu mkaħħlin il-fili fuq in-naħa ta' barra.

Pulizija — Pussess u/jew traffikar ta' droga

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna taħt l-eta’ ta’ 18–il sena tiġi akkużata b’xi reat bħal dik ta’ pussess u/jew traffikar ta’ droga, quddiem liema qorti tidher, jekk hux dik tal-Minorenni? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu l-massimu tal-piena f’dik il-Qorti? F’pajjiżna persuna ta’ 15–il sena tista’ teħel il-ħabs? Jekk iva, fejn tiġi skontata s-sentenza?

Response (BORG, TONIO)

Persuna taħt l-eta' ta' tmintax-il sena tidher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala l-Qorti tal-Ġudikatura Kriminali fejn tkun għalqet is-sittax-il sena, u quddiem il-Qorti tal-Minorenni meta tkun taħt dik l-eta' anke fil-każijiet ta' pussess u/jew traffikar ta' droga. Kemm il-Qorti tal-Minorenni u l-Qorti tal-Maġistrati tista' ukoll, skond il-kompetenza tagħha, taġixxi bħala Qorti Istruttorja fejn il-każ jispiċċa quddiem il-Qorti Kriminali. Skond il-Kodiċi Kriminali il-minorenni li jkun għalaq l-erbatax-il sena iżda ma jkollux tmintax-il sena jeħel il-piena applikabbli għar-reat imnaqqsa bi grad jew tnejn. Il-massimu tal-piena fil-Qorti tal-Minorenni għalhekk hija disgħa snin priġunerija f'każ ta' traffikar ta' droga u disgħa xhur fil-każ ta' pussess. Il-piena ta' priġunerija tiġi skontata fil-Youth Offenders Unit Rehabilitation Section tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Dan hu unit awtonomu u mifrud mill-bqija tal-ħabs.