Legislature:
Category:
Reset
Active:

EUPU — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9601 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati ma' l-EUPU u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid jekk humiex full-time jew part-time? Jista' jgħid matul din is-sena kemm ġew impjegati, kemm bħala full-time u/jew part-time, u xi kriterji ntużaw sabiex dawn ġew magħżula? Jista' fit-tweġiba tiegħu jagħti l-ismijiet f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għal tweġiba għall-Mistoqsija Numru 9462.

Socrates/Leonardo/Youth

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9624 u cioe' b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9462 jagħti l-ismijiet tal-persuni msemmija fit-tweġiba tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li għandi nagħti l-ismijiet ta' l-individwi konċernati.

Edukazzjoni — Vot Kapitali

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9622 u cioe' jistax jagħti tagħrif u spjega dwar l-arranġamenti finanzjarji miftiehma bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd? Dwar l-aħħar żewġ sentenzi fit-tweġiba tal-Ministru, jista' jgħid jekk għandux l-informazzjoni mitluba, kif ukoll ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim bejn l-FTS u l-APS Bank Ltd.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jiġi verifikat u peress li jien ser inkun fuq xogħol tal-Gvern barra l-pajjiż tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Saħħa — Studenti Gradwati Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-gradwati ġodda li għadhom kemm iggradwaw f'oqsma u professjonijiet differenti tas-saħħa, meta din is-sena dawn ma ġewx impjegati, minkejja l-bżonnijiet li hemm f'dawn l-oqsma u minkejja l-fatt ukoll li l-istess gvern iħallas stipendji extra sabiex iħajjar studenti jistudjaw f'dawn il-professjonijiet marbuta mal-qasam tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li gradwati ġodda f'oqsma tas-Saħħa, jiġu mpjegati skond il-ħtiġijiet li jkun hemm bżonn fis-servizz.

Saħħa — Ħaddiema

Question

Wara li d-direttur ġenerali tas-saħħa kien qal li kienet qed issir evalwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa marbut man-numru ta' ħaddiema meħtieġa fil-qasam pubbliku, jista' il-Ministru jgħid jekk dan għadux għaddej u jekk fl-affermattiv meta se jitlesta? F'każ li dan ir-rapport tlesta, jista' jgħid x'ħareġ minnu u x'inhi s-sitwazzjoni preżenti f'dawn l-oqsma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni msemmija wriet li hemm numru ta' oqsma fejn qed isir ammont sostanzjali ta' overtime b'nefqa li tammonta għal madwar miljun lira. Id-Diviżjoni bħalissa qed tieħu l-passi meħtieġa biex tingaġġa ħaddiema biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Leg 10 PQ #9748 Sitting 216 2004-12-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

St James Cavalier — Operating Expenses

Question

Jista' il-Ministru jispjega u jagħti breakdown ta' l-other operating expenses ta' l-accounts ta' St James Cavalier f'paġna 18 għas-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.

Skola Adelaide Cini — Bini kkundannat

Question

Wara li l-għalliema ta' l-iskola Adelaide Cini fl-Lulju 2002 kienu ġew informati li l-iskola ser tagħlaq minħabba li l-bini kien ikkundannat, jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Jista' jgħid ukoll jekk wara Lulju 2002 dan l-istess bini baqax jiġi wżat. speċjalment bħala skola ta' l-Ingliż? F'każ li x-xogħol fuq dan il-bini li kien ikkundannat tlesta, jista' jgħid kif ser jintuża dan il-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba għal-PQ numru 9719, tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata meta ix-xogħol kollu fuq din l-iskola jkun tlesta.

Każijiet ta' Frodi — Qrati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid s’issa din is-sena kemm kien hemm każi ta’frodi li tressqu quddiem il-Qorti? X’kienet is-somma totali involuta? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-akbar somma li l-pulizija qed tallega li ġiet iffrodata? Il-każi ta’ frodi qed jiżdiedu? Jista' jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq frodi mill-2000 sena b’sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 101 persuni fuq akkużi ta' frodi, li kif rappurtat globalment jammontaw għal Lm708,588. Mir-rapporti magħmula lill-Pulizija jidher illi l-akbar każ kien jinvolvi s-somma ta' Lm400,000. Infurmat ukoll illi l-persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi ta' frodi mis-sena 2000 kienu hekk: 2000 2001 2002 2003 2004* 60 77 150 130 101 *sa 30.11.04

Skola Adelaide Cini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-iskola Adelaide Cini? Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar il-futur ta' din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola Adelaide Cini bħalissa ser tiġi ‘Refurbished’ u huwa maħsub illi x-xogħol kollu ser ikun lest sabiex tkun tista tilqa studenti f’Ottubru ta’ 2005. Il-pjan huwa biex din l-iskola sservi ta’ ‘Relief School’, li jfisser illi waqt li l-istudenti jkunu Adelaide Cini, l-iskola oħra – li tiġi żvojtata – tkun tista issirilha xogħol ta’ Upgrading’ għall-livell ta’ skola t’għada.

Skejjel — Programm Istrina

Question

Jista' l-Ministru jivverifika ilmenti li rċevejt li tfal fl-iskejjel ta' l-Istat qed jiġu mġiegħla jiġbru l-flus għall programm l-Istrina? Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li għandi li dan il-ġbir qed isir b'impożizzjoni minflok b'mod volontarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultaw l-ebda lmenti dwar ġbir fl-iskejjel konessi ma l-inizjattiva tal-Community Chest Fund Istrina. Kull ġbir ta' flus fl-iskejjel hu regolat skond iċ-ċirkulari OPS 65/98. Kull ġbir hu volontarju

Għalliema — Diploma course

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk għalliema li jitħajru jagħmlu xi diploma course fl-Universita' ta' Malta jiġux inkoraġġiti u mħajra jagħmlu hekk? Kemm kien hemm għalliema li matul din is-sena applikaw sabiex jagħmlu xi kors jew ieħor? Kemm ġew aċċettati? X'kienu r-raġunijiet li ngħataw dawk li ma ġewx mogħtija l-permess li jagħmlu xi kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalliema li jitħajjru jsegwu courses l-Universita' mhux soltu li jitolbu permess biex jagħmlu dan għaliex kulħadd għandu dritt juża' l-ħin liberu tiegħu kif jixtieq. Għalhekk mhux possibli li wieħed jgħid kemm applikaw matul din is-sena għaliex m'hemmx bżonn ta' permess għal dan. Informat ukoll li dwar il-korsijiet ta' filgħodu, l-għalliema jkunu fuq xogħolhom fl-iskola f'dan il-ħin u mhux possibli li wieħed, bħala regola, jaċċetta talbiet biex ikunu assenti mill-iskola sabiex jattendi korsijiet.

Ġbir ta' flus fi skejjel ta' l-istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar ġbir ta' flus fl-iskejjel ta' l-istat? Xi kriterji jintużaw sabiex jingħataw il-permessi meħtieġa, jekk huwa l-każ, lil dawk li japplikaw? Fil-każ li huwa hekk, jista' jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament applikax u ingħatax il-permess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel jimxu fuq iċ-ċirkulari OPS 65/98 fejn jidħol ġbir fl-iskejjel. Din iċ-ċirkulari tgħid li ma jistgħux isiru aktar minn 5 ġabriet fis-sena u tispeċifika li waħda minnhom għandha tkun lejn il-Community Chest Fund. Informat ukoll li meta jaslu talbiet minn organizzazzjonijiet differenti għal permess ta' ġbir fl-iskejjel, id-Diviżjoni tikkonsidra il-ġenwinita' tal-organizzazzjonijiet, pero' tħalliha f'idejn il-kap ta' l-iskola jekk jagħżilx organizzazzjoni minn oħra fil-limitu ta' mhux aktar minn dak li jidher fiċ-ċirkulari. Din it-talba għaddiet bil-proċess normali u ingħata l-permess.

Junior college/Universita' — Trasport Pubbliku

Question

Wara li fil-budget għas-sena 2005 il-gvern ħabbar żieda fil-prezz għat-trasport pubbliku, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti fil-junior college u l-Universita' ma jikkwalifikawx għall-eżezjoni minn din iż-żieda?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li nitlob lil Onor. Membru Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat, tajjeb jiġi notat li n-noll speċjali għall-istudenti dejjem kien japplika sa 16 il-sena.
Leg 10 PQ #9710 Sitting 213 2004-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Xogħol ta' restawr — Villa Rumana - Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s’issa fuq ix-xogħol ta’restawr fil-Villa Rumana fir-Rabat? Jista' jelenka x-xogħol li sar s’issa u kemm ġie jiswa kull xogħol? Jista' jgħid meta beda u ntemm kull xogħol u min ħadem kull xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #9711 Sitting 213 2004-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena kemm kienu dawk li żaru l-Mużewijiet f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn kienu gruppi ta’ studenti? Jista' jagħti l-figuri ta’dawk li żaru kull mużew f’Malta u Għawdex f’dan iż-żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.

Ċentri kontra d-droga — Detox

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena x’kien in-numru totali ta’nies li talbu u ngħataw il-kura għal kontra d-droga fiċ-Ċentri Detox f’Malta u Għawdex? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Ta’ liema nazzjonalita` kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħrif mitlub dwar l-ewwel tmien xhur tas-sena hu kif jidher fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7757 f'Seduta Numru 177. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub dwar Settembru u Ottubru 2004 qed jinġabar u Tweġiba dwar dawn ix-xhur tingħata f'xi Seduta oħra.

Ċentri Detox

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn dawk in-nies li żaru ċ-ċentri Detox fl-ewwel għaxar xhur tas-sena, x’kienet l-eta’ ta’ l-iżgħar u kemm kien l-akbar wieħed/a li ngħataw kura tad-ditossifikazzjoni għall-ewwel darba? Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed issir xi kampanja aggressiva biżżejjed indirizzata lejn iż-żgħażagħ biex jitbiegħdu mid-droga?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant l-iżgħar persuna li attendiet iċ-Ċentru tad-Detox kellha 17-il sena filwaqt li l-akbar waħda kellha 56 sena. Ninsab infurmata wkoll li l-Aġenzija Sedqa, permezz tat-Taqsima tal-Prevenzjoni Primarja, tagħmel regolarment programmi fl-iskejjel sekondarji fil-klassijiet minn Form I sa Form V, partikolarment f'dawk li huma meqjusa bħala l-aktar f'riskju. Għaddejjin kampanji oħra fil-medja, inkluż artikoli fil-gazzetti u reklami, b'enfażi fuq il-konsum ta' l-alkoħol. Reċentement ġie wkoll prodott Interactive CD immirat għaż-żgħażagħ li tpoġġa fuq il-website ta' l-Aġenzija. Barra dawn l-inizjattivi, it-tim tal-Prevenzjoni Sekondarja fi ħdan l-Aġenzija Sedqa għaddej fuq bażi regolari b'outreaches f'parties u f'postijiet iffrekwentati miż-żgħażagħ u skejjel post-sekondarji.
Leg 10 PQ #9714 Sitting 213 2004-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Tradutturi Maltin impjegati ma' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tradutturi Maltin li bħalissa huma impjegati ma’ l-Unjoni Ewropeja? Kif inhuma mqassma fit-taqsimiet differenti ta’ l-UE? Jista' jgħid min huma dawn it-tradutturi u meta ġew impjegati kull wieħed u waħda minnhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ir-reklutaġġ ta' l-impġjegati ta' l-Unjoni Ewropea hija r-responsabbilita' tal-European Communities Personnel Selection Office (EPSO) fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mhux tal-Gvern Malti. Jiena nfurmat li fl-14 ta' Diċembru 2004 kien hemm 52 traduttur Malti mpjegat ma xi Istituzzjoni Ewopea: Kunsill - 6 tradutturi u l-Head of Unit tagħhom 3 Avukati-Lingwisti Kummissjoni - 21 tradutturi assistenti (7 minnhom impjegati fil-field office Malta) 1 Avukat-Lingwist Parlament - 6 tradutturi assistenti 2 Avukati-Lingwisti Qorti tal-Ġustizzja - 7 Avukati-Lingwisti u l-Head of Unit tagħhom Qorti ta' l-Awdituri - 4 tradutturi

Villa Fransia f’Ħal-Lija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni rigward Villa Fransia f’Ħal-Lija li kienet tħalliet lill-Gvern bħala wirt? Qed isir xogħol fiha bħalissa? Il-Gvern iddeċieda x’se jsir minnha din il-villa sabiħa li ilha magħluqa għal żmien twil? X’kien jgħid eżatt it-testment u x’kienu l-kondizzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skejjel — Attivitajiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’attivitajiet saru fl-iskejjel tal-primarja, fis-snin kollha separatament għal Malta u Għawdex matul il-ħin ta’ l-iskola? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġerixxi li l-Onor. Membru jerġa jgħaddi l-iskola primarja minn Kinder 1 sa Year 6 u jkun jaf.