Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Għalliema Każwali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema każwali fis-snin ta’ l-edukazzjoni primarja, sena b’sena separatament? X’inhuma l-kwalifiki ta’ dawn l-għalliema każwali? Jista’ jagħti l-informazzjoni separatament għal Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel — Għalliema - Laptops

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew mogħtija laptops lill-għalliema tal-primarja sena b’sena, minn meta ġiet introdotta din is-sistema sal-lum? X’użu għandhom dawn il-laptops għall-għalliema tal-primarja? Saret evalwazzjoni ta’ kif u kemm qed jintużaw? X’maintenance issir ta’ dawn il-laptops u min hu responsabbli li jieħu ħsieb li ssir din il-maintenance?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' laptops mogħtija lill-għalliema fl-iskejjel primarji sena b'sena huwa hekk : Sena Numru ta' Laptops 1996 173 1997 162 1998 166 1999 187 2000 209 2001 205 2002 28 L-Użu tal-Laptops u evalwazzjoni Informat li l-għalliema kollha fl-iskejjel statali primarji (Year 1 – Year 6) huma fornuti b’laptop. F’dawn il-laptops hemm installat is-softwer kollu meħtieġ mill-għalliema biex jippreparaw il-lezzjonijiet tagħhom, inkluż is-softwer edukattiv kollu li jinsab fil-kompjuters tal-klassi kif ukoll il-Microsoft Office. L-għalliema jużaw il-laptops id-dar biex ikollhom l-opportunita’ li: · Joħolqu t-teaching aids meħtieġa għal-lezzjonijiet ippreparati; · Jiffamiljarizzaw rwieħhom mas-softwer li jinsab fil-kompjuters tal-klassijiet; · Joħolqu preżentazzjonijiet permezz tal-Microsoft PowerPoint li jkunu jistgħu jintużaw fil-klassi waqt sessjonijiet plenarji; · Joħolqu attivitajiet interattivi (on-screen activities) skond is-sillabu u adattati għall-abilta’ tat-tfal tal-klassi; · Jużaw il-Microsoft Office biex jorganizzaw l-iSchemes of Work, il-pjanijiet ta’ lezzjonijiet u materjal edukattiv ieħor. L-għalliema jużaw il-laptops fil-klassi biex ikunu jistgħu isiru dawn l-attivitajiet: · Jispjegaw ċerti lezzjonijiet permezz ta’ preżentazzjonijiet maħluqin bl-MS PowerPoint u softwer ieħor. Dawn il-preżentazzjonijiet huma meħtieġa waqt lezzjonijiet b’attivitajiet li jonvolu lill-klassi kollha (whole-class approach); · Juru grafika u materjal multimedjali fuq l-iscreen il-kbir tal-klassi waqt diskussjonijiet u attivitajiet whole-class; · Jispjegaw lill-klassi kollha kif jinħadem is-softwer qabel ma t-tfal jaħdmu fuqu fi gruppi fuq il-kompjuters tal-klassi; · Jużaw il-printer tal-klassi permezz tan-network ħalli jistampaw materjal minn fuq il-laptop; · Jużaw in-network biex jaċċessaw xogħol it-tfal li jkun miżmum fil-kompjuters tal-klassi, u biex tittrasferixxu ammont ta’ files mill-laptop għall-kompjuters tal-klassi ħalli t-tfal ikunu jistgħu jaħdmu bihom; · Jużaw in-network biex ikunu jistgħu jaċċessaw l-Internet u jniżżlu files fuq il-laptop, u l-Intranet ta’ l-iskola biex ikunu jistgħu jaqsmu materjal edukattiv mal-membri l-oħra ta’ l-istaff. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, wettaq stħarriġ estensiv dwar l-użu tal-kompjuters fl-iskejjel, ir-riżultat ta’ dan l-isħarriġ għadu ma ġiex ippubblikat. Sar stħarriġ kwalitattiv minn għalliem li qed jistudja l-ICT fl-Edukazzjoni f’livell ta’ M.Ed. li wera li l-laptops għenu ħafna biex l-għalliema li ġew intervistati ffamiljarizzaw ruħhom ma’ l-użu tal-kompjuters. Numru ta’ għalliema peripatetic jagħmlu żjajjar fl-iskejjel b’mod regolari u jagħtu pariri dwar kif l-għalliema jistgħu jagħmlu l-aħjar użu tar-riżorsi ta’ l-ICT li għandhom. Manteniment Informat ukoll li l-manteniment ta’ dawn il-laptops huwa r-responsabbilta’ tad-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Dan id-dipartiment bħalissa għandu kuntratt mal-Malta Information Technology and Training Services Ltd. (MITTS Ltd.) li jkopri x-xogħol ta’ manteniment u ta’ tiswija tal-laptops u apparat ieħor.

Assoċjazzjoni tal-Basketball — Passaporti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk irċevix talba mill-assoċjazzjoni tal-basketball sabiex jinħareġ passaport Malti lil sitt players tal-basketball b'kunjom Malti u li jgħixu ġewwa l-Awstralja? Jaħseb li l-ħruġ ta' dawn il-passaporti, u allura dawn il-players ikunu jistgħu jilgħabu mat-timijiet nazzjonali ta' Malta, jgħin sabiex jitjieb il-livell fil-logħba tal-basketball f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi applikazzjonijiet għall-passaport ma jsirux minn xi assoċjazzjoni iżda mill-individwu. Id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid jekk saritx xi applikazzjoni minn players tal-basketball b'kunjom Malti u li jgħixu ġewwa l-Awstralja. Dan għax fl-applikazzjoni tal-passaport ma jintalabx l-isports li jipprattika l-individwu. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-persuni ta' ċittadinanza Maltija, m'għandux ikun ta' problema li jinħarġilhom passaport Malti; jekk le ma jistax jinħareġ passaport Malti lil min ma hux ċittadin Malti.
Leg 10 PQ #9709 Sitting 212 2004-12-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Villa Rumana — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li fadal isir biex ikunu lesti x-xogħlijiet kollha fuq il-Villa Rumana fir-Rabat? Kif inhu mqassam ix-xogħol sakemm jitlesta għal kollox? Kemm hu stmat ix-xogħol li fadal li jsir? Min qed jagħmel ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel — Studenti jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw permess f'dan l-ewwel term tas-sena skolastika biex tfal jitilqu mill-iskola qabel ma jkunu għalqu 16-il sena? Kemm kienu subien u kemm kienu bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali li għalihom ingħataw il-permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġunijiet prinċipali li għalihom ingħataw il-permessi kienu għal xogħol u għal raġunijiet umanitarji. In-numru ta' permessi li ngħataw fl-ewwel term tas-sena skolastika (mill-15 ta' Settembru 2004 sal-10 ta' Diċembru 2004) lil studenti biex jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu 16-il sena kien hekk : Studenti taħt is-16 Spiċċaw il-Kors Ma spiċċawx il- Totali -il sena li ġew eżentati Skolastiku Kors Skolastiku Subien 6 15 21 Bniet 13 5 18 Totali 19 20 39

Skejjel — Livel Sekondarju - Co-Educational

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma co-educational fil-livell sekondarju? Liema huma? Kemm hemm studenti subien u bniet f'kull skola? X'inhi l-politika tal-gvern dwar skejjel li jgħallmu subien u bniet fl-istess klassi? Il-gvern qatt kellu ħsieb li jagħmel l-iskejjel tiegħu b'din is-sistema?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Empowerment Centres

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ftit taż-żmien ilu twaqqfu seba' empowerment centres ma' dak ta' Birkirkara, fiż-Żejtun ma twaqqafx ċentru simili meta d-dipartiment jaf li l-kunsill lokali, flimkien ma' grupp ta' żgħażagħ, ħadmu ħafna f'dan il-qasam? Xi kriterji ntużaw biex ġew magħżula dawn il-postijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għal kull post?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru din hi inizjattiva ġdida li nixtiequ nifirxu f'ħafna postijiet skond il-possibilitajiet finanzjarji li jkollna.

Student — Għajnuna Supplimentari

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jingħata l-għajnuna supplimentari, flimkien ma' l-istipendi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jirrikonoxxxi l-fatt li minħabba ċ-ċirkostanzi familjari huwa essenzjali li dan il-pagament isir malajr kemm jista' ikun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas dovut qed jiġi proċessat b'mod normali u ser isir fl-aħħar ta' dan ix-xahar.

Edukazzjoni — Uffiċjali Edukattivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-uffiċjali edukattivi,kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn l-uffiċċjali huma l-istess bħal uffiċċjali fis-servizz ġenerali Pubbliku.

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni tal-programm tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Jista’ jgħid min kienu l-persuni li għamlu din l-evalwazzjoni u kemm tħallsu? Jista’ ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti? Jista’ jgħid kemm ħadet fondi mill-Unjoni Ewropea f’dawn is-sentejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Cellular Phones — 3 Generation Masts

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9409, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid jekk sarx xi studju xjentifiku f’Malta dwar il-possibbilta’ ta’ ħsara għas-saħħa ta’dawk li jissejħu 3 generation masts (3g) għat-tisħiħ tat-telefon ċellulari, speċjalment meta jitpoġġew f’bini magħluq u ħdejn skejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn ta’ xi permess speċifiku biex dawn jitwaħħlu fl-abitat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema toroq u lokalitajiet jinsabu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum għad m'hemm l-ebda 3 Generation masts. L-MCA ma taf li sar l-ebda studju fuq l-effettii ta' dawn it-3 Generation masts li jista jkollhom fuq is-saħħa tal-bniedem. L-installazzjonijiet ta' dawn it- 3 Generation masts iridu jiġu awtoriżżati mill-MEPA.

Pulizija — Ħanut tax-xorb

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija wara li fil-weekend li għadda, 5 u 6 ta' Diċembru, instabu numru ta' żgħażagħ taħt l-eta' f'ħanut tax-xorb li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid kemm instabu żgħażagħ ġewwa? Jista' il-Viċi Prim Ministru jinnota li dan il-ħanut huwa wieħed minn dawk li kull tmiem il-ġimgħa jkun mimli b'persuni taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'riżultat ta' spezzjonijiet li l-Pulizija tagħmel f'postijiet ta' divertiment u ħwienet tax-xorb, fil-lejl ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru 2004, instab li fil-ħanut li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kien hemm ħames żagħżagħ taħt l-eta'. Infurmat ukoll li l-Pulizija qed tieħu passi kontra s-sid skond il-liġi.

ETC — Żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2004? Kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-25 sena, maqsuma f'nisa u rġiel? Jista' jagħti l-istess figuri għas-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru skond kif mitlub fil-mistoqsija huma kif ġejjin : 2004 Total Żgħażagħ Irġiel Żgħażagħ Nisa Settembu 8,140 1,572 822 Ottubru 8,172 1,592 853 2003 Total Żgħażagħ Irġiel Żgħażagħ Nisa Settembu 7,942 1,645 907 Ottubru 8,249 1,760 933 Novembru 8,277 1,750 924 Informat li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta' Ottubru 2004.

ETC — Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, xahar b'xahar, minn Jannar sa Novembru 2004? Kemm kienu nisa u kemm rġiel? Kemm kull xahar kellhom anqas minn 25 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba fuq l-ewwel parti tar-reġistru bejn Jannar u Ottubru 2004 kien kif ġejjin : Total Taħt il-25 sena Jannar 413 207 Frar 310 177 Marzu 276 135 April 244 111 Mejju 228 110 Ġunju 187 83 Lulju 510 361 Awissu 324 215 Settembru 365 270 Ottubru 363 266 Mit-total 1,481 kienu nisa filwaqt li 1,739 kienu rġiel. Informat li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta' Ottubru.

Skola Privata — Nuqqas ta' Għalliema

Question

Peress li kelli xi lmenti minn ġenituri ta' studenti li jattendu form 3 tal-Kulleġġ li ismu qiegħed jintbagħat separatament li qed jitlfu ħafna lezzjonijiet tal-matematika għaliex l-għalliema ma tiflaħx, u dan għal aktar minn xahar, jista' il-Ministru jitlob lill-awtoritajiet konċernati li jittieħdu miżuri malajr għal ġid tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni biex tivverifika s-sitwazzjoni.

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jispiċċaw tfal mill-iskejjel sekondarji għaliex ikunu spiċċaw il-form 5 f'din is-sena skolastika? Jista' jgħid kemm se jispiċċaw minn skejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti, separatament? Kemm huma subien u kemm huma bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskejjel ta' l-Istat in-numru ta' studenti li ser jispiċċaw huwa ta' 3772 bniet u ta' 1777 subien b'total ta' 5549. Fl-Iskejjel tal-Knisja hemm 1481 u dawk Indipendenti 439.

EUPU — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-EUPU u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid jekk humiex full-time jew part-time? Jista' jgħid matul din is-sena kemm ġew impjegati, kemm bħala full-time u/jew part-time u xi kriterji ntużaw sabiex dawn ġew magħżula? Jista' fit-tweġiba tiegħu jagħti l-ismijiet f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Żejtun — Liċo Carlo Diacono

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ser isir wara l-petizzjoni li saret minn 699 ġenitur li talbu li l-Liċeo Carlo Diacono fiż-Żejtun tiftah fis-7.30 a.m., jiġifieri nofs siegħa qabel il-bidu ta' l-iskola u mhux ħames minuti kif qed isir issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun tiftaħ il-bibien tagħha fit-tmienja nieqes ħamsa ta' filgħodu (7.55am) jiġifieri nofs siegħa qabel ma tibda l-ġurnata skolastika fit-tmienja u nofs nieqes ħamsa (8.25am).

FTS — Acting Chief Administrative Officer

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9455, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija ta' kemm tħallas u qed jitħallas il-persuna msemmija u li fil-preżenmt qed jokkupa l-kariga ta' acting chief administrative officer? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li tinħareġ sejħa oħra fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

B'referenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-tweġiba għal PQ numru 35985 ta' l-14 ta' Ottubru, 2002. Dwar it-tieni parti il-Bord ta' l-FTS qed jikkonsidra.