Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013

Kumpanija tat-trasport pubbliku — supervisors

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm supervisors li kienu mal-kumpanija Arriva u issa qegħdin mal-kumpannija li qed tmexxi t-trasport li ma jafux jiktbu u jaqraw b'konsegwenza li ma jistgħux jagħmlu xogħlhom sew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li ma tinżammx din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-ħaddiema imsemmija, għaddejt is-suġġeriment lill- Malta Public Transport Services Ltd. sabiex janalizzaw din is-sitwazzjoni.
Leg 12 PQ #8457 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8333 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tal-Commissioner for Revenue, NSO, Lotto u Customs, ir-risposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix lill-MFSA u Central Bank of Malta għaliex tali informazzjoni inagħtat fil-Mistoqsijiet Parlamentari 8338 u 8337 rispettivament.
Leg 12 PQ #8458 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8326 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentri numru 8326.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Impjegati b’kuntratti indefiniti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8324 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kien hemm tnax l-impjegat fi ħdan il-Ministeru li l-kuntratt tagħhom sar wieħed indefinit bejn Jannar u Marzu tal-2013. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #8460 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Impjegati b’kuntratti indefiniti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8323 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu u jekk kellux jew għadx għandu xi kuntratti position jew person of trust u kemm tħallas b’kollox mis-sena 2008 s’issa? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena sena u għal kull kuntratt?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, bħala Direttur fuq numri ta’ kumpaniji bbenefika minn bosta kuntratti mis-sena 2008 s’issa, li b’kollox jammontaw għall- € 2,493,510.59. Dettalji kif mitluba fil-mistoqsija huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8731 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Tal-Prim Ministru – Xogħlijiet lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn l-2011 u Marzu 2013 ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu.
Leg 12 PQ #8451 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn Settembru 1998 u Diċembru 2010 mill-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej:- Tabella 'A' - Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Tabella 'B' - Università ta' Malta Tabella 'C' - Kunsill Malti għall-Isport
Leg 12 PQ #8453 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-WSC tat xogħol lill-kumpanija msemmija b’kemm jiswew €23,789.33 (tlieta u għoxrin elf, seba’ mija, disgħa u tmenin ewro u tlieta u tletin ċenteżmu), wara sejħa għall-offerti. L-MRA ħallset €655 (sitt mija u ħamsa u ħamsin ewro) għal xogħol li ngħata b’ direct order .

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol li ngħatat il-kumpanija msemmija kienet il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li taħtha jaqaw l-Agenziji Appogg, Sedqa u Sapport. Il-kuntratt kien għal tlett snin (bejn 2008 u 2010) wara ħrug ta’ tender għall-Provizjoni ta’ Servizzi Legali, liema kuntratt gie iffirmat fis-16 ta’ April 2008. Ix-xoghol provdut mill-istess kumpanija kien ta’ assistenza u pariri legali lil Fondazzjoni u l-Agenziji fi ħdanha, fosthom assistenza fil-qrati Maltin f’kazijiet fejn jidhol l-operat tas-servizzi partikolarment tal-Agenzija Appoġġ. Għal dan ix-xogħol il-ħlas kien kif gej: 2008 - €20,168 2009 - €32,986 2010 - €38,335 Total : €91,489.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u LIbertajiet Ċivili — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-anqas mill-entitatjiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #190 Sitting 135 2014-04-01 Written · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Ittri rigward xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet bejn l-2004 u llum fejn il-Prim Ministru kiteb lill-MEPA biex jinformha li applikazzjoni partikolari kienet ta’ importanza strateġika u li għalhekk il-permess ma kienx se jiġi sospiż u x-xogħol kien se jibqa għaddej, anki jekk kien se jitressaq appell? Jista' jgħid meta kienet id-data ta’ kull ittra? Jista' jagħti dettalji dwar fiex kienet tikkonsisti kull applikazzjoni ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Intrpellant illi din il-proċedura daħlet fis-sehh skond l-Artikoli 41(3) u 69 (3) tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Izvilupp, Kap 504 ta' 2010. Minn mindu gew fis-sehh dawn l-artikoli u minn informazzjoni li għanda l-Awtorita kien hemm tlett każijiet fejn giet invokata din il-procedura. Ser inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-kazijiet msemmija.
Leg 12 PQ #191 Sitting 135 2014-04-01 Written · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Kabinett — salarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta wieġeb il-mistoqsija parlamentari 303 dwar kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu l-membri tal-Kabinett bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010 u dwar kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu bejn Jannar 2001 u Jannar 2012 u kemm kienet is-somma sħiħa li l-membri tal-Kabinett taw lura minn dawn iż-żidiet li ħadu, kienx hemm xi żviluppi oħra fosthom jekk komplewx jitħallsu dawn il-flus żejda li ħadu u li qalu li kienu se jirritornaw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li ma sarux ħlasijiet lura oħra mill-membri tal-Kabinet tal-Amministrazzjoni preċedenti ħlief dawk elenkati fit-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 303.
Leg 12 PQ #6868 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm l-ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntu¿aw biex jintgħa¿lu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi mill-ġdid lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6134 għall-ewwel parti u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba, kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali. Intant infurmat ukoll li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jindaga ċertu informazzjoni li ngħata mingħand uħud mill-Kunsilli Lokali rispettivi għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 12 PQ #8445 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn tfittxija li saret fost l-entitatjiet kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, jirriżulta li l-AirMalta biss tat xogħlijiet lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates fil-perjodu in kwistjoni. Mill-informazzjoni disponibbli li tmur lura mill-2002, jirriżulta li bejn l-2005 u l-2010 din il-kumpanija ingħatat xogħlijiet għal servizzi ta’ konsulenza permezz ta’ Direct Order u tħalset is-somma totali ta’ €7,229. Il-ħlasijiet għal dawn is-servizzi huma maqsuma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Ħlasijiet Servizzi mogħtija Awissu 2005 €149 Legal fees re Rules & Procedure in connection with Central Representative Council Ottubru 2010 €2,360 Legal fees Analysis of Trust – Opinion re Land Diċembru 2010 €4,720 Professional fees – Advice to the Board of Directors re Director’s report Total €7,229

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħataw ebda xogħlijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 12 PQ #8447 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja ma ta’ ebda x’xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.