Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, x-xogħlijiet li ngħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament jammontaw għall-€1888 kif jidher fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8755 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol jew ħatriet lill-individwu msemmi bejn l-1998 u Marzu 2013. Infurmat ukoll li l-Gozo Channel Company Ltd. ma tatx xogħol jew ħatriet lill-individwu msemmi bejn l-1998 u l-2011. Madankollu billi l-individwu msemmi jagħmel parti mill-kumpanija li kienet indikata f’mistoqsija parlamentari 8740 nitlob lill-Onor. Nterpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat bħala tweġiba għal dik il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #8338 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Impjegati b’kuntratti indefiniti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-MFSA li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-4 ta’ Frar 2013, 21 impjegati fi ħdan l-MFSA kellhom il-kuntratt definit tagħhom mibdul għal wieħed indefinit. Sussegwentament, 4 impjegati oħra kellhom il-kuntratt tagħhom ukoll mibdul b’mod simili wara li l-impjieg tagħhom ġie ikkonfermat mat-tmiem tal-perjodu tagħhom tal-‘probation’. L-istatus li kienu mpjegati fih qabel inħarġet l-ittra biex jinqaleb għal-kuntratt definit ma nbidilx. Il-kopji kollha ta’ dawn l-ittri nagħtaw lill-Ministeru tal-Finanzi biex jagħdduhom lill-PAHRO fit-3 ta’ April 2013. Hija proċedura li l-ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ mpjieg jew tibdil fil-kundizzjonijiet jiġu ffirmati mic-Chief Operations Officer b’awtorità mill-Co-crdination Committee u għan-nom tal-MFSA. L-impjegati li kienu f’din l-iskema kienu fil-gradi kif gej: 1 – Deputy Director 1 – Senior Manager 6 – Manager/Analyst Grade 1 2 – Administrative Assistant 1 – Clerk Grade 2 13 – Clerk Grade 1 1 – Trainee Clerk

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista' tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija l-NCPE li ngħatat servizzi legali mill-kumpanija msemmija. Dan ix-xogħol sar b’kuntratt li kien ingħata wara sejħa għall-offerti li beda minn Awwissu 2011. Il-ħlasijiet kull sena kienu dawn: 2011: €3,718.25 2012: €9,993.14 2013: €10,306.59
Leg 12 PQ #8746 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Xogħlijiet lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn l-1998 u Marzu 2013 ma ingħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijliet lill-individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-individwu koncernat fil-perjodu imsemmi.
Leg 12 PQ #8748 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru ma tax xogħlijiet lill-individwu msemmi fil-mistoqsija bejn l-1998 u Marzu 2013.
Leg 12 PQ #8749 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-Kumpanija msemmija bejn l-2011 u Marzu 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament.
Leg 12 PQ #8740 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn l-2011 u Marzu 2013. Iżda l-Gozo Channel ħallset lil din il-kumpanija €59 fi spejjes tal-Qorti fis-sena 2011 u €2,019.75 fis-sena 2012 li kienu maqsuma €474.75 fi spejjes tal-Qorti u €1,545 fi spejjeż legali. Is-servizz legali ngħata b’direct order li kienet approvata mill-Ministru tal-Finanzi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej:- Tabella 'A' - MCAST Tabella 'B' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Tabella 'C' - Kunsill Malti għall-iSport
Leg 12 PQ #8742 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għall-Finanzi. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu 2011 u Marzu 2013, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħallset is-somma globali ta’ €18,518.74 lill-Kumpanija msemmija f’xogħol ta’ pariri legali.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi
Leg 12 PQ #8733 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru ma tax xogħolijiet lill-kumpanija msemmija fil-mistoqsija, bejn it-2011 u Marzu 2013.
Leg 12 PQ #8734 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order??

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn l-2011 u Marzu 2013.

Ministeru għas-Saħħa — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li ma ingħataw l-ebda xogħlijiet lil Kumpanija msemmija mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013.