Legislature:
Category:
Reset
Active:

Junior College — Studenti tal-Chemistry

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fis-Sixth form ta' l-Istat (junior college) li qed jistudjaw il-chemistry? Kemm huma subien u kemm huma bniet? Jista' jgħid kemm qegħdin fl-ewwel u fit-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fl-ewwel sena tal-Junior College li qed jistudjaw il-Chemistry fil-livell Avvanzat u fil-livell intermedju huma dawn: AVVANZAT INTERMEDJU Subien 74 9 Bniet 141 10 Studenti fit-tieni sena tal-Junior College li qed jistudjaw il-Chemistry fil-livell Avvanzat u fil-livell Intermedju huma dawn: AVVANZAT INTERMEDJU Subien 65 4 Bniet 120 6

Junior College — Studenti tal-Bioloġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fis-Sixth form ta' l-Istat (junior college) kemm hemm studenti subien u bniet li qed jistudjaw il-bioloġija? Kemm huma fl-ewwel u fit-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fl-ewwel sena tal-Junior College li qed jistudjaw il-Bijoloġija fil-livell Avvanzat u fil-livell intermedju huma dawn: AVVANZAT INTERMEDJU Subien 95 23 Bniet 216 92 Studenti fit-tieni sena tal-Junior College li qed jistudjaw il-Bijoloġija fil-livell Avvanzat u fil-livell Intermedju huma dawn: AVVANZAT INTERMEDJU Subien 72 19 Bniet 196 105

Skejjel Privati — Sixth Form

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel ta' San Alwiġi, De la Salle u St Edwards, fejn hemm is-Sixth form, kemm hemm studenti li qed jistudjaw il-bioloġija u l-chemistry separatament? Kemm hemm subien u kemm hemm bniet u kemm hemm fl-ewwel u fit-tieni sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se terġa' issir sejħa għad-dħul ta' rekluti fil-korp tal-pulizija? Kemm huwa n-numru totali ta' nies fil-korp? Kemm hemm vakanzi f'kull rank?

Response (BORG, TONIO)

Fi żmien qasir se jibda kors għal rekluti ġodda li applikaw fl-2004. Għalhekk għalissa m'hemmx il-ħsieb li ssir sejħa oħra għar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija. Fil-preżent hemm 1,762 membru fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li hemm vakanzi ta' 2 Supretendenti, 2 Spetturi, 18 Surġent Maġġur, 18 Surġent u 166 Kuntistabbli.
Leg 10 PQ #10600 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Settur tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mis-settur tat-turiżmu għal Għawdex matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista' jgħid kemm kienu t-turisti li żaru Għawdex matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iċ-ċifri maħruġin mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika juru li n-numru ta' turisti li żaru Għawdex matul is-snin 2001 sa l-2004 kienu kif ġej: 2001 641,335 (56% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2002 590,517 (54% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2003 568,220 (52% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2004 582,424 (52% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) Statistika għas-snin 1999 u 2000 ma teżistix, filwaqt li ċ-ċifri dwar id-dħul tas-settur tat-turiżmu jinżammu għal Malta u Għawdex flimkien.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Konsulenti

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 7080 f'Seduta Nru 178. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li m'hemm ebda ħlasijiet pendenti ħlief f'xi każijiet fejn il-kont għadu ma ntbagħtx.

Żvilupp Urban u Toroq — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #10603 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Każ dwar għalliem

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma ġiex imġedded il-warrant temporanju tiegħu meta ilu snin sħaħ li kellu dan il-warrant? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li minkejja li ilu 15-il sena u aktar jgħallem, ma ngħatax warrant permanenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata, ressqet l-ilment tagħha quddiem it-Tribunal Skolastiku, għaldaqstant mhux prudenti li wieħed jippronunzja ruħu sakemm il-każ hu 'sub-judice'.

Tribunal skolastiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf it-tribunal skolastiku u min huma l-membri ta' dan it-tribunal? Kemm-il darba ltaqa' dan it-tribunal u x'każi jitilgħu quddiemu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-Tribunal Skolastiku huwa inkluż fl-artiklu 42 (2) u (3) ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327). Dan l-Att jgħid, li l-persuni nominati huma msejħa biex iservu fuq it-Tribunal għal perjodu ta' ħames snin. Fl-1 ta' Diċembru 2004 twaqqaf it-Tribunal Skolastiku għal 5 snin li ġejjin. Il-membri tat-Tribunal Skolastiku preżenti huma: Dr. Anna Felice LL.D., President Il-membri eletti mill-iskejjel statali, privati u tal-Knisja huma: Mr Carmel D'Amato, Dip. Educ (Adm. & Mang.), B.A.(Hons) M.Ed. Mr Joseph Muscat, B.A.(Hons) Rev. Fr. Alan Scerri, S.TH.B., M.Ed.Sc., Ph.D.
Leg 10 PQ #10594 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Industrial estates

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji joperaw u kemm kien id-daqs tal-workforce fl-oqsma industrijali ta' Bulebel, Kordin, Marsa, Ħal Far, Imrieħel, San Ġwann, Ħal-Luqa, Mosta u Xewkija f'Diċembru 1999, Diċembru 2000, Diċembru 2001, Diċembru 2002, Diċembru 2003 u Diċembru 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-interpellenza numru 10597, għal Jannar 2005. Peress illi informazzjoni simili ma tinżammx, mhuwiex prattikabbli li tingħata għas-snin 1999-2004.

Riżorsi u Infrastruttura — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Żejtun — Triq tal-Barrani - arblu tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li arblu tad-dawl li jinsab 'il barra fit-Triq tal-Barrani, limiti taż-Żejtun, wara li saru xogħlijiet marbuta mat-traffic lights ġodda, jitneħħa għaliex huwa ta' periklu u anke għaliex diġa' twaħħal arblu ieħor li jinsab aktar 'il ġewwa kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Konsulenti

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Konsulenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.